|
2.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9879 — APG/NPS/JMI/Brisa)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 291/05)
1.
Fil-25 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands), |
|
— |
National Pension Service of the Republic of Korea (“NPS”, ir-Repubblika tal-Korea) |
|
— |
José de Mello – Investimentos, SGPS, SA (“JMI”, il-Portugall) |
|
— |
Brisa – Auto-Estradas de Portugal, S.A. (“Brisa”, il-Portugall) |
APG, NPS u JMI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Brisa kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
APG: sussidjarja ta’ ġestjoni tal-assi li hija proprjetà kollha kemm hi tal-APG Group, li tinvesti fondi f’isem il-fond tal-pensjoni Olandiż tal-APG Group f’diversi industriji, bħall-enerġija u l-utilitajiet, it-telekomunikazzjonijiet u l-infrastruttura tat-trasport. |
|
— |
NPS: fond ta’ riżerva stabbilit biex jiffinanzja u jeżegwixxi l-Iskema Nazzjonali tal-Pensjoni tar-Repubblika tal-Korea, li tamministra fondi u li tinvesti b’mod attiv f’industriji varji, bħall-infrastruttura tat-trasport, f’isem il-klijenti tagħha. |
|
— |
JMI: sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi tal-JM Group (il-Portugall), li għandha investimenti f’diversi setturi ekonomiċi, b’mod partikolari servizzi privati tal-kura tas-saħħa, infrastruttura tat-toroq u l-industrija tal-kimika prinċipalment fil-Portugall. |
|
— |
Brisa: kostruzzjoni, manutenzjoni u tħaddim ta’ konċessjonijiet fuq l-awtostrada, il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ għal konċessjonijiet fuq l-awtostrada, is-servizzi ta’ pagament ta’ mobilità, it-teknoloġiji għall-mobilità u s-servizzi ta’ vetturi fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.9879 — APG/NPS/JMI/Brisa
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks:+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).