31.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/198

tat-30 ta’ Jannar 2023

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-abamektina f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-abamektina, il-livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Matul ir-rieżami ta’ dawk l-MRLs f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) identifikat xi informazzjoni fl-opinjoni motivata (2) tagħha bħala mhux disponibbli għal ċerti prodotti. L-informazzjoni disponibbli kienet biżżejjed biex l-Awtorità tipproponi MRLs li huma sikuri għall-konsumaturi u l-lakuni fid-data ġew indikati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament filwaqt li ġiet speċifikata d-data sa meta l-informazzjoni nieqsa kellha tiġi sottomessa lill-Awtorità b’appoġġ għall-MRLs proposti.

(3)

L-applikant ressaq id-data nieqsa flimkien ma’ talba bbażata fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu mmodifikati l-MRLs eżistenti għall-abamektina f’ċerti prodotti.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta’ evalwazzjoni tressaq lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta’ evalwazzjoni, u eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali.

(6)

Fit-23 ta’ Jannar 2020, l-Awtorità ppubblikat opinjoni motivata dwar l-evalwazzjoni tad-data konfermatorja mressqa wara r-rieżami tal-MRL skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u dwar it-talba biex jiġu mmodifikati l-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-abamektina f’diversi komoditajiet (3).

(7)

Għal-lewż, għall-ġellewż, għall-ġewż, għall-passolina (sewda, ħamra, u bajda), għar-ribes bix-xewk (ħadra, ħamra, u safra), għall-papaja u għaċ-ċikwejra, l-informazzjoni dwar il-provi tar-residwi ma ġietx sottomessa mill-applikant. L-Awtorità kkonkludiet li d-diskrepanza fid-data għalhekk ma ġietx indirizzata biżżejjed u li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jistabbilixxu jew iżommu dawk l-MRLs fil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD). Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jixraq li l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu stabbiliti fl-LOD. Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Anness II u li titħassar ir-referenza dwar informazzjoni addizzjonali minn dak l-Anness.

(8)

Għall-isfarġel, għan-naspli, u għan-naspli tal-Ġappun, l-applikant ippropona li jiġi dderivat MRL ibbażat fuq Prattiki Agrikoli Tajbin (GAP) alternattivi. Dan l-użu u l-provi tar-residwi diġà ġew ivvalutati f’opinjoni motivata preċedenti (4). L-Awtorità kkonkludiet li d-data dwar ir-residwi kienet biżżejjed biex tappoġġa proposti aktar baxxi għal dawk il-prodotti. Għalhekk jenħtieġ li għal dawk il-prodotti, l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu stabbiliti fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(9)

Għall-weraq tal-karfus, għall-fażola bil-miżwed u għall-piżelli bil-miżwed, l-Awtorità kkonkludiet li d-data dwar ir-residwi kienet biżżejjed biex tappoġġa l-MRL għal dawk il-prodotti. Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-applikant.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għat-tolleranza għall-abamektina użata fuq ċerti prodotti fl-Istati Uniti.

(11)

L-applikant isostni li l-użi awtorizzati tal-abamektina fuq għelejjel bħal dawn f’dak il-pajjiż iwasslu għal residwi ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li huma meħtieġa MRLs ogħla sabiex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni.

(13)

L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapport ta’ evalwazzjoni, u eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali.

(14)

Fl-10 ta’ Lulju 2020, l-Awtorità ppubblikat opinjoni motivata dwar l-iffissar ta’ tolleranzi tal-importazzjoni għall-abamektina f’diversi għelejjel (5).

(15)

Fir-rigward tal-modifiki tal-MRLs mitluba mill-applikant għall-avokado, għall-krexxuni u għal ġelbiena u nebbieta oħra, għall-krexxuni tal-art, għall-aruka, għall-għelejjel tal-weraq żgħir (inklużi l-ispeċijiet tal-brassika), għall-ħass u għall-pjanti tal-insalata oħra, għall-burdlieqa, għall-bużbież ta’ Firenze u għaż-żerriegħa tal-qoton, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kompletezza tas-sottomissjoni tad-data ġew issodisfati u li l-modifiki tal-MRLs mitluba mill-applikant kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku tal-konsumaturi Ewropej. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanza. La l-esponiment għal dawn is-sustanzi tul il-ħajja permezz tal-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom minnhom, u lanqas l-esponiment għal żmien qasir ma wrew li hemm xi riskju li jinqabżu d-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell mitlub mill-applikant.

(16)

Fil-kuntest tal-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-Awtorità ppubblikat konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju (7) ta’ dik is-sustanza attiva. L-Awtorità pproponiet, abbażi tal-istudji tan-newrotossiċità fil-fażi tal-iżvilupp, li jenħtieġ li jiġu stabbiliti doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) u doża akuta ta’ referenza (ARfD) aktar baxxi.

(17)

Fit-3 ta’ Frar 2021 u f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni motivata li tivvaluta r-riskji fuq ċerti MRLs eżistenti għall-abamektina li jistgħu joħolqu għall-konsumaturi, fid-dawl tal-ADI u l-ARfD aktar baxxi.

(18)

Fis-6 ta’ Ottubru 2021, l-Awtorità ppubblikat opinjoni motivata dwar il-valutazzjoni ffukata ta’ ċerti livelli massimi ta’ residwi eżistenti ta’ tħassib għall-abamektina (8).

(19)

Għat-tuffieħ, għal-lanġas u għall-iskalora/indivja tal-weraq wiesa’, l-Awtorità identifikat riskji inaċċettabbli fir-rigward tal-MRLs attwali. L-Istati Membri ġew ikkonsultati u ntalbu jirrapportaw il-GAPs ta’ riżerva potenzjali li jwasslu għal MRLs sikuri għall-konsumaturi. Għat-tuffieħ u għal-lanġas, ma setax jiġi propost GAP ta’ riżerva mill-Istati Membri. Id-data ta’ sostenn ma kinitx disponibbli għall-GAP irrapportat għall-iskalora/indivja tal-weraq wiesa’. Għalhekk, ma seta’ jiġi derivat l-ebda MRL għat-tuffieħ, għal-lanġas u għall-iskalora/indivja tal-weraq wiesa’. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jixraq li l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu stabbiliti fl-LOD.

(20)

Għall-frawli, għat-tadam, għall-ħjar, għall-qarabagħli, għall-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ, għall-ħass, għas-sorfolja u għat-tursin, l-Awtorità identifikat riskji inaċċettabbli fir-rigward tal-MRLs attwali. L-Istati Membri ġew ikkonsultati u ntalbu jirrapportaw il-GAPs ta’ riżerva potenzjali li jwasslu għal MRLs sikuri għall-konsumaturi. L-Istati Membri identifikaw tali GAPs għall-frawli, għat-tadam, għall-ħjar, għall-qarabagħli, għall-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ, għall-ħass, għas-sorfolja u għat-tursin. Għalhekk, l-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għal dawk il-prodotti. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(21)

Għall-bżar ħelu, l-Awtorità identifikat riskji inaċċettabbli għall-konsumaturi bl-MRLs attwali. L-Istati Membri ġew ikkonsultati u ntalbu jirrapportaw il-GAPs ta’ riżerva potenzjali li jwasslu għal MRLs sikuri għall-konsumaturi. L-Awtorità kkonkludiet li għalkemm l-Istati Membri identifikaw GAP ta’ riżerva għall-bżar ħelu, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għall-bżar ħelu jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dan l-MRL; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(22)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi dwar il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għall-abamektina, dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodotti li huma fattibbli b’mod analitiku.

(23)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(24)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(25)

Sabiex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li jkunu ġew prodotti fl-Unjoni jew importati fl-Unjoni qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan huwa l-każ għall-prodotti kollha ħlief għat-tuffieħ, għall-lanġas, għall-frawli, għat-tadam, għal-bżar ħelu, għall-ħjar, għall-qarabagħli, għall-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ, għall-ħass, għall-iskarola/indivja bil-weraq wiesa’, għas-sorfolja u għat-tursin.

(26)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jaddattaw ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(27)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-rigward tas-sustanza attiva abamektina fil-prodotti kollha u fuqhom għajr għat-tuffieħ, għall-lanġas, għall-frawli, għat-tadam, għall-bżar ħelu, għall-ħjar, għall-qarabagħli, għall-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ, għall-ħass, għall-iskarola/indivja bil-weraq wiesa’, għas-sorfolja u għat-tursin, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-20 ta’ Awwissu 2023.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta’ Awwissu 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for abamectin according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(9):3823.

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review and modification of the existing maximum residue levels for abamectin in various commodities. EFSA Journal 2020;18(1):5989.

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs forabamectin in various crops. EFSA Journal 2015;13(7):4189.

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on setting of import tolerances for abamectin in various crops. EFSA Journal 2020;18(7):6173.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309 24.11.2009, p. 1).

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance abamectin. EFSA Journal 2020;18(8):6227.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Focused assessment of certain existing MRLs of concern for abamectin. EFSA Journal 2021;19(10):6842.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-abamektina hija sostitwita b’dan li ġej:

" Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Abamektina (is-somma ta’ avermektina B1a, avermektina B1b u isomeru delta-8,9 ta’ avermektina B1a, espressa bħala avermektina B1a) (R) (F)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,04

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01  ((*))

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

0,006  ((*))

0130020

Lanġas

0,006  ((*))

0130030

Sfarġel

0,02

0130040

Naspli

0,02

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,02

0130990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,02

0140020

Ċiras (ħelu)

0,01  ((*))

0140030

Ħawħ

0,02

0140040

Għanbaqar

0,01  ((*))

0140990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,01  ((*))

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

0,08

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

0,08

0153020

Tut salvaġġ

0,01  ((*))

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

0,08

0153990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,01  ((*))

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

0,01  ((*))

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,01  ((*))

