|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
126 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Lulju 2004
li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(2004/549/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 215 tiegħu,
Billi:
F'ittra bid-data tas-6 ta' Lulju 2004, is-Sur Erkki LIIKANEN irriżenja, b'effett min-nofsillejl tal-11 ta' Lulju 2004, mill-kariga tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni. Għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Olli REHN huwa hawnhekk maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perjodu mit-12 ta' Lulju 2004 sal-31 ta' Ottubru 2004:
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda sseħħ fit-12 ta' Lulju 2004.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT