European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4666

18.8.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12071 - AGRANA / AUSTRIA JUICE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4666)

1.   

Fit-8 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AGRANA Beteiligungs-AG (“AGRANA”, l-Awstrija),

—

AUSTRIA JUICE GmbH (“AUSTRIA JUICE”, l-Awstrija).

AGRANA se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-AUSTRIA JUICE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

AGRANA hija proċessur globali ta’ materja prima agrikola, strutturata fi tliet diviżjonijiet operazzjonali: iz-zokkor, il-lamtu u l-frott. Il-grupp AGRANA huwa attiv madwar id-dinja madwar il-kontinenti kollha. Id-diviżjoni tal-frott ta’ AGRANA topera network globali ta’ siti ta’ produzzjoni fl-Ewropa, fl-Amerika, fl-Afrika, fl-Asja u fl-Awstralja,

—

AUSTRIA JUICE hija produttur u rivenditur ta’ konċentrati tal-meraq prinċipalment minn tuffieħ, frott aħmar u frott artab, kif ukoll komposti u togħmiet tax-xorb. AUSTRIA JUICE topera 13-il sit ta’ produzzjoni li jinsabu fl-Ewropa u fiċ-Ċina u tbigħ il-prodotti tagħha globalment.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12071 — AGRANA / AUSTRIA JUICE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4666/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)