|
25.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/34 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10584 – LUFTHANSA / VW / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 134/11)
1.
Fil-15 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lufthansa Industry Solutions AS GmbH (“LHIND”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”, il-Ġermanja), |
|
— |
A4nXT GmbH (“A4nXT”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Volkswagen Aktiengesellschaft (“Volkswagen”, il-Ġermanja), |
|
— |
Kumpanija ta’ Impriża bi Sħab (joint venture, “JV”, il-Ġermanja). |
A4nXT u LHIND jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-impriża bi sħab li għadha kif ġiet stabbilita huma dawn li ġejjin:|
— |
LHIND: sussidjarja tal-grupp tal-avjazzjoni Ġermaniż Lufthansa Group attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza tal-IT, |
|
— |
A4nXT: kumpanija azzjonista u sussidjarja tal-konsorzju tal-karozzi Ġermaniż Volkswagen Group iffokat fuq il-provvista ta’ servizzi għal manifattura u servizzi diġitalizzati, |
|
— |
il-JV: entità ġdida li se tipprovdi servizzi ta’ konsulenza tal-IT u servizzi anċillari tal-IT lil Volkswagen u lil terzi persuni fl-industrija awtomobilistika u industriji oħra. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10584 – LUFTHANSA / VW / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).