<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑444/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0444</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:978">EU:C:2016:978</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>glgcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161221">21.12.2016</DATE> – KAWŻA C‑444/15</P><P>ASSOCIAZIONE ITALIA NOSTRA ONLUS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/42/KE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(3)</KEYWORD><KEYWORD>Pjanijiet u programmi obbligatorjament suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali unikament meta l-Istati Membri jistabbilixxu li huma jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Validità fir-rigward tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ użu ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel riferiment għas-superfiċji taż-żoni kkonċernati</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑444/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Veneto (qorti amministrattiva reġjonali għall-Veneto, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150817">17 ta’ Awwissu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Associazione Italia Nostra Onlus</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Venezia,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero per i beni e le attività culturali,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Regione Veneto,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Difesa – Capitaneria di Porto di Venezia,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia del Demanio,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Società Ca’ Roman Srl,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Associazione Italia Nostra Onlus, minn F. Mantovan, P. Mantovan u P. Piva, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Comune di Venezia, minn A. Iannotta, M. Ballarin u N. Ongaro, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Società Ca’ Roman Srl, minn G. Zago, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Grasso, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn A. Tamás u M. Menegatti, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn M. Simm u S. Barbagallo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Pignataro u C. Hermes, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-validità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157), kif ukoll dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) u (3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-Associazione Italia Nostra Onlus (l‑Italja) u l-Comune di Venezia (muniċipalità ta’ Venezia, l‑Italja), u l-Ministero per i Beni e le Attività Culturali (ministeru tal-beni u tal-attivitajiet kulturali, l-Italja), u r-Regione Veneto (reġjun ta’ Veneto, l-Italja), u l-Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (ministeru tal-infrastrutturi u tat-trasport, l-Italja), u l-Ministero della Difesa – Capitaneria di Porto di Venezia (ministeru tad-difiża – l-awtorità tal-port ta’ Venezia, l-Italja) u l-Agenzia del Demanio (kontrollur tal-proprjetà tal-Istat, l-Italja) rigward l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/24 fil-każ ta’ proġett ta’ xogħlijiet relatati ma’ immobbli previsti fuq gżira li tinsab fil-laguna ta’ Venezia (l‑Italja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 92/43/KEE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L‑Artikolu 1(k) u (l) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva habitats<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>k)</NO.P><TXT>sit ta’ importanza għall-Komunità tfisser sit li, fir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi li jinsab fih, jgħin b’ mod sinifikanti fil-manteniment jew fir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew ta’ speċi fl-Anness II u jista’ wkoll jgħin b’ mod sinifikanti għall-koerenza ta’ Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 3, u/jew jgħin b’ mod sinifikanti fil-ħarsien tad-diversità bioloġika fi ħdan ir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi konċernati.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>żona speċjali ta’ konservazzjoni tfisser sit ta’ importanza għall-Komunità nnominat mill-Istati Membri permezz ta’ att statutorju, amministrattiv u/jew kuntrattwali li bih il-miżuri meħtieġa ta’ konservazzjoni huma applikati għall-manteniment jew għar-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u/jew il-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi li għalihom is-sit ġie nominat;<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għandu jiġi stabbilit network ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ Natura 2000. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ habitat naturali elenkati fl-Anness I u l-habitat ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ habitat naturali u l-habitat naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.</ALINEA><ALINEA>In-network Natura 2000 se jkun fiha ż-żoni ta’ protezzjoni speċjali klassifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva 79/409/KEE. [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE>, Dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98)].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanjiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi ma’ l-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.</ALINEA><ALINEA>Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandhom jissostitwixxu kull obbligu li joħroġ mill-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva [79/409] dwar iż-żoni klassifikati skond l-Artikolu 4(1) jew meqjusa bl-istess mod skond l-Artikolu 4(2) tiegħu, mid-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mid-data tal-klassifikazzjoni jew għarfien minn Stat Membru skond id-Direttiva [79/409], meta d-data ta’ l-aħħar tiġi aktar tard.