Brussell, 3.7.2023

COM(2023) 406 final

2023/0240(BUD)

Proposta għal

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 3
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2023

Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tekniċi oħrajn inkluż it-twaqqif u l-iffinanzjar għall-2023 tal-Istrument għat-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża l-ġdid u tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep


Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

–ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, kif adottat fit-23 ta’ Novembru 2022 3 ,

–il-baġit emendatorju Nru 1/2023 4 , adottat fit-13 ta’ Ġunju 2023,

–l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2023 5 , adottat fil-12 ta’ April 2023,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 3 għall-baġit 2023.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima Individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

L-iskop ewlieni tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 3 għas-sena 2023 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi fir-rigward ta’:

–it-tbassir aġġornat tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-2023 li ġie approvat mill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) fil-25 ta’ Mejju 2023. Dan l-aġġornament tipikament jiġi ppreżentat ftit wara l-laqgħa dwar it-tbassir tal-KKRP, f’konformità mal-aspettattivi tal-Istati Membri li l-aġġornamenti tal-KKRP jiġu bbaġitjati malajr kemm jista’ jkun;

–l-aġġornament ta’ dħul ieħor bħall-kontribuzzjoni tar-Renju Unit, multi u oħrajn.

Barra minn hekk, l-ABE 3/2023 jinkludi l-elementi speċifiċi li ġejjin relatati man-nefqa:

–aġġustamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-finanzjament għall-2023 tal-Istrument il-ġdid għat-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża stabbilit bl-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (Act in Support of Ammunition Production, ASAP);

–aġġustamenti fir-rigward tal-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep 6 għall-2023 wara l-ftehim politiku li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-18 ta’ April 2023;

–kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mil-linja ta’ riżerva għall-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (Sustainable Fisheries Partnership Agreements, SFPA), minħabba dewmien fin-negozjati ma’ tliet pajjiżi terzi (jiġifieri l-Marokk, il-Liberja u l-Gżejjer Solomon);

–tisħiħ tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (European Data Protection Supervisor, EDPS) biex ikopri kostijiet addizzjonali fir-rigward tal-kera li għandha titħallas lill-Parlament Ewropew.

B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 3/2023 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 54,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u fi tnaqqis ta’ EUR 190,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

2.    Aġġornament tad-dħul

2.1    Impatt ġenerali tal-ABE 3/2023 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri

It-tbassir rivedut għall-2023 ġie miftiehem fil-188 laqgħa tal-KKRP fil-25 ta’ Mejju 2023. L-aġġustamenti tan-naħa tad-dħul tal-baġit huma meħtieġa biex jiġu aġġornati l-istimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kif ukoll għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Value Added Tax, VAT), l-Iskart mhux irriċiklat mill-Imballaġġ tal-Plastik (Plastic Packaging Waste, PPW) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING), filwaqt li jitqies it-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa (ara t-Taqsima 2.2).

Barra minn hekk, l-ammont ta’ dħul ieħor huwa aġġornat biex iqis il-kontribuzzjoni riveduta tar-Renju Unit u l-multi u l-pagamenti ta’ penali msarrfa definittivament sa Ġunju 2023 (ara t-Taqsimiet 2.3 u 2.4, rispettivament).

L-impatt globali tal-aġġustamenti tad-dħul ta’ dan l-ABE jidher fit-tabella sommarja hawn taħt. Din it-tabella turi wkoll id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri kif ibbaġitjat fil-baġit inizjali tal-2023, kif inkluż fl-ABE 2/2023 7 , u fl-aħħar nett kif inkluż f’dan l-ABE 3/2023.

Distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji skont l-Istati Membri (f’miljun EUR)

 

Baġit 2023

ABE 2/2023

ABE 3/2023

 

(1)

(2)

(3)

BE

6 894,7

6 807,6

6 808,1

BG

858,5

846,2

944,6

CZ

2 789,8

2 746,8

2 864,0

DK

3 251,7

3 193,3

3 172,5

DE

36 585,2

35 946,9

34 945,9

EE

371,8

366,5

393,2

IE

3 625,3

3 568,1

3 690,0

EL

2 034,3

2 002,0

2 122,8

ES

13 901,1

13 687,4

13 991,3

FR

27 185,1

26 753,6

26 567,0

HR

615,9

606,1

670,8

IT

19 932,2

19 624,8

19 515,2

CY

250,2

246,3

259,5

LV

399,0

393,2

420,6

LT

666,0

656,5

746,0

LU

552,6

543,3

470,2

HU

1 850,4

1 824,6

1 932,7

MT

159,0

156,6

166,4

NL

9 312,6

9 163,5

9 721,1

AT

3 629,6

3 559,3

3 617,8

PL

7 624,3

7 520,6

7 552,2

PT

2 425,4

2 388,5

2 480,9

RO

2 759,6

2 715,2

2 928,1

SI

662,8

653,6

768,2

SK

1 123,8

1 106,0

1 087,0

FI

2 526,6

2 483,3

2 428,1

SE

4 585,2

4 493,9

4 031,4

UE

156 572,7

154 053,7

154 295,4

2.2    Reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet tal-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING

F’konformità mal-Artikolu 44(1), il-punt (b) tar-Regolament Finanzjarju 8 , il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-finanzjament tal-baġit abbażi ta’ tbassir ekonomiku aktar reċenti. Skont il-prattika stabbilita, it-tbassir rivedut tad-dħul huwa miftiehem mal-Istati Membri fil-proċedura ta’ tbassir tal-KKRP.

