European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2616

23.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2616

tat-23 ta’ Novembru 2026

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Frar 2026, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2026/456 (2), li emenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa minn The Base, jenħtieġ li persuna waħda tiżdied mal-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. HEYDON


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2580/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/456 tas-26 ta’ Frar 2026 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled t-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1578 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/420 (ĠU L, 2026/456, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/456/oj).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, tiżdied l-entrata li ġejja:

“1.

NAZZARO Rinaldo (magħruf ukoll bħala Norman Spear, Roman Wolf); Post tat-twelid: United States of America; Nazzjonalità: l-Istati Uniti tal-Amerka; Sess: raġel.”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2616/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)