7.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/1


Avviż għall-attenzjoni tal-individwi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1902, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1901 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

(2022/C 386/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-individwi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1902 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1901 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen.

Fis-26 ta' Settembru 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied żewġ individwi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

L-individwi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jiġu inklużi dawk il-persuni fil-lista tan-NU tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel.: +1 917 367 9448

Fax: +1 917 367 0460

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/fr/sanctions/2140/materials/procedures-for-delisting

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-individwi ddeżinjati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/932/PESK kif implementata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2022/1902 u fir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1901. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' dawn l-individwi kkonċernati jinsabu fl-entrati korrispondenti tal-Anness għad-Deċiżjoni u fl-Anness I għar-Regolament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

L-individwi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG RELEX 1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-individwi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.

(2)  ĠU L 260, 6.10.2022, p. 6.

(3)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.

(4)  ĠU L 260, 6.10.2022, p. 1.