Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0947 - 0947
Protokoll nru. 6 Dwar l-akkwist ta' residenzi sekondarji f'Malta IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, FTIEHMU KIF ĠEJ: Tenut kont tan-numru limitat ħafna ta' residenzi f'Malta u l-art limitata ħafna li tista' tintuża għal skopijiet ta' kostruzzjoni, u li dawn jistgħu biss ikopru l-ħtiġijiet bażiċi kkreati mill-iżvilupp demografiku tar-residenti preżenti, Malta tista' fuq bażi mhux diskriminatorja żżomm fis-seħħ ir-regoli dwar l-akkwist u l-pussess ta' proprjetà immobbli għal skopijiet ta' residenzi sekondarji minn ċittadini ta' xi Stat Membru li ma jkunux ilhom residenti f'Malta skond il-liġi għal mill-anqas ħames snin, kif stabbilit fl-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjetà Immobbli minn Persuni mhux Residenti (Kapitolu 246). Malta għandha tapplika proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-akkwist ta' proprjetà immobbli għal skopijiet ta' residenzi sekondarji f'Malta bbażati fuq kriterji ppubblikati, oġġettivi, stabbli u trasparenti. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju u ma għandhomx jagħmlu differenza bejn ċittadini Maltin u dawk ta' Stati Membri oħra. Malta għandha tiżgura li fl-ebda każ ma għandu ċittadin ta' xi Stat Membru jiġi ttrattat b'mod aktar restrittiv minn ċittadin ta' xi pajjiz terz. F'każ illi l-valur ta' proprjetà waħda bħal dik mixtrija minn ċittadin ta' xi Stat Membru ikun jaqbeż il-limiti stipulati fil-liġi Maltija, jiġifieri 30000 lira Maltija għall-appartamenti u 50000 lira Maltija għal kull tip ta' proprjetà minbarra appartamenti u proprjetà ta' importanza storika, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata. Malta tista' tirrevedi l-limit stabbiliti b'din il-leġislazzjoni biex jirriflettu l-bidliet fil-prezziijet fis-suq tal-proprjetà f'Malta. --------------------------------------------------