<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-322/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0322</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:206">EU:T:2021:206</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210421">21.4.2021</DATE> – Kawża T‑322/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210421">21 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet ta’ dħul fi, u ta’ tranżitu mit-territorju tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Lista tal-persuni li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu mit-territorju tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-preżentata ta’ rikors</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑322/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi</HT>, residenti fi Muskat (Oman), irrappreżentata minn S. Bafadhel, barrister,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn V. Piessevaux u M. Bishop, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/497 tal‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 76, p. 25</REF.DOC.OJ>), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/374 tal‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 71, p. 14</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn iżommu isem ir-rikorrenti fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal‑<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 206, p. 34</REF.DOC.OJ>), u, fit-tieni lok, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/489 tal‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE> li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 76, p. 3</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/371 tal‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE> li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 71, p. 5</REF.DOC.OJ>), sa fejn iżommu isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat‑<DATE ISO="20160118">18 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 12, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="006" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 6, p. 10</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kunsill astjena b’mod illegali milli jinnotifika lir-rikorrenti l-atti inkwistjoni fil-mument tal-adozzjoni tagħhom,</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Spielmann, President, U. Öberg u O. Spineanu-Matei (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: R. Ūkelytė, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20201020">20 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi, għandha nazzjonalità Libjana u hija bint l-ex mexxej Libjan, Muammar Kadhafi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20110226">26 ta’ Frar 2011</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>il-Kunsill tas-Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) adotta r-Riżoluzzjoni 1970 (2011), li tistabbilixxi miżuri restrittivi fil-konfront tal-Libja u fil-konfront ta’ persuni u entitajiet li pparteċipaw fit-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni, inkluż f’attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, kontra popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit‑28 ta’ Frar u fit‑<DATE ISO="20110302">2 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta, rispettivament, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="53" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 58, p. 53</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 87, p. 31</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="058" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 87, p. 31</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>atti tal-2011<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1)(a) tad-Deċiżjoni 2011/137 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni msemmija fir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) jew indikati skont din tal-aħħar, li isimhom jidher fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1)(a) tad-Deċiżjoni 2011/137 u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 204/2011, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) ta’ dan tal-aħħar, jipprovdu, essenzjalment, li għandhom jiġu ffriżati l-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil, li huma miżmuma minn jew taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-persuni indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà maħluq bis-saħħa tal-paragrafu 24 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kumitat tas-Sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), skont il-punt 22 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), li isimhom jidher fl-Anness III ta’ din id-deċiżjoni u fl-Anness II ta’ dan ir-regolament rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tagħmel parti mill-persuni kkonċernati mir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) u inklużi, konsegwentement, fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 204/2011, bl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni u l-motivazzjoni li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Qadhafi, Aisha Muammar [.] Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26 [ta’ Frar] 2011.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-Kunsill adotta r-Riżoluzzjoni 1973(2011), li stabbilixxiet miżuri restrittivi ġodda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. Fit‑<DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 50/2013 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 20, p. 29</REF.DOC.OJ>) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/45/PESK li temenda<?PAGE NO="3"?> d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 20, p. 60</REF.DOC.OJ>), li emendaw l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni li tikkonċerna lir-rikorrenti li tinsab fl-atti tal-2011 sabiex jiġi speċifikat li din tal-aħħar kienet preżunta li tinsab fl-Alġerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140623">23 ta’ Ġunju 2014</DATE>, il-Kunsill adotta, rispettivament, id-Deċiżjoni 2014/380/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="52" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 183, p. 52</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 204/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 183, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>atti tal-2014<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). L-emendi magħmula permezz ta’ dawn l-atti ma kinux jikkonċernaw lir-rikorrenti, li isimha għalhekk inżamm fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 204/2011, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni tal-inklużjoni ta’ isimha f’dawn il-listi ġiet emendata meta mqabbla ma’ dik li tinsab fl-atti tal-2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140827">27 ta’ Awwissu 2014</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà adotta r-Riżoluzzjoni 2174 (2014), li kkundannat il-ġlied li kien għaddej bejn gruppi armati u l-inċitament għall-vjolenza fil-Libja u li introduċiet miżuri restrittivi ġodda fil-konfront ta’ persuni u entitajiet li kienu jwettqu, jew kienu jagħtu sostenn, lil atti li kienu jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà fil-Libja, jew li kienu jostakolaw jew jikkompromettu t-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ressqet dan ir-rikors, irreġistrat bin-numru T‑681/14, intiż għall-annullament tal-atti tal-2014 sa fejn dawn iżommu isem ir-rikorrenti fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 204/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kunsill bagħat ittra lir-rappreżentanti tar-rikorrenti li fiha kien jindika li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet kien informa lis-servizzi kompetenti tal-Unjoni Ewropea li r-rikorrenti ma kinitx osservat il-projbizzjoni tagħha li tivvjaġġa, u b’hekk kisret id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150327">27 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà adotta r-Riżoluzzjoni 2213 (2015), li, b’mod partikolari, ġabet ċerti emendi għall-kriterji għall-inklużjoni fil-listi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kunsill bagħat ittra lir-rappreżentanti tar-rikorrenti, akkumpanjata minn sensiela ta’ dokumenti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ittra tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Fiha l-Kunsill irrileva li, fl-2011 u fl-2013, ir-rikorrenti kienet għamlet pubblikament dikjarazzjonijiet li kienu jseħju sabiex l-awtoritajiet Libjani stabbiliti wara l-waqgħa tar-reġim stabbilit minn missierha jiġu mġarrfa u sabiex titwettaq vendetta għall-mewt ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150526">26 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kunsill adotta, rispettivament, id-Deċiżjoni 2015/818/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="129" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 129, p. 13</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament (UE) 2015/813, li jemenda r-Regolament Nru 204/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="129" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 129, p. 1</REF.DOC.OJ>), bil-għan, b’mod partikolari, li jiġu estiżi l-kriterji ta’ indikazzjoni tal-persuni u tal-entitajiet li għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri restrittivi stabbiliti fl-atti tal-2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kunsill wettaq eżami mill-ġdid sħiħ tal-listi ta’ ismijiet tal-persuni u tal-entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV tal-atti tal-2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dan l-eżami mill-ġdid intemm bl-adozzjoni, fil‑<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1333/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 206, p. 34</REF.DOC.OJ>), u, fit‑<DATE ISO="20160118">18 ta’ Jannar 2016</DATE>, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament Nru 204/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 12, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="006" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 6, p. 10</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2015/1333 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’ persuni indikati u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 22 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), il-paragrafu 23 tar-Riżoluzzjoni 1973 (2011), il-paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni 2174 (2014) u l-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà, li isimhom jidher fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2015/1333 u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament 2016/44, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) ta’ dan tal-aħħar, essenzjalment jipprevedu li l-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi, li huma l-proprjetà ta’, fil-pussess ta’, miżmuma minn, jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn persuni indikati u suġġetti għal iffriżar tal-assi mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 22 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), mal-paragrafi 19, 22 jew 23 tar-Riżoluzzjoni 1973 (2011), mal-paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni 2174 (2014) u mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2213 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà, li isimhom jidher fl-Anness III ta’ din id-deċiżjoni u fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu ffriżati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ġiet inkluża fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2015/1333 u fl-Anness II tar-Regolament 2016/44 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>listi kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), flimkien mal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni u l-motivazzjoni li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/> [...] AISHA MUAMMAR MUHAMMED ABU MINYAR QADHAFI [...] Data tat-Twelid: 1978 [.] Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja. Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam [...] Indirizz: Is-Sultanat tal-Oman (Status/Post preżunt: Is-Sultanat tal-Oman) [.] Elenkat fi: <DATE ISO="20110226">26 ta’ Frar 2011</DATE>[.] Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 [(2011)] (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Ivvjaġġat bi ksur tal-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 [(2011)], kif deskritt mill-Bord ta’ Esperti dwar il-Libja fir-Rapport Interim tiegħu tal-2013.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE> indirizzata lill-Kunsill mill-avukata tar-rikorrenti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ittra tas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), din informat lill-Kunsill li, wara l-mewt tal-avukat preċedenti tagħha, ir-rikorrenti kienet indikat li hija xtaqet tkompli tiġi rrappreżentata minnha u minn wieħed mill-kollegi tagħha, u dan ġie kkonfermat mill-mandat li hija annettiet ma’ din l-ittra, u li, konsegwentement, kull korrispondenza kellha issa tiġi indirizzata lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2017/497, li timplimenta d-Deċiżjoni 2015/1333 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 76, p. 25</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/489, li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament 2016/44 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 76, p. 3</REF.DOC.OJ>). (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>atti tal-2017<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li jemendaw il-listi kontenzjużi, sabiex jieħu kont tal-informazzjoni aġġornata pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Iż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi ġiet akkumpanjata mill-informazzjoni ta’ identifikazzjoni u mill-motivazzjoni segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>AISHA [...] MUAMMAR MUHAMMED [...] ABU MINYAR [...] QADHAFI [...] Data tat-Twelid: 1978 [.] Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja[.] Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam [...] Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: is-Saltna tal-Oman)[.] Elenkata fi: <DATE ISO="20110226">26 ta’ Frar 2011</DATE> (emendata fil-<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>, <DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, <DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE>)[.] Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970[(2011)] (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit [tal-Internet] tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li saret definittiva fl-assenza ta’ appell, il-Qorti Ġenerali, filwaqt li ddeċidiet fuq ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra l-atti tal-2014 (ara l-punt 10 iktar ’il fuq), qieset li l-kundizzjoni li l-Kunsill kien obbligat li jgħarraf lir-rikorrenti bir-raġunijiet speċifiċi u konkreti li għalihom huwa kien jikkunsidra li l-miżuri restrittivi kellhom jinżammu fir-rigward tagħha ma kinitx issodisfatta f’dan il-każ. Minn naħa, hija kkonstatat li l-atti tal-2014 kienu jinkludu biss indikazzjonijiet li jikkorrispondu għall-motivi tal-inklużjoni inizjali ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kkonċernati, annessi mal-atti tal-2011, u qieset li dawn il-motivi kienu insuffiċjenti sabiex jiġġustifikaw iż-żamma tagħha f’dawn il-listi peress li l-kuntest kien sostanzjalment differenti; min-naħa l-oħra, hija qieset li l-motivi addizzjonali mressqa mill-Kunsill kienu manifestament irrilevanti sa fejn ma kinux jinsabu fost il-motivi li abbażi tagħhom kienu ġew adottati l-atti tal-2014 u li dawn kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Kunsill wara d-data tal-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, hija annullat l-imsemmija atti sa fejn dawn kienu jżommu isem ir-rikorrenti fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2011/137 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 204/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, l-avukata tar-rikorrenti kkuntattjat lill-Kunsill sabiex ittenni t-talba tagħha li jinnotifikaha bil-korrispondenza kollha li tikkonċerna lir-rikorrenti kif ukoll id-deċiżjonijiet u r-regolamenti adottati kontra din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>, permezz ta’ ittra mibgħuta mill-Kunsill lill-avukata tar-rikorrenti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ittra tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), il-Kunsill informaha li huwa kien adotta l-atti tal-2017 abbażi tal-informazzjoni aġġornata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, b’tali mod li isem ir-rikorrenti kien inżamm fil-listi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fatti li seħħew wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200211">11 ta’ Frar 2020</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà adotta r-Riżoluzzjoni 2509 (2020), li fiha afferma mill-ġdid in-neċessità għall-Istati li jadottaw miżuri ta’ projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju tagħhom jew ta’ tranżitu minnu kontra l-persuni kollha indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont, b’mod partikolari, il-paragrafi 15 u 16 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), u afferma mill-ġdid li huwa kellu l-intenzjoni jiżgura li l-assi ffriżati skont il-paragrafu 17 ta’ din ir-riżoluzzjoni jitqiegħdu, fi stadju ulterjuri, għad-dispożizzjoni tal-poplu Libjan u użati għall-benefiċċju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/374, li timplimenta d-Deċiżjoni 2015/1333 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 71, p. 14</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/371, li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament 2016/44 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 71, p. 5</REF.DOC.OJ>). (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>atti tal-2020<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), li permezz tagħhom isem ir-rikorrenti nżamm fil-listi kontenzjużi, u dan mingħajr ma l-motivazzjoni tal-indikazzjoni tagħha nbidlet meta mqabbla ma’ dik tal-atti tal-2017.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, ir-rikorrenti ressqet dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190814">14 ta’ Awwissu 2019</DATE>, il-Kunsill ippreżenta r-risposta tiegħu fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika ġew iddepożitati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑4 ta’ Ottubru u fit‑<DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-kawża ġiet assenjata lill-Ħames Awla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20191224">24 ta’ Diċembru 2019</DATE>, ir-rikorrenti talbet li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, il-kawża preżenti ġiet attribwita lil Imħallef Relatur ġdid, wara impediment tal-Imħallef Relatur inizjalment maħtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali adottat miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li għalihom il-partijiet wieġbu fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20200901">1 ta’ Settembru 2020</DATE>, ir-rikorrenti, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura, adattat ir-rikors b’mod li dan sar intiż mhux biss għall-annullament tal-atti tal-2017 iżda wkoll għal dak tal-atti tal-2020 (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), sa fejn dawn jikkonċernawha. Fit‑<DATE ISO="20200928">28 ta’ Settembru 2020</DATE>, il-Kunsill iddepożita l-osservazzjonijiet tiegħu dwar in-nota ta’ adattament fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal‑<DATE ISO="20201020">20 ta’ Ottubru 2020</DATE>. Fi tmiem is-seduta, il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet u l-kawża tħalliet għad-deliberazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Wara l-adattament tar-rikors, ir-rikorrenti essenzjalment titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-atti kkontestati sa fejn isimha nżamm fil-listi kontenzjużi;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Wara l-osservazzjonijiet relatati man-nota ta’ adattament, il-Kunsill essenzjalment jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>iktar sussidjarjament, fil-każ fejn l-atti kkontestati jiġu annullati f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, iżżomm l-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati sal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew, jekk appell ikun ġie ppreżentat f’dak il-perijodu, sa meta jiġi miċħud;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-argumenti li jinsabu fil-punti 3 sa 12 tat-talba sabiex tinżamm seduta u l-irtirar mill-proċess tal-Annessi E.1 sa E.4 mehmuża ma’ din it-talba</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kunsill sostna li l-argumenti li jinsabu fil-punti 3 sa 12 tat-talba tar-rikorrenti dwar iż-żamma ta’ seduta u d-dokumenti li jikkostitwixxu l-Annessi E.1 sa E.4 ta’ din it-talba huma inammissibbli, skont l-Artikolu 85 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ddikjarat li qiegħda tirtira mill-proċess l-imsemmija Annessi E.1 sa E.4, filwaqt li żammet l-argumenti mressqa fil-punti 3 sa 12 tat-talba tagħha għal