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2001/42</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 9 u 10 tad-Direttiva 2001/42 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(9)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva hi ta’ natura proċedurali, u l-ħtiġiet tagħha għandhom jew ikunu integrati fil-proċeduri eżistenti fl-Istati Membri jew inkorporati fi proċeduri stabbiliti speċifikament. Bil-għan li tkun evitata duplikazzjoni ta’ stima, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, meta jkun xieraq, il-fatt li stimi ser isiru f’livelli differenti ta’ ġerarkija ta’ pjanijiet u programmi.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Il-pjanijiet u l-programmi kollha li huma ppreparati għal numru ta’ setturi u li jistabilixxu qafas għal kunsens ta’ żvilupp fil-futur tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE> dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151)] u l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva [<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>] li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali. Meta dawn jistabilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali jew ikunu modifiki minuri għall-pjanijiet jew programmi msemmija hawn fuq, dawn għandhom ikunu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/42, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hu li jsiru disposizzjonijiet għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u biex issir kontribuzzjoni għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi bil-għan li jkun jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, billi jkun assigurat li, skond din id-Direttiva, issir stima ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) u (b) ta’ din id-direttiva jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser pjanijiet u programmi, inklużi dawk ko-finanzjati mill-Komunità Ewropea, kif ukoll xi modifiki li jsirulhom:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li huma suġġetti għall-preparazzjoni u/jew adozzjoni minn xi awtorita nazzjonali, reġjonali jew livell lokali jew li jkunu preparati minn xi awtorita għall-adozzjoni, permezz ta’ proċedura leġislattiva mill-Parlament jew il-Gvern, u</P></ITEM><ITEM><P>li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>stima ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser il-preparazzjoni ta’ xi rapport ambjentali, l-għemil ta’ konsultazzjonijiet, it-teħid tal-kont tar-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet u d-disposizzjoni ta’ l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni skond l-Artikoli 4 sa 9.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kamp ta’ Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima ambjentali, skond l-Artikoli 4 sa 9, għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 li x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li huma ppreparati għall-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, l-immaniġġjar ta’ l-iskart, l-amministrazzjoni ta’ l-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, pjanar ta’ bliet u l-kampanja jew l-użu ta’ l-art u li jistabilixxu l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva [85/337]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li, in vista ta’ l-effett fuq iż-żoni li x’aktarx, ġew stabbiliti biex jiksbu stima bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 jew 7 tad-Direttiva [<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Pjanijiet u programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali u modifiki żgħar għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2 jkunu jeħtieġu stima ambjentali biss meta l-Istati Membri jistabbilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet u l-programmi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li jissettjaw il-qafas għall-kunsens futur ta’ l-iżvilupp tal-proġetti, hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet jew il-programmi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti jew billi kull każ jiġi eżaminat jew billi jkunu speċifikati t-tipi ta’ pjanijiet u programmi jew billi jkunu kombinati iż-żewġ metodi. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II, sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet u l-programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinjifikanti fuq l-ambjent ikunu koperti b’din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/42/KE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Obbligazzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 għandha ssir matul il-preparazzjoni ta’ xi pjan jew programm u qabel l-adozzjoni jew is-sottomissjoni għall-proċedura leġislattiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għandhom jew ikunu integrati fil-proċeduri eżistenti fl-Istati Membri għall-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi jew inkorporati fil-proċeduri stabbiliti biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-pjanijiet u l-programmi jifformaw parti minn xi ġerarkija, l-Istati Membri għandhom, bil-għan li jevitaw duplikazzjoni ta’ l-istima, jikkunsidraw il-fatt li l-istima ser issir, skond din id-Direttiva, fil-livelli differenti tal-ġerarkija Għall-fini ta’, fost l-oħrajn, li ma jkunx hemm duplikazjzoni ta’ stima, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 5(2) u (3).