Official Journal L 336 , 14/12/1985 P. 0020 - 0026
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0055
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0055
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0049
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3531/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu ma’ l-attivitajiet tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja fl-ibħra ta' l-Istati Membri l-oħra, minbarra l-Portugal IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni ta'Spanja u l-Portugal, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 163(3) tiegħu. Billi proċeduri tekniċi jridu jiġu stabbiliti biex jintgħarfu u jiġu sorveljati, bastimenti Spanjoli li huma awtorizzati jistadu fl-istess ħin fl-ibħra ta' l-Istati Membri l-oħra, minbarra l-Portugal. Billi l-Att ta' l-Adeżjoni jelenka sistema ta' listi ta' bastimenti awtorizzati, kif ukoll sistema li turi l-movimenti tal-bastimenti u li tavża fir-rigward tal-qabdiet tas-sajd, lill-Kummissjoni, dawn flimkien mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2057/82 datati 29 ta' Ġunju 1982, li jistabbilixxu ċerti miżuri li jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti ta' l-Istati Membri [1] kif emendata minn Regolament (KEE) Nru 1729/83 [2]. Billi, minħabba t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 163(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, mill-1 ta' Jannar 1986, id-disposizzjonijiet kollha relatati ma’ l-attivitajiet tas-sajd speċjalizzati li hemm imniżżla fl-Artikolu 160(1) ta' l-Att imsemmi, għandhom ikunu identiċi għal dawk applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dak l-Att. Billi hu neċessarju li l-Kummissjoni tipprovdi għall-kwistjonijiet tal-liċenzji tas-sajd, kif ukoll li tadotta ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi li għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 171/83 datat 25 ta' Jannar 1983, fejn hemm imniżżlin ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd [3], kif ġiet l-aħħar emendata minn Regolament (KEE) Nru 3625/84 [4]. Billi skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 163 ta' l-Att qabel l-adeżjoni, u dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat. Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni tar-Riżorsi tas-Sajd ma tax opinjoni saż-żmien stipulat mill-President. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-miżuri tekniċi li jikkontrollaw is-sajd, hawnhekk stabbiliti iżjed ’il-quddiem, għandhom jgħoddu fl-ibħra li jaqgħu taħt is sovranità u l-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, minbarra Spanja u l-Portugal, u koperti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja u reġistrata u/jew rekordjati f'port li jinsab f'territorju kopert mill-politika tas-sajd komuni. Artikolu 2 1. Kull sena, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-perjodu tas-sajd awtorizzat, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, listi ta' bastimenti li jeżerċitaw l-attivitajiet speċjalizzati tas-sajd, imsemmija f'punt 2 ta' l-Anness I. Għandha tintbagħat lista separata għal kull tip ta' sajd. 2. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu riveduti fl-ewwel ġurnata ta' kull xahar; il-Kummissjoni għandha tiġi avżata bl-alterazzjonijiet li jsiru sal-ħmistax-il ġurnata tax-xahar ta' qabel. 3. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom l-informazzjoni segwenti fuq kull bastiment. - l-isem tal-bastiment - numru ta' reġistrazzjoni ittri u numru ta' identifikazzjoni esterni. - port ta' reġistrazzjoni - isem (ismijiet) u indirizz (indirizzi) tas-sid (sidien) jew kerrej (kerreja), u jekk is-sid ikun assoċjazzjoni jew kumpanija bi sħab, il-membri tagħha. - tunnellaġġ u tul massimu - saħħa tal-magna - is-sinjal tas-sejħa u l-frekwenza tar-radju Artikolu 3 1. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jgħaddu proposti lill-Kummissjoni għal-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta'l-Artikolu 163(1) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, li jispeċifika liema bastimenti għandhom jistadu fl-istess ħin, skond l-Artikolu 158 u 160 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, u bil-proċedura segwenti. (a) fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-punti 1 u 2 (a), (b), (f) u (ġ) ta' l-Anness I, mill-anqas ħmistax il-jum qabel id-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi; fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punti 1 u 2 (ġ) ta' l-Anness I, il-listi għandhom ikopru perjodu ta' mill-anqas it-tnax-il xahar tal-kalendarju; fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punt 2 (a), (b) u (f) ta' l-Anness I, il-listi għandhom ikopru perjodu ta' mill-anqas xahrejn kalendarji. (b) fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punt 2 (ċ) u (d) ta' l-Anness I, mill-anqas erbat ijiem tax-xogħol qabel id-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi; il-listi għandhom ikopru perjodu ta' tnax-il xahar tal-kalendarju fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-punt 2 (ċ) ta' l-Anness I, u ta' mill-anqas ġimgħatejn f'kaz ta' dawk imsemmija f'punt 2 (d) ta' dan l-Anness. (ċ) fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punt 2 (e) ta' l-Anness I, mill-anqas jumejn tax-xogħol qabel id-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi, il-lista għandha tkopri perjodu ta' ġurnata. 2. Il-lista perjodika ta' kull xahar tal-bastimenti msemmija f'punti 1 u 2 (ċ) ta' l-Anness I, għandhom jispeċifikaw fuq bazi ta' ġurnata b'ġurnata, il-bastimenti li huma awtorizzati joħorgu għas-sajd fl-istess ħin; kull bastiment imsemmi f'punt 1 ta' l-Anness I, għandu jidher fuq il-lista mill-anqas għal sitt ġranet konsekuttivi, u kull biċċa tal-bastiment f'punt 2 (ċ) ta' l-Anness I għandha tidher fuq il-lista mill-anqas għal jumejn konsekuttivi. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi xierqa biex jassiguraw li l-bastimenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I, ma jistgħux jitilqu mill-port fejn jaħdmu qabel id-data li taqbel ma dik iffissata fil-lista perjodika għall-kontinwazzjoni tas-sajd fiż-żona in kwistjoni, meta tikkonsidra l-ħin transitorju meħud normalment biex tilħaq l-eqreb limiti geografiċi taż-żona msemmija. Huma għandhom jassiguraw ukoll, li l-bastimenti li qed ibaħħru minn port għall-ieħor ta' l-Istati Membri, ikunu skond it-termini u l-kondizzjonijiet li jawtorizzaw it-tip ta' sajd imsemmi fl-Anness I. 3. Fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punt 2 (d) ta' l-Anness I, il-lista perjodika għandha tinkludi l-gruppi ta' bastimenti, u kull wieħed m'għandux ikollu iktar minn tliet bastimenti. In-numru ta' dawn il-gruppi m'għandux jeċċedi n-numru speċifikat fir-raba’ kolonna f'punt 2 (d) ta' l-Anness I. Bastiment jista jingħata isem fi grupp wieħed biss. Grupp wieħed ma jistax jirċievi iktar minn waħda mil-liċenzji msemmija fl-Artikolu 4. 