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

0,02

0163020

Banana

0,02

0163030

Mango

0,01  ((*))

0163040

Papaja

0,01  ((*))

0163050

Rummien

0,01  ((*))

0163060

Ċerimoja

0,01  ((*))

0163070

Gwava

0,01  ((*))

0163080

Ananas

0,01  ((*))

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,01  ((*))

0163100

Durian

0,01  ((*))

0163110

Il-frotta tal-annona

0,01  ((*))

0163990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  ((*))

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  ((*))

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,015

0231020

Bżar ħelu

0,03 (+)

0231030

Brunġiel

0,09

0231040

Bamja

0,01  ((*))

0231990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,02

0232020

Ħjar tal-pikles

0,04

0232030

Zukkini

0,02

0232990

Oħrajn (2)

0,04

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

0,01  ((*))

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01  ((*))

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  ((*))

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,01  ((*))

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

0,01  ((*))

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

0,05

0243020

Kaboċċi (“kales”)

0,01  ((*))

0243990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0244000

(d)

ġdur

0,01  ((*))

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

0,08

0251020

Ħass

0,03

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

0,01  ((*))

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

0,08

0251050

Krexxuni tal-art

0,08

0251060

Aruka

0,08

0251070

Mustarda ħamra

0,01  ((*))

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

3

0251990

Oħrajn (2)

0,08

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

0,01  ((*))

0252020

Burdlieq

0,1

0252030

Weraq tas-selq

0,01  ((*))

0252990

Oħrajn (2)

0,1

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  ((*))

0254000

(d)

krexxuni

0,01  ((*))

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  ((*))

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

0,03

0256020

Kurrat selvaġġ

2

0256030

Weraq tal-karfus

0,03

0256040

Tursin

0,03

0256050

Salvja

2

0256060

Klin

2

0256070

Timu

2

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

2

0256090

Weraq tar-rand

2

0256100

Stregun

2

0256990

Oħrajn (2)

0,02  ((*))

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

0,08

0260020

Fażola (bla mżiewed)

0,01  ((*))

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

0,08

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

0,01  ((*))

0260050

Għads

0,01  ((*))

0260990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Spraġ

0,01  ((*))

0270020

Kardun

0,01  ((*))

0270030

Krafes

0,05

0270040

Bużbież ta' Firenze

0,03

0270050

Qaqoċċ

0,01  ((*))

0270060

Kurrat

0,01  ((*))

0270070

Rabarbru

0,01  ((*))

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,01  ((*))

0270090

Qlub tal-palm

0,01  ((*))

0270990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  ((*))

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  ((*))

0300000

BUS U ĦEMES

0,01  ((*))

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01  ((*))

0401020

Karawett

0,01  ((*))

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  ((*))

0401040

Ġulġlien

0,01  ((*))

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  ((*))

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,01  ((*))

0401070

Fażola tas-sojja

0,01  ((*))

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01  ((*))

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,02

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,01  ((*))

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01  ((*))

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01  ((*))

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01  ((*))

0401140

Qannebusa

0,01  ((*))

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01  ((*))

0401990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0402000

Frott taż-żejt

0,01  ((*))

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,01  ((*))

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05  ((*))

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,1

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  ((*))

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  ((*))

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  ((*))

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05  ((*))

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05  ((*))

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05  ((*))

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  ((*))

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  ((*))

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  ((*))

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  ((*))

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

0,01  ((*))

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,01  ((*))

1012020

Xaħam

0,01  ((*))

1012030

Fwied

0,02

1012040

Kliewi

0,01  ((*))

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1012990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,02

1013020

Xaħam

0,05

1013030

Fwied

0,025

1013040

Kliewi

0,02

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1013990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,01  ((*))

1014020

Xaħam

0,01  ((*))

1014030

Fwied

0,02

1014040

Kliewi

0,01  ((*))

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1014990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,01  ((*))

1015020

Xaħam

0,01  ((*))

1015030

Fwied

0,02

1015040

Kliewi

0,01  ((*))

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1015990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

1016000

(f)

mill-pollam

0,01  ((*))

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,01  ((*))

1017020

Xaħam

0,01  ((*))

1017030

Fwied

0,02

1017040

Kliewi

0,01  ((*))

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1017990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

1020000

Ħalib

0,01  ((*))

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01  ((*))

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  ((*))

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  ((*))

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  ((*))

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  ((*))

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Abamektina (is-somma ta’ avermektina B1a, avermektina B1b u isomeru delta-8,9 ta’ avermektina B1a, espressa bħala avermektina B1a) (R) (F)

(R)

Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin ta’ pestiċida u numru tal-kodiċi: Abamektina — kodiċi 1000000 għajr għal 1040000: avermektina B1a

(F)

Solubbli fix-xaħam

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi li mhijiex disponibbli. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk tiġi sottomessa sal-31 ta' Jannar 2025, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0231020 Bżar ħelu"


((*))  Jindika limitu minimu ta’ kwantifikazzjoni analitika

(1)  Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I