<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L‑Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Rapport dwar l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> huwa fformulat kif ġej fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta stima ambjentali tkun meħtieġa skond l-Artikolu 3(1), għandu jkun ippreparat rapport dwar l-ambjent li fih l-effetti sinifikanti li x’aktarx ikun hemm fuq l-ambjent b’konsegwenza ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm, u alternattivi raġonevoli billi jkunu kkunsidrati l-għanijiet u l-iskop ġeografiku tal-pjan jew il-programm, ikunu identifikati, deskritti u evalwati. L-informazzjoni li għandha tingħata għal dan il-għan hi msemmija fl-Anness I.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rapport dwar l-ambjent ippreparat bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni li tista’ tkun mitluba b’mod raġonevoli meta jkunu ikkunsidrati l-għarfien u l-metodi ta’ stima, il-kontenut u l-livelli tad-dettal fil-pjan jew fil-programm, l-istadju tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u sa fejn ċerti materji jkunu stmati b’mod aktar xieraq fil-livelli differenti f’dak il-proċess sabiex ikun evitat duplikazzjoni ta’ l-istima.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness II tad-Direttiva 2001/42 jelenka l-kriterji li jippermettu li tiġi stabbilita l-portata probabbli tal-effetti kkunsidrati fl-Artikolu 3(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/42 ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Taljan bid-decreto legislativo n. 152 – Norme in materia ambientale (digriet leġiżlattiv nru 152, li jirrigwarda r-regoli fil-qasam ambjentali), tat-<DATE ISO="20060403">3 ta’ April 2006</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 88 tal-<DATE ISO="20060414">14 ta’ April 2006</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L‑Artikolu 6 ta’ dan id-digriet, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L‑evalwazzjoni ambjentali strateġika tikkonċerna l-pjanijiet u l-programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u fuq il-patrimonju kulturali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-paragrafu 3, evalwazzjoni titwettaq għall-pjanijiet u għall-programmi kollha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li huma żviluppati għall-evalwazzjoni u għall-immaniġġar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti, għas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija, tas-sajd, tal-enerġija, tal-industrija, tat-trasport, tal-immaniġġar tal-iskart, tal-amministrazzjoni tal-ilma, tat-telekomunikazzjonijiet, tat-turiżmu, tal-ippjanar tal-ibliet u tal-kampanja jew tal-użu tal-art u li jiddefinixxu l-kuntest ta’ referenza għall-approvazzjoni, għall-awtorizzazzjoni, għal-lokalizzazzjoni jew għat-twettiq tal-proġetti elenkati fl-Annessi II, III u IV ta’ dan id-digriet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li għalihom, peress li l-effetti li jistgħu jkollhom fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-siti indikati bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali għall-finijiet tal-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u tas-siti kklassifikati bħala siti ta’ importanza għall-Komunità għall-finijiet tal-konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa, ġie meqjus neċessarju li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fis-sens tal-Artikolu 5 tad-digriet tal-President tar-Repubblika Nru 357, tat-<DATE ISO="19970908">8 ta’ Settembru 1997</DATE>, u tal-emendi sussegwenti tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali u l-bidliet minuri tal-pjanijiet u tal-programmi kkunsidrati fil-paragrafu 2 ma jeħtiġux evalwazzjoni ambjentali ħlief jekk l-awtorità kompetenti tqis li huma għandhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003A"><NO.PARAG>3a.</NO.PARAG><ALINEA>L‑awtorità kompetenti tevalwa, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, jekk il-pjanijiet u l-programmi, minbarra dawk ikkunsidrati fil-paragrafu 2, li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implementazzjoni tal-proġetti tkun tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, jistgħux ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-laguna ta’ Venezia, fin-Nofsinhar l-iktar estrem tal-gżira ta’ Pellestrina, tinsab gżira, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Ca’ Roman<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li taqa’ taħt il-Comune di Venezia (komun ta’ Venezia). Fir-rigward tal-valur tal-kuntest naturali tiegħu, il-bijotop ta’ Ca’ Roman huwa b’mod partikolari inkluż fin-netwerk Natura 2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Dan il-bijotop jikkostitwixxi l-parti l-iktar ’l isfel tas-sit ta’ importanza għall-Komunità (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>SIK<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) u taż-żona ta’ protezzjoni speċjali (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ŻPS") inklużi taħt id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>xatt ta’ Venezia: bijotop littorali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (kodiċi IT 3250023) u huwa kontigwu mas-SIK u maż-ŻPS inklużi taħt id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>laguna ta’ Venezia<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (kodiċi IT 3250046) kif ukoll mas-SIK inkluż taħt id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>laguna medjo-inferjuri ta’ Venezia<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (kodiċi IT 3250030). Skont il-qorti tar-rinviju, fuq Ca’ Roman, tinsab żona li tmiss ma’ dawn is-SIK u ma’ dawn iż-ŻPS, fejn jinsab bini li attwalment ma jintużax.