|
28.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/578
tal-21 ta’ Frar 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti li jġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (UE) 2018/196 oriġinalment impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 4,3 % fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka. B’konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta’ annullament, jew ħsara, ikkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f’dak iż-żmien. Fl-2019, il-livell ta’ sospensjoni ġie aġġustat għal 0,001 % tad-dazju doganali addizzjonali ad valorem u r-Regolament (UE) 2018/196 ġie emendat skont dan. |
|
(2) |
L-iżborżi mis-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha teżisti data disponibbli huma relatati mad-distribuzzjoni ta’ dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2019 (mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2019). Abbażi tad-data ppubblikata mis-Servizz tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti u skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/196, il-livell ta’ annullament jew ta’ ħsara ikkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 25 506,30. |
|
(3) |
Il-livell ta’ annullament jew ta’ ħsara u konsegwentement ta’ sospensjoni żdied meta mqabbel mal-livell tal-2019. Madankollu, il-livell ta’ sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta’ annullament jew ħsara skont l-Artikolu 3(1)(c) billi jiżdiedu prodotti fil-lista fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/196, billi l-prodotti kollha mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/196 diġà ġew miżjuda fl-Anness I. Bħala konsegwenza, skont l-Artikolu 3(1)(e) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha żżomm il-lista ta’ prodotti fl-Anness I mingħajr tibdil u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ annullament jew ħsara. Jenħtieġ għalhekk li l-erba’ prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jenħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u ffissata għal 0,012 %. |
|
(4) |
L-effett ta’ dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta’ 0,012 % fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq tul ta’ sena, valur ta’ kummerċ li ma jaqbiżx USD 25 506,30. |
|
(5) |
Biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta’ importazzjoni addizzjonali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/196 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/196 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Dazju ad valorem ta’ 0,012 % apparti d-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2020.
Dan ir-Regolament se jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni huma identifikati permezz tal-kodiċijiet NM bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet jistgħu jinstabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).
0710 40 00
ex 900319 00 ‘frejms u immuntar ta’ nuċċalijiet minn metall ta’ valur baxx’
8705 10 00
6204 62 31
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).