seduta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-fażi bil-miktub tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tinkludi l-ewwel skambju ta’ noti, skont l-Artikoli 76 u 81 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, li, skont l-Artikolu 83 ta’ dawn ir-regoli, jista’ jiġi segwit mit-tieni u l-aħħar skambju ta’ noti, meta l-Qorti Ġenerali tqis li dan huwa neċessarju sabiex jiġi kkompletat il-kontenut tal-proċess tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti li jinsabu fil-punti 3 sa 12 tat-talba għal seduta ma jikkostitwixxux motivi li għalihom ir-rikorrenti tixtieq tinstema’. Barra minn hekk, f’dawn il-punti, ir-rikorrenti tiżviluppa argumenti diġà ppreżentati fis-sottomissjonijiet bil-miktub preċedenti tagħha u għandha l-intenzjoni li twieġeb għall-osservazzjonijiet li jinsabu fil-kontroreplika. Għaldaqstant, hemm lok li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-punti 3 sa 12 tat-talba għal seduta u li d-dokumenti li jikkostitwixxu l-Annessi E.1 sa E.4 jiġu rtirati mill-proċess tal-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mingħajr ma jqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà permezz ta’ att separat abbażi tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kunsill, fir-risposta u fl-osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ adattament, jeċċepixxi l-inammissibbiltà tar-rikors sa fejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, minħabba tardività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa jsostni li bl-ebda mod ma kien obbligat jinnotifika l-atti kkontestati lir-rikorrenti, sa fejn la d-Deċiżjoni 2015/1333 u lanqas ir-Regolament 2016/44 ma jinkludu xi dispożizzjoni li minnha jirriżulta li huwa għandu jinnotifika, lill-persuni jew lill-entitajiet li jinsabu fil-listi kontenzjużi, l-atti li permezz tagħhom huwa jemenda l-informazzjoni li tikkonċernahom. Barra minn hekk, huwa jsostni li l-ittra tiegħu tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE> hija tweġiba għall-ittra tal-avukata tar-rikorrenti tal‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE> u li ma jistax jitqies li kien bis-saħħa ta’ din l-ittra li r-rikorrenti saret taf bl-atti tal-2017, fis-sens tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tistax validament issostni li ħadet konjizzjoni tal-atti tal-2020 permezz tar-risposta tal-Kunsill għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li ġiet innotifikata lilha permezz ta’ ittra tar-Reġistru tat‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE>. Fil-fatt, it-teħid ta’ konjizzjoni ta’ att minn persuna kkonċernata jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament biss fil-każ fejn dan l-att la jkun ġie ppubblikat u lanqas innotifikat. Issa, f’dan il-każ, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra l-atti kkontestati beda jiddekorri mill-pubblikazzjoni tagħhom f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, li seħħet fit‑<DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE> f’dak li jirrigwarda l-atti tal-2017 u fis‑<DATE ISO="20200306">6 ta’ Marzu 2020</DATE> f’dak li jirrigwarda l-atti tal-2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, il-Kunsill ippreċiża li, għalkemm, fil-kuntest ta’ ċerti sistemi ta’ sanzjonijiet, il-Kunsill huwa espliċitament obbligat jinnotifika lill-persuni kkonċernati kull emenda għall-inklużjoni f’lista, b’espożizzjoni tal-motivi, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tar-reġim ta’ sanzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li r-rikors tagħha kien jissodisfa l-kriterji ta’ ammissibbiltà previsti fl-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari dak li jikkonċerna t-terminu għall-preżentata tiegħu. Fil-fatt, minn naħa, ir-rikors ġie ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, jiġifieri fit-terminu ta’ xahrejn, miżjud bit-terminu fiss għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem previst fl-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura, min-notifika tal-atti tal-2017 lir-rikorrenti, li saret permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE> (ara l-punt 25 iktar ’il fuq). Min-naħa l-oħra, in-nota ta’ adattament intiża għall-annullament tal-atti tal-2020 ġiet ippreżentata fit-terminu ta’ xahrejn, miżjud bit-terminu fiss għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem, minn meta r-rikorrenti saret taf bl-adozzjoni ta’ dawn<?PAGE NO="8"?> l-atti, imsemmija fit-tweġiba tal-Kunsill għall-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, peress li l-imsemmija tweġiba ġiet innotifikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tar-Reġistru tat‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE> (ara l-punt 34 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Hija ssostni li jeżisti obbligu ta’ notifika għall-Kunsill anki f’dak li jikkonċerna d-deċiżjonijiet ta’ emenda tad-deċiżjonijiet ta’ inklużjoni, u dan anki meta ma jkunux tressqu motivi ġodda. Ir-rikorrenti ssostni li, kieku l-Kunsill ma kellux l-obbligu li jinnotifikaha l-atti kkontestati, l-uniku mezz li bih hija kienet tkun informata bl-adozzjoni tagħhom kien ikun permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali, li kien ikollu l-konsegwenza li l-possibbiltà tagħha li tadixxi lill-Qorti Ġenerali fit-terminu xieraq kien ikun indebitament