|
28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 765/2010
tal-25 ta' Awwissu 2010
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal chlorothalonil clothianidin, difenoconazole, fenhexamid, flubendiamide, nikotina, spirotetramat, thiacloprid u thiamethoxam f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għal chlorothalonil, fenhexamid u thiacloprid, il-livelli massimi ta’ residwu (LMR) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għal clothianidin, difenoconazole, flubendiamide, spirotetramat u thiamethoxam, ġew stabbiliti LMR fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. S'issa għadhom ma ġew stabbiliti l-ebda LMR speċifiċi għan-nikotina u din is-sustanza lanqas ġiet inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) , għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva difenoconazole għall-użu fuq in-nevew u l-liftja, saret applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-emendi tal-LMR eżistenti. |
|
(3) |
B’rigward għal chlorothalonil, saret applikazzjoni bħal din għall-użu fuq ix-xgħir. Fid-dawl ta' din l-applikazzjoni, jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti LMR għal-laħam, il-grass, il-fwied u l-kliewi u l-ħalib tal-bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, billi ċ-ċereali jintużaw bħala għalf u l-fdal jista' jispiċċa fuq l-għalf għal dawn l-annimali. B’rigward għal fenhexamid, saret applikazzjoni bħal din għall-użu fuq il-ħass. B'rigward għal flubendiamide, tali applikazzjoni saret għall-użu fuq il-brunġiel, il-kukurbiti u l-fażola bil-miżwed. B’rigward għal spirotetramat, saret applikazzjoni bħal din għall-użu fuq il-basal. B'rigward għal thiacloprid, saret applikazzjoni bħal din għall-użu fuq il-frawli, filwaqt li teżisti LMR tal-Kodiċi għal din il-kombinazzjoni. B'rigward għal thiamethoxam, tali applikazzjoni saret għaz-zunnarija. Minħabba residwi ta' clothianidin ikkawżati bl-użu ta' thiamethoxam, jeħtieġ ukoll li jiġi modifikat l-LMR għal clothianidin fuq iz-zunnarija. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ valutazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
B'rigward għan-nikotina fil-faqqiegħ salvaġġ, il-Kummissjoni rċeviet tagħrif mill-Istati Membri u l-operaturi kummerċjali li jipprova l-preżenza tan-nikotina fil-faqqiegħ salvaġġ li twassal għal residwi ogħla mil-LMR bażiku ta' 0,01 mg/kg stipulat f'dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjonijiet motivati dwar l-LMR proposti (3). Fil-każ tan-nikotina, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tagħti opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika minn residwi ta' nikotina fil-faqqiegħ. Minħabba l-urġenza ta' dan l-Awtorità ħarġet “stqarrija” li fiha rriferiet għal bosta inċertezzi li fadal, aktar milli opinjoni motivata (4). Għaddiet dawn l-opinjonijiet u din l-istqarrija lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli lill-pubbliku. |
|
(7) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ġew sodisfatti u li l-emendi għal-LMR mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-espożizzjoni tal-konsumatur għal 27 grupp ta' konsumaturi Ewropej speċifiċi. Hija qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-espożizzjoni tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-espożizzjoni fil-medda qasira ta' żmien minħabba l-konsum estrem tal-prodotti kkonċernati ma wrew li kien hemm riskju li l-konsum aċċetabbli ta' kuljum (DAK) jew li d-doża ta’ referenza akuta (DRA) tinqabeż. |
|
(8) |
Fir-rigward tan-nikotina fuq il-faqqiegħ salvaġġ, l-Awtorità tiġbed l-attenzjoni li l-istqarrija tagħha hija affettwata minn għadd ta' inċertezzi u limitazzjonijiet. Barra minn din l-istqarrija, inġabret dejta ta' monitoraġġ fl-2009 biex tiġi mistħarrġa l-preżenza ta' din is-sustanza fil-faqqiegħ salvaġġ. Dik id-dejta ġiet iġġenerata mill-Istati Membri, l-operaturi kummerċjali tal-ikel u mill-gvern Ċiniż u wriet li n-nikotina hija preżenti fil-faqqiegħ salvaġġ f'livelli li jvarjaw skont is-sors u l-varjetà, iżda li taqbeż, kważi fil-kampjuni kollha, il-livell bażiku LMR ta' 0,01 mg/kg. Dawn is-sejbiet jipprovdu xhieda ta' preżenza inevitabbli ta' nikotina fil-faqqiegħ salvaġġ, f'ċerti tipi partikolari (Boletus edulis). Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti LMR għan-nikotina fil-faqqiegħ salvaġġ, skont id-dejta disponibbli ta' monitoraġġ u l-opinjoni tal-Awtorità. Dawn l-LMR temporanji għandhom jiġu riveduti fi żmien sentejn, biex tiġi vvalutata dejta u informazzjoni ġdida li tkun saret disponibbli, inkluża xhieda xjentifika dwar is-sejba naturali jew il-formazzjoni ta' nikotina fil-faqqiegħ salvaġġ. |
|
(9) |
Imsejsa fuq l-opinjonijiet motivati u l-istqarrija tal-Awtorità u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkonsidrat, il-modifiki xierqa għal-LMR jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli fuq http://www.efsa.europa.eu:
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal chlorothalonil fix-xhir u bosta prodotti li ġejjin mill-annimali, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(3):1524. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal thiacloprid fil-frawli, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(1):1498. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal clothianidin fiz-zunnarija, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(2):1515. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal difenoconazole fin-nevew u l-liftja, il-Ġurnal EFSA 2010. 8(2):1510. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal flubendiamide fl-qoxra tal-kukurbiti li tittikel u li ma tittikilx, il-brunġil u l-fażola bil-miżwed, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(3):1527. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal fenhexamid f'ħafna wċuħ tal-art imwerqin, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(11):1455. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal spirotetramat fil-basal u t-twaqqif ta' LMR ġodda fil-fażola kidnija, il-Ġurnal EFSA 2010; 8(2):1511. |
|
|
L-opinjoni motivata tal-EFSA mħejjija mill-Unità tal-Pestiċidi (PRAPeR) dwar il-modifika tal-LMR eżistenti għal thiamethoxam fiz-zunnarija, il-Ġurnal EFSA 2009; 7(9):1307. |
(4) Stqarrija tal-EFSA. Riskji potenzjali għas-saħħa pubblika minħabba l-preżenza tan-nikotina fil-faqqiegħ salvaġġ, il-Ġurnal EFSA 2009; RN-286, 1-47.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II il-kolonni għal chlorothalonil, fenhexamid u thiacloprid jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III, PartiA, huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(3) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*4) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika