|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5751 |
17.10.2024 |
P9_TA(2024)0017
Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni KE-Indoneżja: adeżjoni tal-Kroazja mal-UE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12975/2014 – C9-0314/2023 – 2014/0220(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2024/5751)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12975/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0314/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0428/2023), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indoneżja. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5751/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)