Ir-reviżjoni tikkonċerna t-tbassir tar-RPT li jrid jitħallas lill-baġit fl-2023 kif ukoll it-tbassir tal-bażijiet tal-VAT, PPW u tal-ING għall-2023. It-tbassir inkluż fil-baġit tal-2023 ġie miftiehem fil-185 laqgħa tal-KKRP li saret fit-23 ta’ Mejju 2022. Ir-reviżjoni fl-ABE 3/2023 attwali tikkunsidra t-tbassir miftiehem fil-188 laqgħa tal-KKRP tal-25 ta’ Mejju 2023. L-użu ta’ tbassir aġġornat tar-riżorsi proprji jtejjeb il-preċiżjoni tat-tbassir tad-dħul u konsegwentement tal-pagamenti li l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu għall-baġit tal-UE matul is-sena baġitarja.

Il-projezzjonijiet tad-dħul tal-Kummissjoni huma bbażati fuq it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa għall-2023 tal-Kummissjoni 9 , li juri perspettiva kemxejn aħjar għall-ekonomija fost l-isfidi persistenti. L-ekonomija tal-UE hija prevista li tikber b’mod moderat din is-sena u s-sena d-dieħla. Minkejja kuntest globali diffiċli, l-ekonomija Ewropea evitat ir-reċessjoni u qed tkompli turi reżiljenza. Dan l-eżitu huwa dovut ħafna għall-politiki stabbiliti mill-UE u l-Istati Membri tagħha. Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u l-investiment infrastrutturali biex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet fil-provvista tal-gass u tingħata spinta lill-enerġija rinnovabbli, li huma appoġġati wkoll mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, taw il-frott tagħhom. Il-prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi, it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fil-provvista u suq tax-xogħol b’saħħtu appoġġaw tkabbir moderat fl-ewwel kwart tal-2023. Dan il-bidu aħjar milli mistenni għas-sena jgħolli kemxejn il-prospettiva tat-tkabbir għall-ekonomija tal-UE għal 1,0 % fl-2023 (minn 0,8 % mistenni fit-Tbassir tax-Xitwa għall-2023). Ir-reviżjonijiet ’il fuq għaż-żona tal-euro huma ta’ kobor simili, bit-tkabbir tal-PDG issa mistenni li jkun ta’ 1,1 % fl-2023. Minħabba pressjonijiet fundamentali persistenti fuq il-prezzijiet, l-inflazzjoni globali ġiet riveduta ’l fuq meta mqabbla max-xitwa, għal 5,8 % fl-2023 fiż-żona tal-euro. Prezzijiet tal-enerġija ferm aktar baxxi qed isibu posthom fl-ekonomija, u b’hekk qed inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-kumpaniji. Il-konsumaturi qed jaraw ukoll il-kontijiet tal-enerġija tagħhom jonqsu, għalkemm il-konsum privat huwa mistenni li jibqa’ baxx hekk kif it-tkabbir fil-pagi huwa iżgħar mill-inflazzjoni. Filwaqt li l-prospettiva fix-xenarju ċentrali tat-tbassir tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni ma nbidlitx wisq mix-xitwa li għaddiet, ir-riskji negattivi għall-prospettiva ekonomika żdiedu. Il-persistenza tal-inflazzjoni bażika ħarġet bħala riskju ewlieni. Ir-riskji relatati mal-ambjent estern tal-UE għadhom għoljin, b’inċertezzi ġodda wara t-taqlib fis-settur bankarju jew li huma relatati ma’ tensjonijiet ġeopolitiċi usa’. Fl-aħħar nett, hemm inċertezza persistenti li tirriżulta mill-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Ix-xenarju ekonomiku li fuqu huwa bbażat il-baġit tal-2023 huwa kkonfermat b’mod ġenerali mill-aħħar stimi:

·Id-dazji doganali totali li għandhom jinġabru fl-2023, netti minn 25 % tal-kostijiet tal-ġbir, huma mbassra għal EUR 23 730,1 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 9,9 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ EUR 21 590,36 miljun inklużi fil-baġit tal-2023. Il-Kummissjoni qabblet ir-riżultati tal-metodu ta’ previżjoni tradizzjonali tal-KKRP (ibbażat fuq ir-rati ta’ tkabbir imbassra ta’ importazzjonijiet barra l-UE) mar-riżultati tal-metodu ta’ estrapolazzjoni (ibbażat fuq l-aħħar data tal-eżitu għad-dazji doganali miġbura, jiġifieri Jannar – April 2023). Bħal fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni tieħu approċċ konservattiv li jiżgura ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-UE f’kuntest ta’ inċertezzi ekonomiċi u finanzjarji kif stipulat fit-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa. Għaldaqstant, huwa propost li jintuża l-eżitu tal-metodu ta’ tbassir tradizzjonali għar-reviżjoni tat-tbassir tar-RPT tal-2023, li huwa aktar baxx mill-eżitu tal-metodu ta’ estrapolazzjoni, iżda xorta jirriżulta fi dħul ogħla ta’ EUR 2,1 biljun meta mqabbel mal-ABE 2/2023.

·Il-bażi totali tal-VAT mingħajr limitu tal-UE għall-2023 issa hija mbassra għal EUR 7 522 260,0 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 8,6 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2022 ta’ EUR 6 925 198,0 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata tal-UE għall-2023 10 hija mbassra għal EUR 7 486 175,5 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 8,4 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2022 ta’ EUR 6 906 555,6 miljun. It-tbassir aġġornat iqis id-definizzjoni simplifikata tal-bażi tal-VAT kif ipprovduta mid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji 11 .

·It-tbassir tal-PPW mhux riċiklat fl-UE jammonta għal 9 891 423,2 tunnellata fl-2023, li huwa żieda ta’ 11,6 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2022 ta’ 8 859 902,5 tunnellata. Il-kontribuzzjonijiet korrispondenti tal-Istati Membri li ġejjin mill-PPW huma ppreżentati fit-Tabella 3 tal-anness baġitarju mehmuż.

·Il-bażi totali tal-ING tal-UE għall-2023 hija prevista għal EUR 16 883 807,9 miljun, jiġifieri żieda ta’ 3,6 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2022 ta’ EUR 16 299 159,8 miljun.

Ir-rati tal-kambju tat-30 ta’ Diċembru 2022 intużaw biex it-tbassir tal-bażijiet tal-VAT u l-ING jinqalbu mill-muniti nazzjonali għal EUR, għas-seba’ Stati Membri li mhumiex membri fiż-żona tal-euro. Dan jevita d-distorsjonijiet billi din hija r-rata li tintuża sabiex il-pagamenti bbaġitjati tar-riżorsi proprji jinqalbu minn EUR għall-muniti nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru, kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) tar-Regolament tal-Kunsill 609/2014 12 .

It-tbassir rivedut tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT mhux limitati, tal-bażijiet tal-PPW u tal-bażijiet tal-ING għall-2023, kif adottati fil-188 laqgħa tal-KKRP, huma ppreżentati fit-tabella li ġejja:



Tbassir rivedut tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING għall-2023 

 

Dwana 
(75 %)

Bażijiet tal-VAT mhux limitati

Bażijiet tal-PPW

Bażijiet tal-ING

Bażijiet tal-VAT
limitati
13

Miljun EUR

tunnellati

Miljun EUR

BE

2 164,1

234 226,9

211 801,8

582 813,2

234 226,9

BG

170,3

45 587,5

76 347,6

92 469,7

45 587,5

CZ

449,7

127 090,5

152 087,5

300 318,9

127 090,5

DK

444,6

159 467,0

177 087,3

389 766,4

159 467,0

DE

4 796,1

1 768 749,9

1 779 081,4

4 242 782,1

1 768 749,9

EE

65,8

18 840,9

30 978,0

38 647,3

18 840,9

IE

521,8

123 760,2

236 120,6

402 989,5

123 760,2

EL

338,7

91 466,2

129 529,9

222 359,9

91 466,2

ES

2 101,5

682 563,3

1 035 520,7

1 414 706,7

682 563,3

FR

2 191,9

1 384 191,9

1 955 262,6

2 883 038,3

1 384 191,9

HR

60,5

43 375,6

46 773,8

73 494,0

36 747,0

IT

2 645,6

906 266,0

1 299 206,4

2 054 378,6

906 266,0

CY

40,6

19 319,9

10 508,3

26 781,6

13 390,8

LV

66,7

20 026,9

29 282,8

42 711,2

20 026,9

LT

159,0

32 237,5

40 921,3

72 087,2

32 237,5

LU

15,9

41 204,9

15 441,9

55 437,8

27 718,9

HU

248,9

82 359,1

346 302,1

183 824,4

82 359,1

MT

22,3

9 745,1

14 479,8

16 806,3

8 403,2

NL

3 723,3

469 784,1

291 519,0

999 460,3

469 784,1

AT

288,2

226 119,4

213 901,9

479 248,1

226 119,4

PL

1 417,8

359 995,6

811 444,9

702 760,4

351 380,2

PT

266,1

125 040,9

282 309,5

254 201,2

125 040,9

RO

324,8

114 973,4

346 971,1

315 334,2

114 973,4

SI

244,3

31 842,2

29 817,2

63 517,5

31 758,8

SK

126,6

53 809,2

56 745,4

119 060,6

53 809,2

FI

212,0

108 626,1

111 172,9

278 328,0

108 626,1

SE

623,0

241 589,8

160 807,5

576 484,5

241 589,8

UE

23 730,1

7 522 260,0

9 891 423,2

16 883 807,9

7 486 175,5

   2.3    Kontribuzzjoni tar-Renju Unit

Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha titħallas f’konformità mal-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) 14 u tkopri b’mod partikolari s-sehem tar-Renju Unit fl-impenji pendenti ta’ qabel l-2021 li għandhom jitħallsu fl-2023 kif ukoll sehem ir-Renju Unit fl-obbligazzjonijiet tal-Unjoni (bħal pensjonijiet) u l-obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tar-Renju Unit tinkludi wkoll l-ammonti dovuti lir-Renju Unit relatati mal-korrezzjonijiet tar-riżorsi proprji u l-aġġustamenti għas-snin finanzjarji sal-2021.

Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit hija bbażata fuq is-sehem tar-Renju Unit 15 , li huwa kkalkulat bħala l-proporzjon bejn ir-riżorsi proprji li saru disponibbli mir-Renju Unit fis-snin bejn l-2014 u l-2020 u r-riżorsi proprji li saru disponibbli matul dak il-perjodu mill-Istati Membri kollha u r-Renju Unit. Is-sehem tar-Renju Unit ġie aġġustat fl-2022 f’konformità mal-Artikolu 139 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Is-sehem definittiv tar-Renju Unit ġie stabbilit għal 12,431681219587700 %.

It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-elementi tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit li diġà kienu inklużi fil-fattura ta’ April kif ukoll l-istimi għall-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-fattura ta’ Settembru li huma magħrufa f’dan l-istadju. L-ammont rivedut tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit inkluż fl-ABE 3/2023 huwa kkalkulat billi jitqiesu l-modalitajiet ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Għaldaqstant qed jiġi propost li l-istima introdotta fil-baġit tal-2023 tiġi aġġornata skont dan.

Kontribuzzjoni aġġornata tar-Renju Unit fl-2023 (f’EUR)

 

Referenza għall-Artikolu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ

2023

Kontribuzzjoni totali tar-Renju Unit fl-2023, li minnha:

9 062 246 065

1. Impenji pendenti qabel l-2021 (inkluż il-korrezzjonijiet finanzjarji netti) - dovuti għal pagament fl-2023

Art. 140

8 563 340 885

2. Obbligazzjonijiet/pensjonijiet tal-Unjoni*

Art.142

288 251 050

3. Korrezzjonijiet u aġġustamenti tar-riżorsi proprji, li minnhom:

699 026 182

3.1 Surplus/defiċit tal-2020

Art.136(3)(a)

mhux disponibbli

3.2 Aġġornamenti tal-korrezzjonijiet ta-Renju Unit (2018-2019)

Art.136

11 333 962

3.3. VAT u ING

Art.136

1 037 501 234

3.4. Riżorsi proprji tradizzjonali**

Art.136, Art. 140(4)

-349 809 013

4. Multi

Art.141

-98 560 248

5. Obbligazzjonijiet kontinġenti, li minnhom:

-347 873 388

5.1 ELM, FEIS, EFSD, self (Fondi ta' garanzija)

Art.143

-312 568 840

5.2 Strumenti finanzjarji

Art.144

-53 678 624

5.3 Każijiet legali (inkluż multi)

Art.147

18 374 076

6. Assi netti tal-ECSC

Art.145

-36 874 795

7. Investiment tal-FEI

Art.146

-6 648 463

8. Aċċess għan-networks/sistemi/bażijiet tad-data***

Art.34(2), Art. 50 u 53, Art. 62(2), Art. 63(1)(e), Art. 63(2), Art.99(3),Art. 100(2)

1 584 841

* - l-ammont ta' EUR 259 miljun se jiddaħħal fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat

** - dan l-ammont jinkludi s-sehem imsemmi fl-Artikolu 139 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ riċevut mir-Renju Unit għall-pagamenti tiegħu wara s-sentenza tal-Qorti C-213/19 (l-hekk imsejjaħ każ ta' sottovalutazzjoni)

*** - għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat


2.4    Multi u pagamenti ta’ penali

Meta wieħed iqis il-multi u l-pagamenti ta’ penali msarrfa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2023, qed jiġi propost li jiddaħħlu l-ammonti li ġejjin fil-baġit tal-2023:

a)EUR 37,5 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni.

b)EUR 148,4 miljun ta’ pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stati Membri li ma osservawx is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw obbligu skont it-Trattati.

c)EUR 0,6 miljun ta’ mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.

d)EUR 504,0 miljun ta’ multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn, prinċipalment għal primjums għall-eċċess ta’ emissjonijiet.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit huwa intitolat li jirċievi s-sehem tiegħu fuq ammont ta’ EUR 43 miljun, inkluż fil-lista ta’ hawn fuq taħt l-entrati a), c) u d).

Għaldaqstant huwa propost li t-tbassir inizjali introdotti fil-baġit tal-2023 ta’ EUR 101 miljun jiżdied b’EUR 589,5 miljun għal EUR 690,5 miljun.

Fit-tabella ta’ hawn taħt hemm id-dettalji għal kull linja baġitarja.

EUR

Linja tad-dħul

Isem

Baġit 2023

ABE 3/2023

Ammont ġdid

4 2 0

Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni

100 000 000

-62 524 059

37 475 941

4 2 1

Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru

p.m.

148 411 968

148 411 968

4 2 4

Mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali

1 000 000

-423 740

576 260

4 2 9

Multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn

p.m.

503 991 500

503 991 500

Total    

101 000 000

589 455 669

690 455 669

2.5    Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2023

Meta jitqies it-tbassir rivedut għar-RPT, għall-bażi tal-VAT simplifikata u għar-riżorsa proprja bbażata fuq il-PPW mhux irriċiklat, l-ammont ta’ riżorsi proprji għajr l-ING żdied b’EUR 4 703 876 260. Flimkien maż-żieda fid-dħul l-ieħor b’EUR 432 605 402, dan inaqqas il-kontribuzzjoni tal-ING b’EUR 4 462 154 001 meta mqabbel mal-ABE 2/2023.

Sabiex jiġi rispettat il-prinċipju tal-ekwilibriju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea minqux fl-Artikolu 310(1) TFUE, ir-rata uniformi li għandha tiġi applikata għas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha trid tiġi kkalkulata mill-ġdid filwaqt li jitqies id-dħul l-ieħor kollu.

Ir-rata uniformi kkalkulata mill-ġdid għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING hija ffissata kif ġej:

Rata uniformi li għandha tiġi applikata fuq 1 % tal-ING = (nefqa totali – dħul ieħor – ammont nett totali tar-RPT – riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT – kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-PPW mhux irriċiklat) / 1 % tal-ING

Rata uniformi:

= (168 457 786 822 – 14 162 379 985 – 23 730 100 000 – 22 458 526 500 – 7 201 885 360) / 168 838 079 000

= 0,597642993657847

Il-kontribuzzjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING meta titqies ir-rata uniformi l-ġdida huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Sena baġitarja 2023 (f’EUR)

Stat Membru

1 % tal-bażi tal-ING użata għall-ABE 2/2023

Rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING (f’%) skont l-ABE 2/2023

1 % tal-bażi tal-ING

(Tbassir tal-KKRP approvat)

Rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING (bħala %)

skont l-ABE 3/2023

Differenza fl-ING

(1)

(2)

(3)

(4)

(5) = (3 x 4) - (1 x 2)

