17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/229


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2010

(2012/584/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7–0051/2012),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi l-aġenzija ferrovjarja Ewropea (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0118/2012),

1.   

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’ hawn taħt;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 366, 15.12.2011, p. 100.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2010

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi l-aġenzija ferrovjarja Ewropea (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0118/2012),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2011 il-Parlament ta lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009 (5), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

—

stieden lill-Aġenzija tindirizza l-problema tal-approprjazzjonijiet li ġew ittrasferiti ’l quddiem minn sena għas-sena ta’ wara. It-trasferiment ’il quddiem ta’ 41 % tat-Titolu II jirrappreżenta ksur serju tal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità,

—

innota li l-Qorti tal-Awdituri enfasizzat kanċellazzjonijiet u dewmien fil-proċeduri ta’ akkwist, dewmien rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet u tibdiliet sinifikanti li saru fil-programm ta’ ħidma matul is-sena,

—

ħeġġeġ lill-Aġenzija toħloq proċedura konsolidata ta’ reklutaġġ li għandha tintuża bħala manwal għall-persunal kollu involut fir-reklutaġġ ġdid,

C.

billi l-baġit globali tal-Aġenzija għas-sena 2010 kien ta’ EUR 24 147 240, li huwa 14,9 % aktar meta mqabbel ma’ dak tas-sena preċedenti, billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kienet ta’ EUR 23 260 000 meta mqabbla ma’ EUR 16 060 000 fl-2009, li jfisser żieda ta’ 44,83 %,

Il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni Ewropea lill-Aġenzija għall-2010 ammontat għal EUR 23 260 000; jinnota madankollu li EUR 214 000, li ġejjin mill-irkupru tal-bilanċ favorevoli, żdiedu magħhom li konsegwentement, meta dawn jitqiesu wkoll, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni Ewropea tilħaq l-ammont ta’ EUR 23 474 000 għall-2010;

2.

Jinnota mir-Rapport dwar l-Attività Annwali tal-Aġenzija li 99 % tal-approprjazzjonijiet kienu għall-impenji u 77 % ġew użati għall-ħlasijiet; jinnota, b’mod partikolari, li:

—

skont it-Titolu I, l-approprjazzjonijiet għall-impenji totali ammontaw għal EUR 14 507 149 li minnhom 99 % intużaw għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet filwaqt li 77 % tal-approprjazzjonijiet trasferiti għall-2010 ntużaw għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet;

—

skont it-Titolu III, kważi 100 % tal-approprjazzjonijiet ntużaw għall-impenji u 62 % ntużaw għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet filwaqt 92 % tal-approprjazzjonijiet trasferiti għall-2010 ntużaw għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet;

—

skont it-Titolu II, kważi 100 % tal-approprjazzjonijiet ntużaw għall-impenji u minnhom 62 % ġew ikkonsmati għall-ħlasijiet filwaqt li 95 % tal-approprjazzjonijiet ittrasferiti għall-2010 ntużaw għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet

japprezza l-fatt li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet ittrasferiti ’l quddiem mill-2009 għall-2010;

3.

Jikkunsidra li fid-dawl tal-kriżi finanzjarja huwa importanti ħafna li l-użu tal-approprjazzjonijiet jiġi ottimizzat, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija janalizzaw u jistabbilixxu r-rekwiżiti baġitarji reali biex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti kollha fdati lilha;

Trasferimenti

4.

Jirrikonoxxi mir-Rapport dwar Informazzjoni Baġitarja u Ġestjoni Finanzjarja (RBFMI) li f’Diċembru 2009 l-Aġenzija ndunat li l-Kapitolu 11 (infiq għall-persunal) ma ġiex previst b’mod korrett għall-baġit tal-2010 peress li t-Titolu I kien ġie sottovalutat b’madwar EUR 1 500 000; jifhem mill-Aġenzija li s-sitwazzjoni kienet dovuta minħabba:

—

kalkolu ħażin u sistemiku tat-tbassir tal-infiq għall-persunal, peress li l-kalkolu tat-tbassir kien ibbażat fuq l-iskeda tas-salarji bażiċi tal-2007, u għalhekk kienu neqsin tliet indiċjar annwali;

—

iż-żieda fin-numru ta’ aġenti fuq kuntratt li tirriżulta minn tnaqqis fil-postijiet permanenti ġodda kif intalab mill-Aġenzija stess;

5.

Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Aġenzija li tittrasferixxi ammont ta’ EUR 500 000 mit-Titolu II għat-Titolu I u li tittrasferixxi ammont ta’ EUR 500 000 mit-Titolu III għat-Titolu I; jinnota mill-Aġenzija li d-deċiżjoni ġiet approvata mill-Bord Amministrattiv u mill-Kummissjoni Ewropea;

6.

Jinnota wkoll li biex tkopri d-distakk li baqa’, l-Aġenzija implimentat miżuri kumplimentari għat-tnaqqis tal-infiq skont it-Titolu I; jinnota mill-Aġenzija li dawn il-miżuri ħallew tfaddil żejjed ta’ anqas minn EUR 300 000; jinnota li dan l-ammont ġie trasferit lura għat-Titolu II;

7.

Jiddispjaċih li l-iżbalji fil-previżjonijiet baġitarji rriżultaw fil-kanċellazzjoni jew fid-dewmien ta’ ċerti investimenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma immedjatament lill-awtorità ta’ kwittanza bil-miżuri implimentati sabiex ikun jista’ jsir tbassir aħjar tal-infiq;

8.

Jinsab imħasseb li s-sitwazzjoni ma ġietx rapportata mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tispjega din l-omissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza;

It-trasferiment ’il quddiem tal-appropjazzjonijiet

9.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri li l-approprjazzjonijiet ittrasferiti ’l quddiem għall-2011 ammontaw għal EUR 5 500 000, li minnhom EUR 4 300 000 (78 %) huma relatati ma’ oġġetti u servizzi li kellhom jiġu fornuti fl-2011;

10.

Ifakkar li l-Aġenzija, fis-snin finanzjarji 2008 u 2009, ukoll kienet ittrasferiet approprjazzjonijiet f’ammonti konsiderevoli għal fuq is-sena finanzjarja 2010; huwa tal-fehma li dan il-ksur serju tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità ma jistax jiġi aċċettat aktar fil-futur u li l-kwittanza f’okkażjoni oħra għandha tiġi rrifjutata, f’każ ta’ ksur ieħor ta’ dak il-prinċipju baġitarju; jitlob lill-Aġenzija tieħu mingħajr dewmien il-miżuri meħtieġa għat-titjib tas-sitwazzjoni;

11.

Huwa tal-opinjoni li l-Aġenzija ma indirizzatx b’mod adegwat il-problema tal-approprjazzjonijiet li ġew ittrasferiti ’l quddiem minn sena għall-oħra; ifakkar fl-importanza tal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità; jistieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità tal-kwittanza dwar azzjonijiet li ttieħdu biex titjieb l-implimentazzjoni tal-baġit annwali u jitnaqqsu t-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit;

12.

Madankollu jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li targumenta li qiegħda tanalizza l-possibbiltà li tikkonkludi kuntratti ta’ qafas għal studji ħafna aktar kmieni minn kif antiċipat, wara l-adozzjoni tal-baġit; jinnota wkoll li l-Aġenzija impenjat ruħha, għas-snin 2011 u 2012, li tirrevedi it-tbassir tal-baġit tagħha biex ikun aktar konformi mal-bżonnijiet reali tagħha u biex tottimizza l-użu tar-riżorsi baġitarji tagħha;

13.

Jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza meta se jkun lest ir-rapport li għandu jiġi mehmuż mal-baġit ta’ kull sena, dwar l-approprjazzjonijiet li ma ntefqux u li ġew trasferiti minn snin preċedenti; ifakkar lill-Aġenzija li din it-talba diġà saret matul il-proċedura ta’ kwittanza preċedenti;

L-akkwist pubbliku

14.

