31996R0376



Official Journal L 051 , 01/03/1996 P. 0031 - 0031


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/96

tad-29 ta' Frar 1996

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 897/94 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar proġetti pilota li għandhom x'jaqsmu mal-monitoraġġ kontinwu tal- posizzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2870/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (4) tiegħu,

Billi taħt il-kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/528/KE tal-5 ta' Diċembru 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u d-Deċiżjoni 89/631/KEE fir-rigward tal-limitu ta' ħin għall-implimentazzjoni ta' ċerti proġetti pilota fuq monitoraġġ kontinwu tal-posizzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjez magħmula għall-implimentazzjoni tagħhom [3], id-data għat-tlestija ta' proġetti pilota li għandhom jiġu mwettqa mill-Istati Membri, kif ukoll dik tad-deċiżjoni finali tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ kontinwu tal- posizzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità, mniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 2847/93, ġew differiti b'sitt xhur;

Billi konsegwentement jkun jaqbel illi d-dati korrispondenti li hemm pprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/94 [4] jiġu estiżi għal sitt xhur oħra;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 897/94 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 2(3), "it-30 ta' Ġunju 1995" għandu jiġi mibdul bil-"31 ta' Diċembru 1995";

2. fl-Artikolu 7(1), "il-31 ta' Diċembru 1995" għandu jiġi mibdul bit-"30 ta' Ġunju 1996";

3. fl-Artikolu 11, "il-31 ta' Awissu 1995" għandu jiġi mibdul bid-"29 ta' Frar 1996".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[2] ĠU L 301, ta' l-14.12.1995, p. 1.

[3] ĠU L 301, ta' l-14.12.1995, p. 35.

[4] ĠU L 104, tat-23.4.1994, p. 18.

--------------------------------------------------