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam ta’ urbaniżmu fit-territorju tal-Comune di Venezia tippermetti li jitwettqu interventi ta’ rinnovazzjoni, permezz tat-twaqqigħ u ta’ bini mill-ġdid ta’ bini mingħajr valur, li l-użu tiegħu jinbidel wara t-tfassil ta’ pjan ta’ implementazzjoni, li jiddefinixxi l-organizzazzjoni urbana fil-qasam ta’ infrastrutturi u ta’ arkitettura tal-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Società Ca’ Roman stabbilixxiet tali pjan ta’ implementazzjoni għall-bini li ma jintużax ikkunsidrat fil-punt 18 ta’ din is-sentenza. Hija beħsiebha tibni minfloku 84 unità ta’ abitazzjoni, imqassma fi 42 binja u miġbura mill-ġdid f’ħames gruppi ta’ immobbli, fuq superfiċji totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">29195</FT> m<HT TYPE="SUP">2</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120531">31 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-kunsill muniċipali tal-Comune di Venezia approva l-pjan inkwistjoni, li kien suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>habitats.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> Għalkemm din l-evalwazzjoni kienet favorevoli, madankollu dan il-pjan kien suġġett għal diversi stipulazzjonijiet intiżi għall-protezzjoni tas-SIK u taż-ŻPS ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dan ma kienx suġġett għal evalwazzjoni ambjentali, fis-sens tad-Direttiva 2001/42. Fil-fatt, permezz ta’ avviż tal-<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-kummissjoni reġjonali kompetenti kkunsidrat li l-pjan inkwistjoni kien jikkonċerna unikament l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali u li l-pjanijiet relatati ma’ tali żoni ma kinux jirrikjedu evalwazzjoni ambjentali meta ma jkollhomx effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, adottata fil-kuntest tal-kompetenza tal-kunsill muniċipali, il-commissario straordinario (kummissarju straordinarju) tal-Comune di Venezia, wara li vverifika jekk kienx hemm lok li ssir evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42, approva l-pjan inkwistjoni, mingħajr ma għamel ebda modifika relatata mal-verżjoni tiegħu li kienet irċeviet l-approvazzjoni preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L‑Associazione Italia Nostra Onlus, li l-għan tagħha huwa li taħdem favur il-protezzjoni u l-valorizzazzjoni tal-patrimonju storiku, artistiku u kulturali Taljan, ippreżentat rikors quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Veneto (qorti amministrattiva reġjonali għall-Veneto, l-Italja) kontra din id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni kif ukoll kontra atti oħra, b’mod partikolari billi essenzjalment tikkontesta l-validità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni hija invalida fir-rigward tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) sa fejn hija tipprevedi li l-pjanijiet u l-programmi li għalihom evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija meħtieġa skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ma humiex obbligatorjament suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, sempliċi verifika tal-obbligu li pjan jew programm jiġi suġġett għal tali evalwazzjoni ambjentali, bid-differenza ta’ evalwazzjoni ambjentali obbligatorja u sistematika, tikkostitwixxi okkażjoni għall-amministrazzjonijiet nazzjonali li jaħarbu mill-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent imfittxija mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u mid-Direttiva 2001/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minbarra dan, l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 jikser il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>prinċipju tar-raġonevolezza<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fid-dawl tal-karattru mhux xieraq u insuffiċjenti tal-livell ta’ protezzjoni li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi fir-rigward tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, kif ukoll bir-riferiment għall-kriterju, purament kwantitattiv, tas-superfiċji kkonċernata mill-pjanijiet jew mill-programmi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju ssostni li s-siti li jaqgħu taħt in-netwerk Natura 2000, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom, huma sensittivi għall-iktar bidliet żgħar li jirriżultaw mill-interferenzi subiti permezz tal-fawna, tal-flora, tax-xemx u tal-ilma. Għalhekk, l-effett tal-bidliet miġjuba għal tali siti, li jistgħu b’mod partikolari jkollhom bħala għan li jipproteġu speċi rari jew li waslu għall-estinzjoni, ma<?PAGE NO="9"?> huwiex relatat mas-superfiċji taż-żona kkonċernata minn pjan jew minn programm. Dan l-effett jirreferi biss għal aspetti kwalitattivi, bħan-natura, il-lokalizzazzjoni tal-intervent jew in-natura xierqa jew mhux xierqa ta’ trasformazzjonijiet sostanzjalment irriversibbli maħsuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li Stat Membru li jiffissa kriterji u/jew livelli billi jieħu inkunsiderazzjoni biss dimensjonijiet tal-proġetti, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni wkoll in-natura tagħhom u l-lokalizzazzjoni tagħhom, imur lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni li huwa għandu (ara, fir-rigward tad-Direttiva 85/337, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑392/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:431">EU:C:1999:431</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑332/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:180">EU:C:2006:180</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk ma jkunx iġġustifikat li l-pjanijiet u l-prgrammi li huma kkunsidrati mid-Direttiva 2001/42 jevitaw evalwazzjoni ambjentali obbligatorja u sistematika abbażi ta’ kriterju purament kwantitattiv bħal