Brussell, 17.5.2024

COM(2024) 204 final

ANNESS

ta’

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet





(Linja baġitarja 07 20 03 01 — Sigurtà Soċjali)


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru […]

ta’ […]

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.

(2)Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 5 u 14 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘is-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023’ jinbidlu bil-kliem ‘is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023 u 2024’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE 1*.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, .

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   

   

(1) *    [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]