European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2353

21.11.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2353

tal-20 ta’ Novembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1093 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1093 (1) li stabbiliet miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova.

(2)

Il-konsenja ta’ ċertu tagħmir speċifiku lill-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova hija ttardjata sa lil hinn mid-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1093, b’hekk hi meħtieġ li l-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni jiġi estiż bi tnax-il xahar mis-17 ta’ Diċembru 2025 sas-17 ta’ Diċembru 2026.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1093 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1093, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Id-durata tal-miżura ta’ assistenza għandha tkun ta’ 48 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ewwel kuntratt bejn l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza, li jaġixxi bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 32(2), il-punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1093 tat-30 ta’ Ġunju 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 176, 1.7.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1093/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2353/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)