4. Kull lista perjodika għandu jkollha l-informazzjoni segwenti: - isem u numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment - is-sinjal tas-sejħa, - isem (ismijiet) u indirizz (indirizzi) tas-sid (sidien) kerrej (kerreja) u jekk is-sid ikun assoċjazzjoni jew kumpanija bi sħab, il-membri tagħha. - meta xieraq, il-koeffiċjenti speċifikat fl-Artikolu 158(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni - perjodu li ntalab għall-permess tas-sajd, - metodu maħsub għas-sajd, - żona maħsub għas-sajd, - fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I, dikjarazzjoni li turi jekk il-bastiment għandux jistad għal speċi li m'humiex tal-qiegħ. 5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti msemmija fil-paragrafu 1, u għandha tagħmel il-listi perjodiċi li mbagħad għandha tgħaddihom lill-awtoritajiet Spanjoli u lill-awtoritajiet konċernati skond is-segwenti. - fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 (a) hawn fuq, mill-anqas erba’ ġranet tax-xogħol qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. - fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 (b) hawn fuq, mill-anqas żewg ġranet tax-xogħol qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. - fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 (ċ) hawn fuq, mill-anqas ġurnata tax-xogħol qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. 6. Jekk fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-punt 2 (ċ), (d) u (e) ta' l-Anness I, il-Kummissjoni ma tirċevix proposti għal-lista perjodika ġdida fil-limitu taż-żmien stipulat fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, ir-regoli li jkunu fis-seħħ għall-aħħar ġurnata tal-perjodu preżenti għandhom jibqgħu japplikaw sakemm tiġi stabbilita lista ġdida skond il-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu. 7. L-awtoritajiet Spanjoli jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jissostitwixxu bastiment imsemmi f'lista perjodika, imma li ma jkunx jista’ jistad fil-perjodu speċifiku, minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri. Kwalunkwe bastiment li ġie sostitwit, għandu jigi nkluż fil-listi msemmija fit-tielet kolonna ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tavża lill-awtoritajiet Spanjoli u l-awtoritajiet konċernati, fir-rigward ta' alterazzjonijiet fil-listi perjodiċi, li hemm imsemmija fil-paragrafu 5. L-ebda bastiment, li jkun ser jissostitwixxi iehor, ma jkun awtorizzat joħrog għas-sajd sad-data indikata mill-Kummissjoni. Artikolu 4 1. Il-bastimenti msemmija f'punt 2 (a), (b) u (d) ta' l-Anness I, li huma msemmija fil-lista perjodika approvata mill-Kummissjoni jistgħu joħorgu għas-sajd biss jekk iżommu abbord il-liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni li tkun trid tiġi provduta fuq talba ta' l-awtoritajiet Spanjoli. Fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punt 2 (a) u (b) fl-Anness I, it-talba għal-liċenzji tingħata fil-ħin tal-komunikazzjoni għall-proposti tal-listi perjodiċi msemmija fl-Artikolu 2(1). Fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-punt 2 (d) ta' l-Anness I, it-talba għal-liċenzji għandha tingħata meta jkunu ser jingħataw il-listi tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 2. 2. Fil-każ ta' bastimenti msemmija f'punt 2 (a) u (b) ta' l-Anness I, kull liċenzja m'għandhiex tinħareġ għal iktar minn tliet bastimenti, u deskrizzjoni ta' kull bastiment trid tingħata fil-liċenzja. 