European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1511

2.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1511

tal-25 ta’ Ġunju 2026

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (Ir-Regolament EDIP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(1), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 212(2) u l-Artikolu 322(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet.

(3)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PANAYIOTOU


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2894/oj.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“ir-Regolament EDIP”) (ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…

ta’ …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“ir-Regolament EDIP”) (1).

(2)

Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2025/2643 tibda mill-1 ta’ Jannar 2026, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u irrispettivament minn jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, ikun innotifikat wara l-10 ta’ Lulju 2026.

(3)

Jjenħtieġ li entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA jkunu intitolati li jipparteċipaw f’attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Il-kostijiet imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda mill-1 ta’ Jannar 2026, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-kostijiet imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni, dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata.

(4)

Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA u l-istituzzjonijiet, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini tagħhom fil-programmi tal-Unjoni huma stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u b’mod partikolari fl-Artikolu 81 tiegħu.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat biex tkun tista’ ssir dik il-kooperazzjoni estiża mill-1 ta’ Jannar 2026,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu segwenti jiżdied wara l-paragrafu 16 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“17.   L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2026, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-att u l-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea:

—

32025 R 2643: Ir-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (‘ir-Regolament EDIP’) (ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025).

—

Linja baġitarja 13 01 06: ‘Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża’.

—

Linja baġitarja 13 08 01: ‘Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea’.

Il-kostijiet mġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda mill-1 ta’ Jannar 2026 jew, jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2025/2643 jiġu ssodisfati, mill-5 ta’ Marzu 2024, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mid-data tal-bidu tal-azzjoni msemmija fil-ftehim tal-għotja jew fid-deċiżjonijiet tal-għotja kkonċernati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [Din id-Deċiżjoni] tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.

L-Iżlanda u l-Liechtenstein għandhom jiġu eżentati mill-parteċipazzjoni fil-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea, u mill-kontribuzzjoni finanzjarja għalih. Konsegwentement, dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein.

Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, it-Taqsima VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha japplika għal dan il-paragrafu.

It-terminu ‘Stat/Stati Membru/Membri’ u termini oħra li jagħmlu referenza għall-entitajiet pubbliċi tal-Istati Membri imsemmija fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2025/2643 għandhom jinftiehmu b’tali mod li, apparti s-sens tagħhom fir-Regolament (UE) 2025/2643, ikunu jinkludu lill-Istati tal-EFTA u lill-entitajiet pubbliċi tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) 2025/2643 għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(i)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2025/2643 li ġejjin biss għandhom japplikaw:

L-Artikoli 1 sa 21, 35 sa 77, u 79 sa 86.

(ii)

Fl-Artikolu 72(1), il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ impriżi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA permezz ta’ deċiżjoni,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘atti ta’ implimentazzjoni,’.

(iii)

Fl-Artikoli 72(2) u 72(3) u fl-Artikoli 73, 74 u 75 il-kliem ‘jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’ u ‘Il-Kummissjoni’.

(iv)

Fl-Artikolu 72(4), il-kliem ‘L-Istati tal-EFTA għandhom jiddeterminaw l-allokazzjoni tal-ammonti tal-multi miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘l-Istrument ta’ Appoġġ.’.

(v)

Fl-Artikolu 73(5) u l-Artikolu 74(5), il-punt (b), il-kliem ‘jew il-Qorti tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea’.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)   ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj.

(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-deċiżjoni [Nru …/…] ta’ .... li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE biex tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti biex tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża stabbilit bir-Regolament (UE) 2025/2643

[għall-adozzjoni mad-Deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni fil-ĠU]

Din id-Deċiżjoni testendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti biex tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-Programm tal-Industrija Ewropea tad-Difiża u qafas ta’ miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“EDIP”). L-Istati tal-EFTA jidhrilhom li kwistjonijiet ta’ difiża jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE, u għalhekk li l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi kwistjonijiet ta’ difiża lil hinn mill-parteċipazzjoni fl-EDIP. L-Istati tal-EFTA jenfasizzaw ukoll li l-Iżlanda u l-Liechtenstein mhumiex qed jipparteċipaw fl-EDIP u għalhekk ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkontribwixxu finanzjarjament għalih.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1511/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)