Jinnota li fil-Programm ta’ Ħidma Annwali (PĦA) l-Aġenzija, sabiex tiffaċilita l-ippjanar annwali tal-akkwisti, se tintroduċi Kuntratt ABAC biex isostni l-ġestjoni deċentralizzata tal-kuntratti;

15.

Josserva mir-Rapport Annwali tal-Aġenzija li 21 proċedura ta’ akkwist (innegozjati u miftuħa) tniedu fl-2010 u 12 minnhom ġew kompletati fl-2010;

Sistema ta’ kontabilita

16.

Josserva mir-Rapport Annwali tal-Aġenzija li l-Aġenzija aġġornat il-Manwal tagħha għall-proċeduri finanzjarji b’konformità mal-moduli tal-Fluss tax-Xogħol ABAC u l-assi ABAC;

17.

Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-Aġenzija, mill-1 ta’ Settembru 2010, ta’ sistema ċentralizzata għar-reġistrazzjoni ta’ fatturi li deħlin; jenfasizza li din il-miżura hija meħtieġa biex tiżgura r-reġistrazzjoni fil-ħin tal-fatturi kollha u tikkontribwixxi għall-evitar ta’ dewmien fil-ħlasijiet ta’ pproċessar;

Ir-Riżorsi Umani

18.

Jinnota mir-Rapport tal-Aġenzija dwar Informazzjoni Baġitarja u Ġestjoni Finanzjarja li fil-31 ta’ Diċembru 2010 l-Aġenzija impjegat 133 aġenti temporanji (TAs) u 9 aġenti fuq Kuntratt (CAs); jinnota wkoll li l-proċeduri ta’ reklutaġġ għadhom għaddejjin sabiex jilħqu l-139 TAs previsti fil-pjan ta’ stabbiliment 2010 u sussegwentement il-144 TAs previsti fl-2011;

19.

Jinnota mir-RBFMI li l-Aġenzija kellha 6 esperti nazzjonali sekondati fl-2010;

20.

Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija żviluppat manwal konsolidat dwar regoli, istruzzjonijiet u linji gwida differenti li jirregolaw ir-reklutaġġ tal-persunal; jenfasizza li huwa importanti li jiġi pproċessat u ġestit ir-reklutaġġ individwali mingħajr ma jiġi kompromess il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-kandidati;

Prestazzjoni

AWP u ppjanar strateġiku

21.

Jistieden lill-Aġenzija tinkludi fil-PĦA tagħha informazzjoni aktar ċara dwar il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-akkwisti u l-għadd indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti; fil-fatt jinnota li l-Artikolu 60(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija jeħtieġ li dan isir meta jiddikjara li “il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għandu jkun ekwivalenti għal deċiżjoni ta’ finanzjament għall-attivitajiet li jkopri, sakemm dawn huma identifikati b’mod ċar u l-kriterji ta’ bażi huma spjegati b’mod preċiż”;

22.

Barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Aġenzija toħloq Pjan Multiannwali li jittraduċi objettivi fit-tul f’kompiti multi-annwali u Indikaturi Prinċipali tal-Prestazzjoni assoċjati; jenfasizza li dan se jżomm il-partijiet interessati infurmati aħjar dwar l-objettivi jew l-attivitajiet, il-prijoritajiet strateġiċi u l-allokazzjoni tar-riżorsi;

23.

Jinnota mir-Rapport Annwali li l-istruttura tal-Aġenzija għall-ippjanar tan-negozju u għall-baġit kienet ġiet rieżaminata fl-2010 bil-ħsieb li mill-2012 jiġi introdott ippjanar ibbażat fuq l-attivitajiet;

Żewġ postijet

24.

Iqis li l-użu ta’ żewġ postijiet (Lille u Valenciennes) biex fihom jitwettqu l-attivitajiet tagħha jesponi lill-Aġenzija għal spejjeż addizzjonali; jinnota ukoll, li din l-osservazzjoni saret għall-ewwel darba fl-2006 u li l-ebda azzjoni ma ttieħdet mill-Kunsill biex tinbidel id-Deċiżjoni 2004/97/KE (6), li tobbliga lill-Aġenzija jkollha sede doppja;

Verifika Interna

25.

Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li s-servizz ta’ Verifika Interna (IAS) wettaq verifika fuq il-proċessi ta’ ppjanar u baġitjar fl-2010 sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġjonevoli dwar is-sistema ta’ kontroll intern tal-Aġenzija fir-rigward tal-ippjanar u l-proċessi ta’ bbaġitjar tagħha; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS jikkonċernaw l-ippjanar strateġiku, il-koerenza u l-eżattezza tal-abbozz tal-istima tad-dħul u l-infiq, il-PĦA bħala deċiżjoni finanzjarja u l-istrateġija intermedja tal-IT; għalhekk jistieden lill-Aġenzija timplimenta l-miżuri meħtieġa biex tissodisfa dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

26.

Jistieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS relatati mal-verifika dwar il-ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HR) li saret mill-IAS fl-2009; jinnota li l-implimentazzjoni ta’ tlieta minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (dwar il-ġestjoni tal-HR f’ippjanar annwali, dwar il-konformità mar-regoli u l-prinċipji ta’ trasparenza fl-evalwazzjoni tal-persunal, dwar l-iżvelar ta’ eċċezzjoni għall-regolament tal-persunal) esperjenzaw dewmien ta’ bejn sitt u tnax-il xhar; jistieden lill-Aġenzija biex tinforma l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

27.

Jilqa’ favorevolment l-inizjattiva tal-Aġenzija li waqqfet fl-aħħar tal-2007 Funzjoni ta’ Awditjar Intern li hija ddedikata biex tagħti sostenn u konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv u lill-maniġment tal-Aġenzija dwar il-kontroll intern, il-valutazzjoni tar-riskju u l-verifika interna;

28.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu minn rapport ta’ kwittanza preċedenti, kif stipulat fl-Anness ta’ din ir-riżuluzzjoni;

29.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Aġenzija għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza tal-2009: rendiment, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-Aġenziji tal-UE (7); jistieden lill-Aġenzija tkun konformi magħha;

30.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 366, 15.12.2011, p. 100.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)   ĠU L 250, 27.9.2011, p. 191.

(6)  Deċiżjoni 2004/97/KE, Euratom meħuda bi ftehim komuni minn rappreżentanti tal-istati membri, laqgħa f’livell ta’ kap ta’ stat jew livell governattiv tat-13 ta’ Diċembru 2003 dwar il-lok tas-sedji ta’ ċerti uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 15). Ara l-Artikolu 1(f) tagħha.

(7)   ĠU L 250, 27.9.2011, p. 269.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2012)0164 (ara l-paġna 388 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW TA’ DAWN L-AĦĦAR SNIN

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

2006

2007

2008

2009

Prestazzjoni

L-Aġenzija twettaq l-operazzjonijiet tagħha f’żewġ postijiet, b’hekk ikollha spejjeż addizjonali s’issal-aġenzija ma sabitx modi ta’ kif tpatti għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligu tagħha li tkun f’żewġt ibliet

—

Il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba ma ġiex sodisfat b’mod rigoruż: il-previżjoni tal-flus f’kontanti tal-Aġenzija ma ġietx ippreparata sew

—

L-Aġenzija twettaq l-operazzjonijiet tagħha f’żewġ postijiet, b’hekk ikollha spejjeż addizjonali (postijiet diretti: EUR 450 000 )

—

Jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi analiżi dijakronika tal-operazzjonijiet imwettqa f’din is-sena u fis-snin preċedenti

—

Jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi objettivi SMART u indikaturi RACER, kif ukoll tagħmel dijagramma ta’ Gannt→biex tippromwovi approċċ orjentat lejn il-ksib tar-riżultati

—

ineffiċjenza minħabba li hemm żewġ postijiet għal aġenzija waħda

—

L-Aġenzija twettaq l-operazzjonijiet tagħha f’żewġ postijiet, b’hekk ikollha spejjeż addizjonali