limitat. Il-pożizzjoni tal-Kunsill tinjora l-ġurisprudenza li tgħid li ma huwiex liberu li jagħżel b’mod arbitrarju l-metodu ta’ komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu lill-persuni kkonċernati. Peress li kellu l-indirizz tal-avukata mqabbda mir-rikorrenti, kif turi l-ittra tas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li huwa kkonferma li rċieva, l-atti kkontestati kellhom jiġu kkomunikati lilha permezz ta’ dan il-mezz. Tali notifika saret biss fir-rigward tal-atti tal-2017, permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>. Barra minn hekk, hija saret taf bl-atti tal-2020, indirettament, permezz tal-ittra tar-Reġistru tat‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE> (ara l-punt 45 iktar ’il fuq). Ir-rikors u n-nota ta’ adattament, fejn din tal-aħħar ġiet ippreżentata konformement mal-Artikolu 86(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ġew għalhekk ippreżentati fit-terminu previst fl-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar ukoll li, skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat f’terminu ta’ xahrejn minn, skont il-każ, il-pubblikazzjoni tal-att ikkontestat, in-notifika tiegħu lir-rikorrenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-jum li din saret taf bih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 86(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jimplika li l-istituzzjoni tal-Unjoni li tadotta jew iżżomm miżuri restrittivi individwali fil-konfront ta’ persuna jew ta’ entità, bħal f’dan il-każ, għandha tikkomunika l-motivi li fuqhom ikunu bbażati dawn il-miżuri, jew fil-mument meta jiġu adottati dawn il-miżuri jew, minn tal-inqas, mill-iktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħhom, sabiex dawn il-persuni jew entitajiet ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ azzjoni legali tagħhom (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Malayeh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni tirriżulta min-natura partikolari tal-atti li jimponu miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità, li fl-istess ħin jikkostitwixxu kemm atti ta’ portata ġenerali, sa fejn jipprojbixxu, lil kategorija ta’ destinatarji ddeterminati b’mod ġenerali u astratt, b’mod partikolari, milli jqiegħdu fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuni u tal-entitajiet li isimhom ikun jinsab fil-listi li jinsabu fl-annessi tagħhom, u kif ukoll sensiela ta’ deċiżjonijiet individwali fir-rigward ta’ dawn il-persuni u ta’ dawn l-entitajiet (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑478/11 P sa C‑482/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:258">EU:T:2013:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, issir applikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2015/1333, li fil-paragrafi (1) u (3) tiegħu rispettivament jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[f]ejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat [tas-Sanzjonijiet] jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I jew III [tal-imsemmija deċiżjoni]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[i]l-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu [lil din il-]persuna jew [lil din l-]entità [...], inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, u jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) u (3) tar-Regolament 2016/44 għandu dispożizzjonijiet simili.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, minkejja li, ċertament, id-dħul fis-seħħ ta’ atti bħall-atti kkontestati jseħħ permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra dawn l-atti skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jibda jiddekorri, għal kull waħda mill-imsemmija persuni u entitajiet, sa mid-data tal-komunikazzjoni li għandha ssirilha (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Oil Turbo Compressor vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑552/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:805">EU:T:2015:805</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Bl-istess mod, it-terminu għat-tressiq ta’ talba intiża biex tikkontesta jew testendi t-talbiet u l-motivi ta’ att li jżomm dawn il-miżuri jibda jiddekorri biss mid-data tal-komunikazzjoni ta’ dan l-att ġdid lill-persuna jew lill-entità kkonċernata (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-atti tal-2017, bħall-atti tal-2020, huma atti li permezz tagħhom il-Kunsill żamm isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi. Huwa minnu, kif isostni l-Kunsill, li d-Deċiżjoni 2015/1333 u r-Regolament 2016/44, li l-annessi tagħhom jinkludu dawn il-listi, ma jipprevedux l-obbligu espress, fir-rigward tiegħu, li jinnotifika lill-persuni jew lill-entitajiet ikkonċernati l-atti li permezz tagħhom huwa jżomm l-inklużjoni tal-ismijiet tagħhom fl-imsemmija listi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, tali obbligu ta’ notifika jirriżulta mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif interpretat mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 55 iktar ’il fuq, li minnha jirriżulta li l-Kunsill huwa obbligat jinnotifika kull żamma tal-inklużjoni f’lista b’espożizzjoni tal-motivi lill-persuni kkonċernati, u dan indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk, sabiex jiddeċiedi dwar din iż-żamma, il-Kunsill ibbażax ruħu fuq elementi ġodda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, f’dan il-każ, l-atti li jżommu l-inklużjoni tal-isem ta’ persuna fil-listi kontenzjużi ma humiex adottati f’intervalli regolari. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ prevedibbiltà fir-rigward tal-adozzjoni tagħhom li tirriżulta minn dan il-fatt, jekk it-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra dawn l-atti jibda jiddekorri mill-pubblikazzjoni tagħhom waħedha, minn dan jirriżulta li persuna bħar-rikorrenti jkollha l-oneru li tivverifika kontinwament il-Ġurnal Uffiċjali, li jkun ta’ natura li jostakola l-aċċess tagħha għall-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, il-Kunsill ma jistax validament jallega li t-terminu għall-preżentata tar-rikors għal annullament kontra l-atti kkontestati previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE beda jiddekorri fir-rigward tar-rikorrenti mid-data tal-pubblikazzjoni rispettiva tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Sussegwentement, sabiex tiġi stabbilita d-data tal-komunikazzjoni li minnha bdew jiddekorru t-termini li r-rikorrenti kellha tosserva sabiex tikkontesta l-atti kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali, għandhom jiġu ddefiniti l-modalitajiet li bihom il-Kunsill kien obbligat li jikkomunikalha dawn l-atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Kunsill ma huwiex liberu li jagħżel il-metodu ta’ komunikazzjoni, lill-persuni kkonċernati, tal-atti li permezz tagħhom huwa jissuġġettahom għal miżuri restrittivi. Fil-fatt, mill-punt 61 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/11 P sa C‑482/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:258">EU:C:2013:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li komunikazzjoni indiretta ta’ tali atti permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali hija awtorizzata biss fil-każijiet fejn ikun impossibbli għall-Kunsill li jwettaq komunikazzjoni individwali. Fin-nuqqas ta’ dan, il-Kunsill ikun jista’ faċilment jaħrab mill-obbligu tiegħu ta’ komunikazzjoni individwali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160610">10 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pshonka vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑381/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:361">EU:T:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 61 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni 2015/1333 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament 2016/44 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-Kunsill ikollu l-indirizz ta’ persuna suġġetta għal miżuri restrittivi, fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni diretta tal-atti li jinkludu dawn il-miżuri, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors li din il-persuna għandha tosserva sabiex tikkontesta dawn l-atti quddiem il-Qorti Ġenerali ma jibdiex jiddekorri. Għaldaqstant, huwa biss meta<?PAGE NO="10"?> jkun impossibbli li jikkomunika b’mod individwali lill-parti kkonċernata l-atti li permezz tagħhom jiġu adottati jew miżmuma miżuri restrittivi fir-rigward tagħha li l-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tagħti l-bidu għad-dekorrenza ta’ dan it-terminu (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Bank Melli Iran vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑35/10 u T‑7/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑174/12 u T‑80/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:52">EU:T:2014:52</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Kunsill jista’ jitqies li ma kienx possibbli għalih li jikkomunika individwalment lil persuna fiżika jew ġuridika jew lil entità att li jinvolvi miżuri restrittivi li jikkonċernawha kemm meta l-indirizz ta’ din il-persuna jew ta’ din l-entità ma jkunx pubbliku u ma jkunx ingħatalu, kif ukoll meta l-komunikazzjoni mibgħuta fl-indirizz li l-Kunsill ikollu ma tasalx, minkejja l-isforzi li għamel, bid-diliġenza kollha meħtieġa, sabiex iwettaq tali komunikazzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, bħala prinċipju, il-Kunsill ma jistax jissodisfa l-obbligu ta’ komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata ta’ att li jinkludi miżuri restrittivi fir-rigward tagħha billi jindirizza n-notifika ta’ dan l-att lill-avukati li jirrappreżentawha. In-notifika lir-rappreżentant ta’ rikorrent tiswa bħala notifika lid-destinatarju biss meta tali forma ta’ notifika tkun prevista b’mod espress minn leġiżlazzjoni, meta jkun jeżisti ftehim f’dan is-sens bejn il-partijiet, jew meta l-avukat ikun debitament awtorizzat sabiex jirċievi tali notifika f’isem il-klijent tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P><HT TYPE="SUP">65</HT></NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li, fil‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE>, li hija d-data tal-adozzjoni tal-atti tal-2017, bħal fil‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, li hija d-data tal-adozzjoni tal-atti tal-2020, il-Kunsill kellu, kif ikkonferma waqt is-seduta, l-indirizz tal-avukata tar-rikorrenti u tal-mandat li din tal-aħħar kienet tatha, kif ikkomunikati permezz tal-ittra tas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li l-Kunsill ikkonferma li rċieva fl-istess