dak tal-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il‑qorti tar-rinviju żżid li, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li din id-dispożizzjoni ma hijiex invalida fir-rigward tat-Trattat FUE u tal-Karta, tqum għalhekk il-kwistjoni jekk dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>żoni żgħar fil-livell lokali <QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jistax jiġi ddefinit minn leġiżlazzjoni nazzjonali unikament f’termini kwantitattivi, bħalma huwa l-każ fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlatur Taljan kien naqas milli jagħti definizzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> u l-ġurisprudenza nazzjonali kienet ħadet bħala riferiment, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin, jiġifieri għall-proġetti ta’ żvilupp ta’ żoni urbani, ġodda jew li qed jiġu estiżi, dawk li s-superfiċji kkonċernata tagħhom ma taqbiżx 40 ettaru, u għall-proġetti ta’ rinnovazzjoni jew ta’ żvilupp ta’ żoni urbani, ġewwa żoni urbani eżistenti, dawk li s-superfiċji tagħhom ma taqbiżx 10 ettari. Dawn l-elementi, purament kwantitattivi, jirrappreżentaw livelli għolja ħafna, ħaġa li tikkostitwixxi problema fir-rigward tad-Direttiva 2001/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Veneto (qorti amministrattiva reġjonali għall-Veneto) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE, fil-parti li tirreferi wkoll għad-dispożizzjoni li tinsab fil-paragrafu 2(b) tal-istess artikolu, huwa validu, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ambjent li tinsab fit-TFUE kif ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan jeżenta minn stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent sistematika l-pjanijiet u l-programmi li fir-rigward tagħhom tqies li kellhom neċessarjament jiġu suġġetti għal stima tal-effetti, fis-sens tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 92/43/KEE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/42/KE, moqrija flimkien mal-premessa 10 tal-istess direttiva, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ ambjent naturali u ta’ flora u fawna selvaġġa, li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li jinsab fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE, tagħmel riferiment għal kriterji purament kwantitattivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/42/KE, moqrija flimkien mal-għaxar premessa tal-istess direttiva, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ ambjent naturali u ta’ flora u fawna selvaġġa, li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għandhom jiġu<?PAGE NO="10"?> interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta minn stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent awtomatika u obbligatorja l-proġetti kollha ta’ żvilupp ta’ żoni urbani, ġodda jew li qed jiġu estiżi, fejn is-superfiċi kkonċernata ma tkunx ta’ iktar minn 40 ettaru jew il-proġetti ta’ riabilitazzjoni jew ta’ żvilupp ta’ żoni urbani, fi ħdan iż-żoni urbani eżistenti, fejn is-superfiċi kkonċernata ma tkunx ta’ iktar minn 10 ettari, anki jekk, minħabba l-possibbiltà ta’ effetti fuq is-siti, diġà tqies li dawn kellhom neċessarjament jiġu suġġetti għal stima tal-effetti, fis-sens tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 92/43/KEE?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il‑Comune di Venezia u Società Ca<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> Roman isostnu li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Huma jsostnu li ż-żona kkonċernata mill-pjan inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinsab barra mis-SIK u miż-ŻPS imsemmija fil-punt 18 ta’ din is-sentenza. Għalhekk, fir-rigward ta’ din iż-żona, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> ma hijiex meħtieġa, bil-konsegwenza li evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42 ma hijiex neċessarja, peress li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2)(b) ta’ din l-aħħar direttiva ma humiex issodisfatti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju hija irrilevanti għad-deċiżjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li l-eżattezza tagħhom ma għandhiex tiġi vverifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex punti ta’ fatti u ta’ liġi neċessarji sabiex tagħti risposta b’mod effettiv għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>PreussenElektra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑379/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:160">EU:C:2001:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radgen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑478/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:705">EU:C:2016:705</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 22 tal-konklużjonijiet tagħha, ma jistax jiġi eskluż li l-pjan inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki fl-ipoteżi fejn jikkonċerna biss żona li tinsab barra mis-SIK jew miż-ŻPS ikkunsidrati fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, jeħtieġ evalwazzjoni tal-effeti fuq l-ambjent skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Fil-fatt, pjan jew programm li jirrigwarda żona li tinsab barra minn SIK u/jew minn ŻPS jista’ madankollu, skont iċ-ċirkustanzi, ikun suxxettibbli li jaffettwa lil dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju, li tirrileva li l-pjan inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwarda żona li tmiss mas-SIK u maż-ŻPS ikkunsidrati fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, tikkunsidra li dan huwa l-każ, ħaġa li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-Direttiva 2001/42 ma għandha ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 