—

L-użu ta’ żewġ postijiet jesponi l-Aġenzija għal spejjeż addizzjonali

—

Jistieden lill-Aġenzija tippreżenta tqabbil tal-operazzjonijiet li saru matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u dawk li saru matul is-sena finanzjarja ta’ qabel

Appropjazzjonijiet riportati

Il-prinċipju tal-eżattezza tal-baġit ma kienx osservat b’mod strett l-Aġenzija implimentat 72 % tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tagħha. Il-livelli ta’ trasferimet ’il quddiem għal infiq amministrattiv u nfiq operattiv kienu 37,5 % u 85 % rispettivament

—

L-aġenzija kellha diffikultajiet fil-programmazzjoni u l-ibbaġitjar tal-attivitajiet tagħha: aktar minn 35 % tal-approprjazzjonijiet finali għall-2007 ma ntużawx matul is-sena

—

Jitlob lill-aġenzija biex tistinka ħalli tgħolli l-livell ta’ implimentazzjoni tal-baġit

L-aġenzija kellha diffikultajiet fil-programmazzjoni u l-ibbaġitjar tal-attivitajiet tagħha:

—

L-Aġenzija naqset milli tindirizza l-problema tal-approprjazzjonijiet li ġew trasferiti ’l quddiem minn sena għal ta’ wara. It-trasferiment ’il quddiem ta’ 41 % tat-Titolu II jirrappreżenta ksur serju tal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità,

—

Jitlob li rapport ikun mehmuż mal-baġit ta’ kull sena, dwar l-approprjazzjonijiet li ma ntefqux u li ġew trasferiti minn snin preċedenti

—

Il-Qorti tal-Awdituri enfasizzat kanċellazzjonijiet u dewmien fil-proċeduri ta’ akkwist, dewmien rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet u tibdiliet sinifikanti li saru fil-programm ta’ ħidma matul is-sena

Il-proċeduri ta’ akkwist

L-Aġenzija għandha tniedi proċeduri ta’ akkwist għal dawk l-oqsma li bħalissa huma koperti bil-kuntratti li ma kinux is-soġġett ta’ proċedura regolari

—

Kwistjonijiet ta’ trasparenza fil-livell tal-kriterji għall-għażla u fil-livell tal-kriterji għall-għotjiet: l-użu ta’ proċedura nnegozjata ma kienx ġustifikat

—

Ifakkar li għandha titjieb il-ġestjoni tal-akkwist

Kwistjonijiet ta’ trasparenza fil-livell tal-kriterji għall-għażla u fil-livell tal-kriterji għall-għotjiet:

mhux applikabbli

Ir-Riżorsi Umani

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

—

Jistieden lill-Aġenzija tirrifletti aħjar l-allokazzjoni ppjanata tar-riżorsi tal-persunalfil-programm ta’ ħidma u fir-Rapport ta’ Attività Annwali tagħha

—

Jesprimi tħassib li l-Aġenzija naqset milli ssegwi Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom b’mod retroattiv

—

Iħeġġeġ lill-Aġenzija toħloq proċedura konsolidata ta’ reklutaġġ li għandha tintuża bħala manwal għall-persunal kollu involut fir-reklutaġġ ġdid,

Awditjar intern

Is-sistema ta’ kontroll intern uriet nuqqasijiet: l-Aġenzija ma adottatx regoli ta’ implimentazzjoni għar- regolamenti finanzjarji tagħha

L-aġenzija ma ssegwix strettament ir-Regolamenti tal-Persunal

Jistieden lill-aġenzija tieħu passi biex tissodisfa 4 minn 36 rakkomandazzjoni li saru mis-Servizz ta’ Verifika Interna → jiġifieri, biex timplimenta ċerti standards ta’ kontroll intern għall-firem tal-bank, is-segregazzjoni tad-dmirijiet, postijiet sensittivi u ż-żamma ta’ setgħat ta’ delegazzjoni

Jirrikonoxxi li 6 minn 10 rakkomandazzjonijiet li saru mill-IAS dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani għad iridu jiġu implimentati