|
12.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/39 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11140 – APG / CORSICA SOLE / MIROVA / DRIVECO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 204/16)
1.
Fit-2 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Stichting Depositary APG Infrastructure Pool 2020-2021 (għar-riskju u l-kont ta’ APG Infrastructure Pool 2020-2021) (“APG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, in-Netherlands), |
|
— |
Corsica Sole SAS (“Corsica Sole”, Franza), |
|
— |
Mirova S.A. (“Mirova”, Franza), li tappartjeni għall-grupp BPCE (“BPCE”, Franza), |
|
— |
Driveco SAS (Franza), ikkontrollata minn Corsica Sole u Mirova. |
APG, Corsica Sole u Mirova se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Driveco.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
APG hija depożitarju għal fond ta’ investiment li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu hija ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet Olandiża li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku, |
|
— |
Corsica Sole hija attiva fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ farms solari fi Franza kontinentali, kif ukoll f’diversi dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (bħal Korsika, La Réunion, Guadeloupe, Guyana u Martinique). Hija tagħti pariri u timplimenta wkoll miżuri ta’ sostenibbiltà fil-bini tal-klijent, bħal pannelli solari fuq il-bjut jew parkeġġ ta’ pannelli solari, |
|
— |
Mirova, li taġixxi bħala l-kumpanija maniġerjali ta’ Mirova Eurofideme 4, hija l-pole speċjalizzat ta’ Natixis f’investiment responsabbli. L-attivitajiet ta’ finanzjament u investiment tagħha jiffukaw fuq soluzzjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli fis-setturi tal-mobbiltà, l-enerġija, il-bini u l-bliet, il-konsum, ir-riżorsi, is-saħħa, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-finanzi. Finalment hija kkontrollata minn BPCE Group, li għandu network bankarju attiv fis-setturi li ġejjin: servizzi bankarji ta’ investiment, servizzi bankarji għall-konsumatur u dawk kummerċjali, assigurazzjoni u servizzi ta’ proprjetà immobbli, |
|
— |
DriveCo toffri soluzzjonijiet turnkey u personalizzati għall-iċċarġjar elettriku fi Franza u fil-Belġju. Hija attiva fl-iżvilupp, il-manifattura, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-iċċarġjar tagħha. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11140 – APG / CORSICA SOLE / MIROVA / DRIVECO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).