huwiex validu fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2001/42 hija bbażata fuq l‑Artikolu 175(1) KE, dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent sabiex jitwettqu l-għanijiet ikkunsidrati fl-Artikolu 174 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L‑Artikolu 191 TFUE, li jikkorrispondi mal-Artikolu 174 KE u, preċedentement, essenzjalment mal-Artikolu 130 R tat-Trattat KE, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu, li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent timmira lejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>protezzjoni ta’ livell għoli<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni differenti tal-Unjoni. Fl-istess sens, l-Artikolu 3(3) TUE jipprevedi li l-Unjoni taħdem b’mod partikolari favur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 191(1) TFUE jawtorizza l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi unikament għal ċerti aspetti ddefiniti tal-ambjent, sa fejn dawn il-miżuri jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni, għall-protezzjoni u għat-titjib tal-kwalità tiegħu (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Safety Hi‑Tech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:352">EU:C:1998:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Bettati</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:353">EU:C:1998:353</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalkemm huwa paċifiku li l-Artikolu 191(2) TFUE jirrikejdi li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent timmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni, tali livell ta’ protezzjoni, sabiex ikun kompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni, ma għandux neċessarjament ikun teknikament l-ogħla possibbli. Fil-fatt, l-Artikolu 193 TFUE jawtorizza lill-Istati Membri li jżommu jew li jistabbilixxu miżuri ta’ protezzjoni msaħħa (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Safety Hi‑Tech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:352">EU:C:1998:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Bettati</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:353">EU:C:1998:353</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 huwiex validu fir-rigward tal-Artikolu 191 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi ppreċiżat li, minħabba n-neċessità ta’ tqegħid f’bilanċ ta’ wħud mill-għanijiet u mill-prinċipji previsti fl-Artikolu 191 TFUE, kif ukoll minħabba l-kumplessità tal-implementazzjoni tal-kriterji, l-istħarriġ ġudizzjarju għandu neċessarjament ikun limitat sabiex jistabbilixxi jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, billi adottaw l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, wettqux żball manifest ta’ evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Safety Hi-Tech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:352">EU:C:1998:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Bettati</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:353">EU:C:1998:353</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:769">EU:C:2005:769</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2001/42, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1 tagħha, din għandha bħala għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u biex issir kontribuzzjoni għall-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tfassil u fl-adozzjoni ta’ pjanijiet u ta’ programmi bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli, billi jiġi previst li, konformement ma’ din id-direttiva, ċerti pjanijiet u programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent jiġu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 3(2)(b) ta’ din id-direttiva jirriżulta li, bla ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, evalwazzjoni ambjentali titwettaq għall-pjanijiet u għall-programmi ambjentali kollha li għalihom, minħabba l-effetti li huma jista’ jkollhom fuq siti, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija meħtieġa skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, dan jipprovdi li l-pjanijiet u l-programmi li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali u modifiki żgħar tal-pjanijiet u tal-programmi jkunu suġġetti obbligatorjament għal evalwazzjoni ambjentali biss meta l-Istati Membri jistabbilixxu li dawn jistgħu jkollhom effetti ambjentali sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-premessa 10 tad-Direttiva 2001/42, jirriżulta li, għall-pjanijiet u għall-programmi li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom iwettqu eżami preliminari intiż sabiex jiġi vverifikat jekk pjan jew programm partikolari jistax ikollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u li dawn l-awtoritajiet għandhom, sussegwentement, obbligatorjament jissuġġettaw dan il-pjan jew dan il-programm għal evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva jekk jaslu għall-konklużjoni li dan il-pjan jew dan il-programm jista’ jkollu tali effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42, id-determinazzjoni tal-pjanjiet jew tal-programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u li jeħtieġu, minħabba dan il-fatt, evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva, isseħħ billi jsir eżami każ b’każ, kif ukoll billi jiġu ddeterminati tipi ta’ pjanijiet jew ta’ programmi jew billi dawn iż-żewġ approċċi jingħaqdu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fi kwalunkwe każ, jikkunsidraw kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-direttiva, sabiex il-pjanijiet u l-programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent jiġu koperti bl-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmi ta’ eżami tal-pjanijiet u tal-programmi msemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42 għandhom l-għan li jiffaċilitaw id-determinazzjoni tal-pjanijiet u tal-programmi li huwa obbligatorju li jiġu evalwati minħabba li dawn jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valčiukienė <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:608">EU:C:2011:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42 sabiex jiġu stabbiliti ċerti tipi ta’ pjanijiet jew ta’ programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent huwa limitat bl-obbligu stabbilit fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-paragrafu 2 tal-istess artikolu, li l-pjanijiet u l-programmi li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, partikolarment minħabba l-karatteristiċi tagħhom, l-effetti tagħhom u taż-żoni li jistgħu jintlaqtu, jiġu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valčiukienė <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:608">EU:C:2011:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2), (3) u (5) tad-Direttiva 2001/42 għalhekk huwa intiż sabiex ebda pjan jew programm li jista’ jkollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent jevita l-evalwazzjoni ambjentali (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valčiukienė <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:608">EU:C:2011:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn din is-sitwazzjoni u dik li fiha livell purament kwantitattiv ikollu bħala konsegwenza li, fil-prattika, it-totalità ta’ kategorija ta’ pjanijiet jew ta’ programmi tevita minn qabel evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42, anki jekk dawn il-pjanijiet jew dawn il-programmi jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valčiukienė <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:608">EU:C:2011:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan kollu, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, billi ma jevita evalwazzjoni ambjentali għal ebda pjan jew programm li jista’ jkollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, jagħmel parti mill-għan imfittex minn din id-direttiva li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssostni li sempliċi verifika tal-obbligu li pjan jew programm jiġi suġġett għal evalwazzjoni ambjentali, bid-differenza ta’ evalwazzjoni ambjentali obbligatorja u sistematika, tikkostitwixxi okkażjoni għall-amministrazzjonijiet nazzjonali li jaħarbu mill-għanijiet ta’ protezzjoni mfittxija mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u mid-Direttiva 2001/42.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta mid-Direttiva 2001/42, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-Istati Membri li għandhom, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, jieħdu l-miżuri kollha neċessarji, ġenerali jew partikolari sabiex il-pjanijiet u l-programmi kollha li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, fis-sens ta’ din id-direttiva jiġu, qabel l-adozzjoni tagħhom, suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali, skont il-modalitajiet proċedurali u l-kriterji previsti minn din id-direttiva (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120228">28 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑41/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:103">EU:C:2012:103</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ir-riskju biss li l-awtoritajiet nazzjonali, permezz tal-aġir tagħhom, jistgħu jaħarbu l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42, ma huwiex ta’ natura li jwassal għall-invalidità tal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ ma jidhirx li l-Parlament u l-Kunsill, billi adottaw l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, kienu wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 191 TFUE. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/42, fil-kuntest ta’ din il-kawża, ma wriet ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tagħha fir-rigward tal-Artikolu 191 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kwistjoni tal-eventwali invalidità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 fir-rigward tal-Artikolu 37 tal-Karta, għandu jitfakkar li, skont it-termini ta’ dan l-aħħar artikolu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[l]ivell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u t-titjib fil-kwalità ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politika ta’ l-Unjoni u għandhom jiġu żgurati skond il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli.<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 52(2) tal-Karta jipprovdi li d-drittijiet irrikonoxxuti minnha li għalihom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti fihom. Dan huwa l-każ tal-Artikolu 37 tal-Karta. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet relatati mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>) relatati ma’ din id-dispożizzjoni, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>prinċipji stabbiliti f’dan [l‑Artikolu 37 tal-Karta] ġew ibbażati fuq l-Artikoli 2, 6 u 174 [KE], li issa ġew sostitwiti bl-Artikolu I-3(3) [TUE] u l-Artikoli 11 u 191 [TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Isegwi li, peress li, hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 ma ħalla jidher ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tiegħu fir-rigward tal-Artikolu 191 TFUE, din id-dispożizzjoni wkoll ma turi ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tagħha fir-rigward tal-Artikolu 37 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-premessa 10 ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> li jinsab f’dan il-paragrafu 3 jista’ jiġi ddefinit billi jsir riferiment unikament għas-superfiċji taż-żona kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment speċifiku għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha<?PAGE NO="14"?