|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1164 |
26.5.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/1164
tat-22 ta’ Mejju 2026
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fil-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EUROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1157 tat-22 ta’ Mejju 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fil-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 (2) u r-Regolament (UE) 2023/1529, (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fill-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1336 (4) li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi biex ikopru persuni li jfornu, ibigħu jew li b’xi mod ieħor huma involuti fit-trasferiment ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord jew missili tal-Iran jew teknoloġiji relatati lil gruppi armati u entitajiet li jimminaw il-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar, jew lil persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu bi ksur tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) 2216 (2015). |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b’reazzjoni għall-azzjonijiet tal-Iran li jimminaw il-libertà tan-navigazzjoni, inkluż id-drittijiet għal passaġġ ta’ transitu u għal passaġġ innoċenti, fil-Lvant Nofsani, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/1157 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 biex jiġu introdotti aktar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Iran. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġu emendati l-kriterji tal-elenkar biex jippermettu miżuri ta’ ffriżar tal-assi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għall-azzjonijiet jew il-politiki tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani, jew li jappoġġawhom, jimplimentawhom jew jibbenefikaw minnhom. Huwa xieraq ukoll li jiġi emendat it-titolu. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1529, jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fill-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani” ; |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DAMIANOS
(1) ĠU L, 2026/1157, 26.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1157/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fil-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1532/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fil-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L 186 25.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1529/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1336 tal-14 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (ĠU 2024/1336, 15.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1336/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1164/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)