30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10071 — De Agostini Group/Foodiverse/Alnut)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 412/12)

1.   

Fit-23 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

De Agostini S.p.A. (“De Agostini”, l-Italja),

—

Foodiverse Hold, S.L. (“Foodiverse”, l-Isvizzera) u

—

Alimentación y Nutrición Familiar, S.L.U. (“Alnut”, Spanja), kumpanija li bħalissa hija kkontrollata esklużivament minn Foodiverse.

De Agostini u Foodiverse jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Alnut kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

De Agostini: investmenti fl-ekwità provata u fil-ġestjoni tal-assi alternattivi, b’enfasi partikolari fis-settur tal-pubblikazzjonijiet, fis-servizzi tal-media u l-komunikazzjoni, lotteriji u servizzi tal-logħob tal-azzard,

—

Foodiverse: provvista ta’ attivitajiet u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi, prinċipalment relatati ma’ kumpaniji tal-prodotti tal-ikel,

—

Alnut: manifattura u kummerċjalizzazzjoni ta’ (i) prodotti ta’ikel tat-trabi ppreparat (prodotti tal-frott u prodotti tal-ħalib imballati f’tubi u boroż (pouches) tal-plastik, u (ii) deżerta bbażata fuq il-pjanti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10071 — De Agostini Group/Foodiverse/Alnut

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.