> titfittex billi jitqies il-kuntest tad-dispożizzjoni kif ukoll l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840118">18 ta’ Jannar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Ekro</NAME.CASE>, <NO.CASE>327/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:11">EU:C:1984:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mikołajczyk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:772">EU:C:2016:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42 ma jinkludi ebda riferiment speċifiku għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, din id-determinazzjoni għandha ssir fir-rigward tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, pjan jew programm għandu jissodisfa żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. Minn naħa, dan il-pjan jew dan il-programm għandu jiddetermina l-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>żona żgħira<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> u, min-naħa l-oħra, din iż-żona għandha tinsab fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, hemm lok li jiġi enfasizzat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tintuża wkoll fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/42. Skont din id-dispożizzjoni, bi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>pjanijiet u programmi<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> għandhom jinftiehmu l-pjanijiet u l-programmi, inklużi dawk li huma kofinanzjati mill-Unjoni, kif ukoll il-bidliet tagħhom imfassla u/jew adottati minn awtorità fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew imfassla minn awtorità fid-dawl tal-adozzjoni tagħhom mill-parlament jew mill-gvern, abbażi ta’ proċedura leġiżlattiva, u meħtieġa minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tagħha, mix-xebh tat-termini użati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, kif ukoll mit-tfassil ta din id-direttiva, jirriżulta li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> għandha l-istess tifsira għal dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, jiġifieri li hija tirreferi għal livell amministrattiv fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex pjan jew programm jiġi kklassifikat bħala miżura li tiddetermina l-użu ta’ żona żgħira <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, dan il-pjan jew dan il-programm għandu jitfassal u/jew jiġi adottat minn awtorità lokali, b’kuntrast ma’ awtorità reġjonali jew nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>żona żgħira<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, il-kwalifikattiv ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>żgħira<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> konformement mas-sens abitwali tagħha fil-lingwa ta’ kuljum, jagħmel riferiment għad-daqs taż-żona. Hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tagħha, dan il-kriterju tad-daqs taż-żona ma jistax jinftiehem bħala li jirreferi għal element purament kwantitattiv, jiġifieri s-superfiċji taż-żona kkonċernata mill-pjan jew mill-programm ikkunsidrat fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, indipendentement mill-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkonstatat li, bl-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, minn naħa, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jieħu bħala riferiment il-qafas tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-awtorità lokali li fasslet u/jew adottat il-pjan jew il-programm ikkonċernat. Min-naħa l-oħra, sa fejn il-kriterju tal-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>żoni żgħar<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> għandu jiġi ssodisfatt minbarra dak tad-determinazzjoni fil-livell lokali, iż-żona kkonċernata għandha tirrappreżenta, proporzjonalment ma’ din il-ġurisdizzjoni territorjali, daqs żgħir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni u t-tielet domandi għandhom jiġu risposti li l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-premessa 10 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> li jidher f’dan il-paragrafu 3 għandu jiġi ddefinit billi jsir riferiment għas-superfiċji taż-żona kkonċernata fil-kundizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-pjan jew il-programm huwa mfassal u/jew adottat minn awtorità lokali, b’kuntrast ma’ awtorità reġjonali jew nazzjonali, u</P></ITEM><?PAGE NO="15"?><ITEM><P>din iż-żona ġewwa l-qafas tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-awtorità lokali tirrappreżenta, proporzjonalment ma’ din il-ġurisdizzjoni territorjali, daqs żgħir.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-premessa 10 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>żoni żgħar fil-livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> li jidher f’dan il-paragrafu 3 għandu jiġi ddefinit billi jsir riferiment għas-superfiċji taż-żona kkonċernata fil-kundizzjonijiet li ġejjin:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">il-pjan jew il-programm huwa mfassal u/jew adottat minn awtorità lokali, b’kuntrast ma’ awtorità reġjonali jew nazzjonali, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">din iż-żona ġewwa l-qafas tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-awtorità lokali tirrappreżenta, proporzjonalment ma’ din il-ġurisdizzjoni territorjali, daqs żgħir.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>