|
31.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/846
tat-18 ta’ Mejju 2022
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUBAM Libya, inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Jannar 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/59 (2), li taħtar lis-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Frar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1009 (3), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1048 (4), li testendi l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
|
(5) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya jiġi estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/59 tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2021) (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1009 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 222, 22.6.2021, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1048 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/2/2021) (ĠU L 228, 28.6.2021, p. 1).