3. Fil-każ ta' bastimenti msemmija fil-punt 2 (d) fl-Anness I, il-liċenzji jridu jinħarġu ghall- perjodu sħiħ ta' l-awtorizazzjoni tas-sajd mingħajr ma ssemmi l-bastimenti, u suġġett għan-numru massimu speċifikat fir-raba’ kolonna fl-Anness 1 punt 2; kull bastiment li hu mqabbad biex jaħdem fis-sajd, irid ikollu liċenzja ta' dan it-tip. 4. Il-liċenzji għandhom jinħarrġu għall-perjodu ta' mill-anqas xahrejn kalendarji. Artikolu 5 Bastiment jista’ jidher fuq iktar minn waħda mil-listi msemmija fl-Artikolu 2. Bastiment jista jidher fuq lista perjodika waħda biss, b'eċċezjoni ta' bastimenti li jistadu għat-tonn, li jistgħu jidhru wkoll f'listi tal-bastimenti li jistadu għall-inċova bħala użu għal-lixka ħajja. Artikolu 6 1. Bastimenti awtorizzati għas-sajd tat-tonn jistgħu ma jibqgħux fuq ħut jew prodotti ta' ħut, jekk mhux tonn, b'eċċezzjoni għall-inċova li tintuża bħala lixka ħajja. 2. Bastimenti awtorizzati għas-sajd tat-tannuta ta' Ray, ma jistgħux iżommu l-ebda ħut jew prodotti ta' ħut abbord minbarra dik l-ispeċi, b'eċċezzjoni li tintuża bħala lixka ħajja, iżda m'għandhomx jintużaw kwantitajiet iktar minn dawk strettament neċessarji, għal dan il-għan. Artikolu 7 Il-Kaptani tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet speċjali msemmija fl-Anness II. Il-Kummissjoni tista’ tbiddel dettalji li jirrigwardaw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif hemm imniżżel fl-Anness II punt 7, jekk tirċievi proposta mill-Istati Membri konċernati. Artikolu 8 Bla ħsara għar-Regola (KEE) Nru 171/83, il-miżuri tekniċi segwenti għandhom jgħoddu għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja, imsemmija fl-Anness I punt 2. (a) L-użu tax-xbieki tal-garġi hu pprojbit. (b) bastimenti ma jistgħux iżommu abbord l-ebda tagħmir tas-sajd għajr dak li hu neċessarju għat-tip ta' sajd li huma awtorizzati jagħmlu. (ċ) kull bastiment li jistad bil-knuz jista’ jixħet mhux iktar minn zewg knuz kull jum, it-tul massimu ta' kull wieħed minn dawn il-knuz għandu jiġi ffissata għal-20 mil nawtiku; id-distanza bejn il-lanza qasira li twaħħal is-sunnara mal-lanza prinċipali fis-sajd, ma tistax tkun inqas minn 2,700 metri. (d) bastimenti li jistadu għat-Tannuta ma jistgħux izommu abbord l-ebda tagħmir tas-sajd għajr knuz. Artikolu 9 L-awtoritajiet Spanjoli għandhom javżaw lill-Kummissjoni qabel il-ħmistax-il gurnata ta' kull xahar, dwar il-qabdiet u l-kwantitajiet ta' kull biċċa tal-baħar li tistad għat-tonn, kif ukoll, il-kwantitajiet li tniżżlu f'kull port minn dawn il-bastimenti fix-xahar ta' qabel. Artikolu 10 Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1986, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugal. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru, 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 220, ta' l-1.7.1982, pġ. 2. [2] ĠU L 169, tat-28.7.1983, pġ. 14. [3] ĠU L 24, tas-27.1.1983, pġ. 14. [4] ĠU L 335, tat-22.12.1984, pġ. 3. -------------------------------------------------- ANNESS I TIP TA' SAJD IMSEMMI FL-ARTIKOLU 158 U 160 (1) TA' L'ATT TA' L-ADEŻJONI Tip ta' Sajd | Żona | Numru totali ta' bastimenti awtorizzati (lista bażika) | Numru ta' bastimenti awtorizzati għas-sajd fl-istess ħin (lista perjodika) | Perjodu awtorizzat għas-sajd | | | 1.Bastimenti li jipprattikaw tipi ta' sajd imsemmija fl-Artikolu 158 ta' l-Att ta'l-Adeżjoni | Vb, VI | 300 | 23 | | 1.1.sa 31.12 | VII | 70 | VIII a, b, c | 57 | 2.Bastimenti li jipprattikkaw tipi ta' sajd speċjalizzat, msemmija fl-Artikolu 160(1) ta' l-Att ta' Adeżjoni | | | | | | (a)Dgħajjes tas-sardin (li jużaw xbieki ta' inqas min 100grt | VIII a, b, d | 71 | 40 | | 1.1. sa 28.2. u | (b)Vapuri kbar ta' inqas min 100grt | VIII a | 25 | 10 | | 1.7. sa 31.12. | (ċ)Sajd minn bastimenti li ma jeċċedix 50 grt li jsir bil-qasab tas-sajd | VIII a, b, d | — | 64 | | 1.1. sa 31.12. | (d)Bastimenti, li l-attivita prinċipali tagħhom, hu sajd għall-inċova | VIII a, b, d | — | 160 | | 1.3. sa 30.6. | (e)Bastimenti li jistadu għall-inċova u għall-ħut zgħir | VIII a, b, d | — | 120 | | 1.7. sa 31.10 | (f)Sajd għat-tonn | Iż-żoni kollha | | mingħajr limitu | | 1.1. sa 31.12. | (g)Bastimenti li jistadu għat-Tunnata ta' Ray | VII g, h, j, k | — | 25 | | 1.10 sa 31.12. | -------------------------------------------------- ANNESS II Il-bastimenti Spanjoli awtorizzati għas-sajd fl-ibħra ta' Istati Membri, minbarra l-Portugal, għandhom iħarsu dawn il-Kondizzjonijiet Speċjali. A. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mill bastimenti kollha 1. Kopja ta' dawn il-Kondizzjonijiet speċjali, u fejn xieraq, il-liċenzja tas-sajd, għandhom ikunu fuq il-bastiment. 2. L-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni ta' dawk il-bastimenti kollha li għandhom liċenzja, iridu jkunu mmarkati fuq il-pruwa tal-bastiment fuq iż-żewg naħat, u fuq kull naħa ta' l-istruttura, b'mod li jkunu jistgħu jidhru sew. L-ittri u n-numri jridu jkunu miżbugħa b'kulur kontrastanti ma’ dak tal-buq jew ta' l-istruttura, u m'għandhomx ikunu alterati, mħassra, mgħottija, jew skurati b'xi mod. B. Kondizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu mħarsa mill-bastimenti kollha, minbarra dawk li huma mqabbda biex jaħdmu fis-sajd tat-tonn, tannut, u bastimenti ta inqas minn 50 grt li jistadu biss bil-qasab u bix-xlief. 3. Il-bastimenti kollha awtorizzati għas-sajd għandhom jagħtu d-dettalji msemmija fil-punt 7 lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tal-movimenti msemmija hawn taħt: - L-isem tal-bastiment, l-isem tal-kaptan, is-sinjal tas-sejħa, l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni esterni, u meta jkun hemm il-bzonn, in-numru tal-liċenzja. - Id-data, il-ħin, posizzjoni ġeografika u l-istatistiċi ta' l-ICES: 3.1.1 F'kull okkażjoni li l-bastiment jidħol fiż-żona nawtika tas-sajd ta'200 mil, ‘il barra mix-xtut ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, minbarra l-Portugal, u li huma koperti bir-regolamenti tas-sajd tal-Komunità; 3.1.2 F'kull okkażjoni li l-bastiment jitlaq miż-żona nawtika tas-sajd ta' 200 mil, ‘il barra mix-xtut ta' l-Istati Membri tal-Komunità, minbarra l-Portugal, u li huma koperti bir-regolamenti tas-sajd tal-Komunità; 3.1.3 f'kull okkażjoni li l-bastiment jiċċaqlaq minn żona ta' l-ICES għal oħra, fiż-żoni definiti f'3.1.3. u 3.1.2 3.1.4. f'kull okkażjoni li l-bastiment jidħol f'port ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità; 3.1.5 f'kull okkażjoni li l-bastiment jitlaq mill-port ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità; 3.1.6. minbarra f'każ ta' bastimenti li huma obbligati jkollhom liċenzja; 3.1.6.1 qabel il-bidu ta' operazzjonijiet tas-sajd (komunikazzjoni attiva). 3.1.6.2 meta jitlestew l-operazzjonijiet tas-sajd (komunikazzjoni passiva) 4. Il-bastimenti kollha għandhom javżaw dwar id-dħul u l-ħrug tagħhom miż-żona ta' l-ICES, fejn huma awtorizzati jistadu, u d-data u l-ġimgħa ta' meta bdew l-operazzjonijiet tas-sajd, kif ukoll javżaw bis-segwenti fl-ordni ta'hawn taħt, lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi Brussel (telex 24/89FISEU-B): - l-isem tal-bastiment, - is-sinjal tas-sejħa, - l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni esterni, - in-numru serje tal-messaġġ għall-vjaġġ in kwistjoni - indikazzjoni tat-tip ta' messaġġ, meta tikkunsidra d-diversi punti msemmija f'punt 3 - posizzjoni ġeografika u l-kwadru statistiku ta' l-ICES - kwantità (f'kilogrammi) ta' kull speċi ta' ħut li nqabdu, bil-kodiċi hekk kif jidher f'punt 5.3, - kwantità (f'kilogrammi) ta' kull speċi maqbuda sa mit-trażmissjoni ta' qabel, - kwadru statistiku ta' l-ICES, fejn ittieħdu l-qabdiet, - kwantità (f'kilogrammi) ta' kull speċi trasferiti lill-bastimenti sa mit-trasmissjoni ta' qabel, - l-isem, is-sinjal tas-sejħa u fejn applikabbli, l-identifikazzjoni esterna ta' min ġie trasferit l- bastiment. - l-isem tal-kaptan 5. Il-messaġġi murija fil-punti 3 u 4 għandhom jiġu trasmessi kif ġej: 5.1. Il-messaġġi kollha għandhom jiġu trasmessi permezz ta' stazzjon tar-radju fil-lista ta' hawn taħt Isem | Sinjal tas-sejħa | North Foreland | GNF | Humber | GKZ | Cullercoats | GCC | Wick | GKR | Portpatrick | GKR | Anglesey | GLV | Ilfracombe | GIL | Niton | GNI | Stonehaven | GND | Hebrides | GHD | Portshead | GKA | GKB | GKC | Land's End | GLD | Valentia | EJK | Malin Head | EJM | Boulogne | FFB | Brest | FFU | St. Nazaire | FFO | Bordeaux-Archanon | FFC | Tarifa | EAC | Chipiona | | Finisterre | EAF | Coruna | | Cabo Penas | EAS | Machichaco | | 5.2. Jekk minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri, ikun impossibli għall-messaġġ biex jiġi trasmess mill-bastiment awtorizzat, jista’ jiġi trasmess minn bastiment ieħor għan-nom ta' dak il-bastiment. 5.3. Il-kodiċi li għandu jintuża biex jindika l-kwantitajiet ta' ħut abbord kif imsemmi fil-punt 4 [1]. A. Gamblu ta' qiegħ il-baħar (Pandalus borealis) B. Marlozz (Merluccuis Merluccius) C. Halibatt tal-Groenlandia (Reinhardtius hippoglossoides) D. Merluzz (Gadus morhua) E. Bakkaljaw (Melanogrammus aeglefinus) F. Ħalibatt (Hippoglossus Hippoglossus) G. Kavall (Scomber scombrus) H. Żgombru (Trachurus trachurus) I. L-ispeċi ta familja rupestris (Coryphaenoides rupestis) J. Ħuta tixbaħ il-bakkaljaw (Pollachius virens) K. Merlangu (Merlangus merlangus) L. Aringa (Clupea harengus) M. Ċiċċirella/fjametta (Ammodytes spp.) N. Sardina (Clupea sprattus) O. Barbun tat-tbajja (Pleurontes platessa) P. Sallura tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) Q. Molva (Molva molva) R. Oħrajn S. Gamblu (Pandalidae) T. Inċova (Engraulis encrassicholus) U. Salamun ragel fl-istagun tal-bajd (Sebastes app.) V. Barbun ta'l-Atlantiku tat-Tramuntana (Hpoglossoides platessoides) W. Klamar (Illex) X. L-ispeċi tal-familja ferruginea (Limanda ferruginea) Y. Merlanga blu (Gadus poutassou) Z. Tonn (Thunnidae) AA. Molva blu (Molva dypterygia) BB. Ħanzir Selvagg (Brosme brosme) CC. Mazzola tax-xewka (Scyliorhinus rotifer) DD. Gabadoll (Cetorihindae) EE. Kelb il-baħar b'geddumu bil-ponta (Lamma nasus) FRF. Klamar (Loligo vulgaris) GG. Tunnata ta' Ray (Brama brama) HH. Sardina (Sardina Pilchardus) II. Gamblu tar-ramel (Crangon crangon) JJ. Ħut ċatt zgħir bħall barbun (Lipidorhombus) KK. Petrica (Lophius spp.) LL. Awwista tan-Norveġja (Nephros Norvegicus) MM. Pollakkju (Pollachius pollachius) 6. Bla ħsara għall-istruzzjonijiet stabbiliti fil-ġurnal ta' abbord tal-Komunitajet Ewropej, il-messaġġi bir-radju trasmessi skond il-punti 3 u 5 għandhom jiġu reġistrati skond l-imsemmi ġurnal t'abbord. 7. L-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll huma kompetenti biex jirċievu l-komunikazzjonijiet imsemmija f'punt 3. FRANZA: | Cross A Château La Garenne F-56410 Etel Telex: CROSSAT 950519 | L-IRLANDA: | Naval Supervisory Centre Haulbowline Cork Telex: CORK 24924 | IR-RENJU UNIT: | Ministry of Agriculture, Fisheries and Food Great Westminster House Horseferry Road London SW1P 2AE Telex: London 21274 FISHLN. | Department of Agriculture and Fisheries for Scotland Chesser House Gorgie Road Edinburgh EH11 3 AW Telex: Edinburgh 727696 SODAFS | [1] Din il-lista ma timplikax li l-ispeċi msemmija jistgħu jinżammu jew jittellgħu fuq l-art. --------------------------------------------------