BE

5 630 560 000

0,6464569

5 828 132 000

0,5976430

- 156 772 308

BG

795 786 000

924 697 000

38 197 304

CZ

2 781 434 000

3 003 189 000

- 3 242 436

DK

3 774 175 000

3 897 664 000

- 110 430 024

DE

41 301 252 000

42 427 821 000

-1 342 790 844

EE

342 901 000

386 473 000

9 302 151

IE

3 703 703 000

4 029 895 000

14 154 020

EL

2 093 970 000

2 223 599 000

- 24 743 067

ES

13 828 586 000

14 147 067 000

- 484 689 857

FR

27 919 613 000

28 830 383 000

- 818 551 060

HR

635 913 000

734 940 000

28 141 373

IT

19 889 147 000

20 543 786 000

- 579 627 256

CY

252 190 000

267 816 000

- 2 971 619

LV

376 700 000

427 112 000

11 740 166

LT

615 572 000

720 872 000

32 883 311

LU

604 113 000

554 378 000

- 59 212 911

HU

1 670 483 000

1 838 244 000

18 718 326

MT

155 608 000

168 063 000

- 152 197

NL

9 648 131 000

9 994 603 000

- 263 896 744

AT

4 549 330 000

4 792 481 000

- 76 753 239

PL

6 708 365 000

7 027 604 000

- 136 670 788

PT

2 384 950 000

2 542 012 000

- 22 551 807

RO

2 869 778 000

3 153 342 000

29 384 861

SI

592 192 000

635 175 000

- 3 218 738

SK

1 153 958 000

1 190 606 000

- 34 426 819

FI

2 801 598 000

2 783 280 000

- 147 704 667

SE

5 911 590 000

5 764 845 000

- 376 269 132

Total

162 991 598 000

168 838 079 000

-4 462 154 001



3.    Aġġornament tan-nefqa

3.1    Strument għat-Tisħiħ Industrijali tad-Difiża stabbilit bl-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP)

Il-gwerra Russa kontra l-Ukrajna ssaħħaħ l-importanza tad-difiża, kif rifless fil-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq l-att b’appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) 16 . L-ASAP jistabbilixxi strument ġdid li jappoġġa ż-żieda fil-kapaċitajiet tal-manifattura tal-industrija tad-difiża Ewropea u jiżgura l-ktajjen tal-provvista, bl-għan li jippermetti d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża rilevanti fl-Unjoni permezz ta’ sensiela ta’ miżuri speċifiċi u mmirati biex jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali. L-ASAP huwa ppjanat li jkollu impatt finanzjarju mill-2023 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2023 sal-2028 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel l-aġġustamenti addizzjonali meħtieġa għan-nomenklatura baġitarja, il-kummenti baġitarji u l-livell ta’ approprjazzjonijiet f’dan l-ABE għas-sena 2023.

Dan jinkludi l-ħolqien ta’ żewġ linji baġitarji ġodda, inizjalment b’entrata pro memoria (“p.m.”), li għalihom il-kummenti baġitarji korrispondenti jkunu stabbiliti fl-anness baġitarju.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

13 01 05

Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument għat-Tisħiħ Industrijali tad-Difiża

p.m.

p.m.

13 07 01

L-istrument għat-Tisħiħ Industrijali tad-Difiża

p.m.

p.m.

Total    

p.m.

p.m.

Minħabba n-nuqqas ta’ marġnijiet mhux allokati taħt l-intestatura 5 (Sigurtà u Difiża), il-finanzjament tal-2023 tal-inizjattiva l-ġdida ta’ difiża ASAP huwa propost li jiġi ffinanzjat kompletament permezz ta’ riallokazzjonijiet ta’ ammonti inizjalment allokati għall-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (European Defence Industry Reinforcement through common Procurement Act, EDIRPA) skont id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva (legislative financial statement, LFS) li takkumpanja l-ASAP. L-ammonti korrispondenti huma proposti li jiddaħħlu fir-riżerva (it-titolu “dispożizzjonijiet”) sakemm l-att bażiku jiġi adottat mill-koleġiżlaturi. Jekk il-koleġiżlaturi jiddeċiedu b’mod differenti, il-Kummissjoni se tipproponi l-bidliet meħtieġa. Barra minn hekk, minħabba d-dewmien osservat fil-proċess leġiżlattiv tal-EDIRPA meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali, huwa propost li jiġi rritornat l-ammont korrispondenti f’approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 71 miljun.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 06 01)

- 1 000 000

- 1 000 000

30 02 01

Approprjazzjonijiet mhux differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 01 05)

+ 1 000 000

+ 1 000 000

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 06 01)

- 156 027 699

- 71 000 000

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 13 07 01)

+ 156 027 699

0

Total    

0

- 71 000 000



3.2    Finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep għall-2023

Il-Kummissjoni tipproponi li fl-ABE 3/2023 tinkludi l-aġġustamenti meħtieġa fir-rigward tal-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep għall-2023, li dwaru ntlaħaq ftehim politiku bejn il-koleġiżlaturi fit-18 ta’ April 2023.

Il-kontribuzzjoni totali ta’ Orizzont Ewropa għall-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep sal-2027 se tammonta għal EUR 1 725 miljun, li EUR 1 425 miljun minnhom se jiġu implimentati mill-impriża konġunta taċ-Ċipep u EUR 300 miljun mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (European Innovation Council, EIC). Fir-rigward tas-sena 2023, is-soluzzjoni ta’ finanzjament maqbula għall-Att dwar iċ-Ċipep tiddevja mill-elementi inklużi fil-baġit tal-2023 fl-aspetti li ġejjin: (i) tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sitt objettiv tal-Programm Ewropa Diġitali ddedikat għas-semikondutturi ta’ EUR 100 miljun, meħud mill-marġni mhux allokat taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1 (Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali) u (ii) ir-ritorn għar-Raggruppament 4 ta’ Orizzont Ewropa “Diġitali, Industrija u Spazju” ta’ ammont ta’ EUR 80 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li inizjalment kien propost li jiġi riallokat minn Orizzont Ewropa għall-Programm Ewropa Diġitali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi kontribut aktar ibbilanċjat għall-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep fost ir-raggruppamenti ta’ Orizzont Ewropa. Meta mqabbel mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, huwa propost li l-pakkett tal-2023 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċipep jiġi pospost xi ftit għall-2026-2027. Għaldaqstant, huwa propost li jiġi rritornat ammont ta’ EUR 15,2 miljun mill-Impriża Konġunta taċ-Ċipep lir-Raggruppament 3 ta’ Orizzont Ewropa “Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà” f’dan l-ABE.

Il-livell attwali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2023 huwa meqjus suffiċjenti biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ pagament ta’ din is-sena kemm taħt Orizzont Ewropa kif ukoll taħt il-programm Ewropa Diġitali, għaldaqstant l-ammont korrispondenti f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (EUR 80 miljun) huwa propost li jiġi kkanċellat.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

01 02 02 30

Raggruppament “Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà”

+ 15 200 000

0

01 02 02 42

Raggruppament “Diġitali, Industrija u Spazju” — l-Impriża Konġunta taċ-Ċipep

- 15 200 000

- 15 200 000

02 04 06 11

Semikondutturi – Impriża Konġunta taċ-Ċipep

+ 100 000 000

0

02 04 06 11

Semikondutturi – Impriża Konġunta taċ-Ċipep

- 80 000 000

- 80 000 000

01 02 02 40

Ragruppament “Diġitali, Industrija u Spazju”

+ 80 000 000

0

Total    

100 000 000

- 95 200 000

3.3    Linja ta’ riżerva tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA)

Il-linja ta’ riżerva tal-SFPA bħalissa tammonta għal EUR 48,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 28,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. Dan jikkorrispondi għall-ammont imdaħħal fir-riżerva biex ikopri l-ftehimiet u l-protokolli fir-rigward tas-sajd bejn l-Unjoni u l-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi speċifiċi li għadhom mhumiex adottati, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju u mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda 17 .

Meta jitqies l-istatus tan-negozjati dwar il-protokolli futuri, huwa ċar li l-ebda wieħed mill-protokolli mal-Marokk, mal-Liberja u mal-Gżejjer Solomon mhu se jibda jew jiġi konkluż fl-2023. B’mod partikolari:

·il-futur tal-protokoll mal-Marokk għadu inċert u jiddependi fuq is-sentenza li jmiss tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża pendenti C-798/21 P, Il-Kunsill vs Front Polisario, li issa mhijiex mistennija qabel il-bidu tal-2024;

·in-negozjati mal-Liberja jiddependu fuq l-iżvilupp u l-għeluq eventwali tad-djalogu miftuħ bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Liberjani fil-qafas tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (illegal, unreported and unregulated, IUU). Wara konklużjoni pożittiva tad-djalogu IUU, in-negozjati mhux se jibdew qabel l-2024;

·il-proċess tan-negozjati għal protokoll ġdid mal-Gżejjer Solomon ġie pospost.

Fl-aħħar nett, minħabba li l-kwantità għall-ħut kapelin relatata mal-protokoll attwali mal-Greenland ġiet miftiehma u stabbilita, l-ammont fuq il-linja ewlenija huwa biżżejjed u r-riżerva korrispondenti ma għadhiex meħtieġa.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu kkanċellati l-ammonti li mhux se jkunu meħtieġa fl-2023. Dan jikkorrispondi rispettivament għal EUR 45,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 24,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 08 05 01)

- 45 265 000

- 24 765 000

Total    

- 45 265 000

- 24 765 000

3.4    Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Qed jiġi propost tisħiħ tal-baġit tal-EDPS b’EUR 81 857 biex ikopru l-kera, l-imposti u nfiq ieħor għall-faċilitajiet tal-bini tal-EDPS, li huma ospitati mill-Parlament Ewropew. Issa li l-Parlament Ewropew ikkonferma l-kostijiet attwali għall-2023, jiġifieri żieda ta’ 10,63 % minħabba inflazzjoni għolja, il-livell ta’ approprjazzjonijiet disponibbli ma għadux biżżejjed biex ikopri l-obbligi kuntrattwali. Għaldaqstant, qed jiġi propost li jiżdied il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b’EUR 81 857 kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt, li għandu jittieħed mill-marġni taħt l-intestatura 7 (Amministrazzjoni Pubblika Ewropea):

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2 0 0

Kirjiet, imposti u nfiq ieħor fuq il-binjiet

81 857

81 857

Total    

81 857

81 857


4.    Finanzjament

B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 3/2023 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 54,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u fi tnaqqis ta’ EUR 190,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. In-naħa tad-dħul tal-baġit hija proposta li tiġi aġġustata kif stabbilit f’dan l-ABE 3/2023.

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

 

Baġit 2023 (inklużi l-BE 1/2023 u l-ABE 2/2023)

Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 3/2023

Baġit 2023 (inklużi l-BE 1/2023 u l-ABE 2-3/2023)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

21 595 056 589

20 898 092 074

100 000 000

-95 200 000

21 695 056 589

20 802 892 074

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

21 727 000 000

 

 

 

21 727 000 000

 

 

Marġni

131 943 411

 

-100 000 000

 

31 943 411

 

2.

Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

70 586 704 063

58 058 661 399

 

 

70 586 704 063

58 058 661 399

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

182 220 073

 

 

 

182 220 073

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

280 000 000

 

 

 

280 000 000

 

 

Limitu

70 137 000 000

 

 

 

70 137 000 000

 

 

Marġni

12 516 010

 

 

 

12 516 010

 

2a.

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

62 926 483 990

50 874 959 229

 

 

62 926 483 990

50 874 959 229

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

62 939 000 000

 

 

 

62 939 000 000

 

 

Marġni

12 516 010

 

 

 

12 516 010

 

2b.

Reżiljenza u valuri

7 660 220 073

7 183 702 170

 

 

7 660 220 073

7 183 702 170

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

182 220 073

 

 

 

182 220 073

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

280 000 000

 

 

 

280 000 000

 

 

Limitu

7 198 000 000

 

 

 

7 198 000 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

3.

Riżorsi Naturali u Ambjent

57 263 408 225

57 457 310 265

-45 265 000

-24 765 000

57 218 143 225

57 432 545 265

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

57 295 000 000

 

 

 

57 295 000 000

 

 

Marġni

31 591 775

 

45 265 000

 

76 856 775

 

 

Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

40 692 211

40 698 181 356

 

 

40 692 211

40 698 181 356

 

Sottolimitu massimu tal-FAEG

41 518 000 000

 

 

 

41 518 000 000

 

 

Differenza dovuta għall-ittondjar eskluża mill-kalkolu tas-sottomarġni

800 000

 

 

 

800 000

 

 

Trasferimenti netti bejn il-FAEG u l-FAEŻR

-825 800 000

 

 

 

-825 800 000

 

 

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sottolimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR)

40 693 000 000

 

 

 

40 693 000 000

 

 

Sottomarġni tal-FAEG

789 000

 

 

 

789 000

 

4.

Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

3 727 311 518

3 038 380 252

 

 

3 727 311 518

3 038 380 252

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

3 814 000 000

 

 

 

3 814 000 000

 

 

Marġni

86 688 482

 

 

 

86 688 482

 

5.

Sigurtà u Difiża

2 116 636 829

1 208 374 612

 

-71 000 000

2 116 636 829

1 137 374 612

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

170 636 829

 

 

 

170 636 829

 

 

Limitu

1 946 000 000

 

 

 

1 946 000 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

6.

Viċinat u d-Dinja

17 211 879 478

13 994 937 845

 

 

17 211 879 478

13 994 937 845

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

882 879 478

 

 

 

882 879 478

 

 

Limitu

16 329 000 000

 

 

 

16 329 000 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

7.

Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

11 313 119 518

11 313 119 518

81 857

81 857

11 313 201 375

11 313 201 375

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

11 419 000 000

 

 

 

11 419 000 000

 

 

Marġni

105 880 482

 

-81 857

 

105 798 625

 

 

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

8 745 600 042

8 745 600 042

81 857

81 857

8 745 681 899

8 745 681 899

 

Sottolimitu

8 772 000 000

 

 

 

8 772 000 000

 

 

Sottomarġni

26 399 958

 

-81 857

 

26 318 101

 

Approprjazzjonijiet għall-intestaturi

183 814 116 220

165 968 875 965

54 816 857

-190 883 143

183 868 933 077

165 777 992 822

 

Limitu

182 667 000 000

168 575 000 000

 

 

182 667 000 000

168 575 000 000

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 235 736 380

948 114 733

 

 

1 235 736 380

948 114 733

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

280 000 000

 

 

 

280 000 000

 

 

Marġni

368 620 160

3 554 238 768

-54 816 857

190 883 143

313 803 303

3 745 121 911

 

Strumenti speċjali tematiċi

2 855 153 029

2 679 794 000

 

 

2 855 153 029

2 679 794 000

Approprjazzjonijiet totali

186 669 269 249

168 648 669 965

54 816 857

-190 883 143

186 724 086 106

168 457 786 822

(1)      id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020.
(2)      ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018.
(3)      ĠU L 58, 23.2.2023.
(4)      ĠU X XX, 13.6.2023.
(5)      COM(2023) 250 final, 12.4.2023.
(6)      COM(2022) 46, 8.2.2022.
(7)      COM(2023) 250 final, 12.4.2023.
(8)      Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1-222).
(9)      Il-Kummissjoni Ewropea, 2023, Tbassir Ekonomiku Ewropew tar-Rebbiegħa 2023, Ekonomija Ewropea, Dokument Istituzzjonali 200.
(10)      L-Artikolu 2(1), il-punt (b) tad-DRP 2020 jistipula li għal kull Stat Membru l-bażi tal-VAT ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ING. Għall-ABE 3/2023, il-Kroazja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja u s-Slovenja se jkollhom il-bażi tal-VAT tagħhom limitata għal 50 % tal-ING.
(11)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1-10.
(12)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/615 tal-5 ta’ April 2022 (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 51).
(13)      L-ammonti mmarkati bil-griż jirriżultaw mill-bażijiet tal-VAT limitati, kif spjegat fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna aktar ’il fuq.
(14)      Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ĠU L 29, 31.01.2020, p. 7.
(15)      Imsemmi fl-Artikolu 136(3), il-punti (a) u (c), u fl-Artikoli minn 140 sa 147 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
(16)      COM(2023) 237, 3.5.2023.
(17)      ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 28–46.