|
2.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2017/2221
tat-30 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2005/820/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika Slovakka biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument C(2017) 7856)
(Il-verżjoni Slovakka biss hija awtentika)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 390 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), is-Slovakkja tista', skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004. Skont dak l-Artikolu dawk it-tranżazzjonijiet iridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 2a tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/820/KE, Euratom (3), is-Slovakkja kienet awtorizzata li tuża perċentwal fiss għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE rigward trasport tal-passiġġieri. |
|
(3) |
L-aħħar spezzjoni tar-riżorsi proprji tal-VAT żvelat li l-awtorizzazzjoni biex jintuża metodu ta' kalkolu simplifikat għall-kalkolu tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE kienet ibbażata fuq dejta mhux korretta u mhux kompluta. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-awtoritajiet Slovakki fl-osservazzjonijiet uffiċjali tagħhom għar-rapport ta' spezzjoni. Kieku l-Kummissjoni kienet f'pussess ta' dejta korretta u kompluta, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw stimi approssimattivi għat-trasport tal-passiġġieri għall-perjodu 2014 sal-2020 ma kinitx tingħata lis-Slovakkja peress li r-riżultat kien wisq volatili. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar l-Artikolu 2a tad-Deċiżjoni 2005/820/KE, Euratom b'mod retroattiv. Minkejja t-tħassir tal-Artikolu 2a tad-Deċiżjoni 2005/820/KE, Euratom, is-Slovakkja għadha tista' tuża l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/820/KE, Euratom fir-rigward tat-tranżazzjonijet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2005/820/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2a tad-Deċiżjoni 2005/820/KE, Euratom huwa mħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-27 ta' Novembru 2014.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/820/KE, Euratom tal-21 ta' Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika Slovakka biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 305, 24.11.2005, p. 41).