Official Journal L 253 , 21/10/1995 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2458/95 tad-19 ta' Ottubru 1995 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u t-Tariffa Doganali Komuni, kif emendati l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/93 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regolamenti jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li kollha kemm hi jew parti minnha tkun bażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni oħra magħha u li tkun stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jkunu applikati t-tariffi u miżuri oħra dwar negozju f'oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti msemmija fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa mar-Regolament preżenti għandha tkun klassifikata taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi hu aċċettat li informazzjoni li torbot tat-tariffa maħruġa minn awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunit' [3], għal perjodu ta' tliet xhur mis-sid: Billi t-taqsima dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tatx opinjon fil-limitu ta' żmien preskritt mill-president tagħha , ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 19 ta' Ottubru 1995. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 256, 7. 9. 1987, p. 1. [2] ĠU Nru L 167, 21. 7. 1995, p. 7. [3] ĠU Nru L 302, 19. 10. 1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi ta' klassifikazzjoni fin-NM | Raġuni | (1) | (2) | (3) | Għata maħsub biex jitwaħħal mal-mili tas-sedili ta' quddiem u ta' wara, u- oqfsa ta' karrozzi, magħmula kif ġej: qiegħ ta' sedil bil-wiċċ ta' barra magħmul minn tessut sintetiku (poliester) u plastik (PVC). Ġewwa jkun hemm virga tal-metall flessibbli;qiegħ ta' sedil bil-wiċċ ta' barra magħmul biċċa l-kbira minn tessut sintetiku (poliester) u plastik (PVC). Ġewwa jkun hemm:tejps b'qafliet tal-plastik,ċineg tal-lastikuvireg tal-metal flessibbli.għata ta' fejn tistrieħ ir-ras bil-parti l-kbira tal-wiċċ ta' barra magħmula minn tessut sintetiku (polyester), u plastik (PVC).It-tessut ikun infurrat b'folja rqiqa ta' plastik ċellulari mgħottija b'xibka tal-poliamide u l-plastik ikun infurrat b'tessut ta' l-akriliku. | 94019080 | Il-klassifikazzjoni tkun determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 9401, 940190 u 94019080 tan-NM. Dan l-għata għandu jitqies bħala parti mis-sedili tal-kodiċi 9401 tan-NM. | --------------------------------------------------