jum. L-imsemmi mandat, iffirmat mir-rikorrenti fit‑<DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, jispeċifika, b’mod partikolari, li hija awtorizzat lill-avukata tagħha li tirċievi kull informazzjoni, tikkorrispondi u taġixxi f’isimha għal kull kwistjoni relatata mas-sanzjonijiet meħuda fir-rigward tagħha mill-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll għal kull kwistjoni relatata mal-inklużjoni ta’ isimha fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/137 u/jew f’kull att ieħor adottat suċċessivament mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għaldaqstant iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża huma differenti minn dawk tal-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti Ġenerali qieset li l-prova tal-eżistenza ta’ mandat ta’ rappreżentanza mogħti mir-rikorrenti lir-rappreżentant tagħha ma kinitx ġiet prodotta, b’tali mod li ma setax jitqies li l-Kunsill kien ikkomunika validament id-deċiżjoni inkwistjoni lir-rikorrenti permezz ta’ notifika lir-rappreżentant tagħha u li, għaldaqstant, it-terminu għall-preżentata tar-rikors kien beda jiddekorri mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, kif ikkonferma l-Kunsill fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet magħmula fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u waqt is-seduta, l-atti kkontestati ma kinux is-suġġett ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali għall-attenzjoni tal-persuni msemmija fl-annessi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li mill-proċess ma jirriżultax li l-Kunsill kien fl-impossibbiltà li jikkomunika l-atti kkontestati direttament lir-rikorrenti jew lill-avukata debitament awtorizzata, jew li tali komunikazzjoni ma kinitx ser tirnexxi, u fl-assenza ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali dwar iż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi, il-komunikazzjoni individwali tal-atti tal-2017 lir-rikorrenti seħħet b’mod validu permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>, li permezz tagħha l-Kunsill, b’segwitu għall-ittra tal‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE> tal-avukata tar-rikorrenti (ara l-punt 24 iktar ’il fuq), innotifika l-imsemmija atti lil din l-avukata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, la mill-proċess u lanqas mill-argumentazzjoni tal-Kunsill ma jirriżulta li t-teħid ta’ konjizzjoni effettiva tal-atti kkontestati mir-rikorrenti, fis-sens tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li huwa ta’ natura li jiskatta d-dekorrenza tat-termini għat-tressiq ta’ kawża, seħħ qabel il‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>, li hija d-data li fiha l-Kunsill innotifika l-atti tal-2017 lill-avukata awtorizzata mir-rikorrenti, jew, fir-rigward tal-atti tal-2020, qabel it‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE>, li hija d-data tan-notifika tat-tweġiba tal-Kunsill għall-mistoqsijiet magħmula fil-kuntest tal-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali (ara l-punt 45 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li l-komunikazzjoni individwali tal-atti kkontestati għandha titqies li ma saritx validament fil‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE> u fit‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE> rispettivament, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors, f’dan il-każ, ma bediex jiddekorri u għalhekk dan ir-rikors ma huwiex tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li, ladarba l-Kunsill ma kienx ikkomunika validament lir-rikorrenti l-atti tal-2017 qabel il‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>, din tal-aħħar ma kinitx prekluża, fid-data tal-preżentata tar-rikors, jiġifieri fis‑<DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, li tippreżenta rikors intiż għall-annullament tagħhom. Bl-istess mod, fid-data tal-preżentata tan-nota ta’ adattament tar-rikors, fl‑<DATE ISO="20200901">1 ta’ Settembru 2020</DATE>, hija ma kinitx prekluża tadatta r-rikors tagħha b’mod li jieħu inkunsiderazzjoni l-adozzjoni tal-atti tal-2020 u titlob l-annullament tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill, ibbażata fuq it-tardività tar-rikors fil-konfront tal-atti kkontestati sa fejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors inkwantu huwa bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti tippreżenta erba’ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali relatati mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-prinċipji ta’ awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u ta’ ċertezza legali u tad-dritt għal rimedju effettiv, it-tielet wieħed, fuq nuqqas ta’ bażi legali u ta’ motivazzjoni taż-żamma ta’ isimha fil-listi kontenzjużi u, ir-raba’ wieħed, fuq ksur sproporzjonat tad-drittijiet fundamentali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandha ssir distinzjoni bejn l-atti li permezz tagħhom ir-rikorrenti ġiet inkluża fil-listi tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi u l-atti suċċessivi li għandhom bħala għan iż-żamma tal-inklużjoni ta’ isimha f’dawn il-listi. Fil-fatt, l-atti tal-2011, jiġifieri d-Deċiżjoni 2011/137 u r-Regolament Nru 204/2011, kif ukoll l-atti ta’ inklużjoni sussegwenti, jiġifieri d-Deċiżjoni 2015/1333 u r-Regolament 2016/44, ma humiex is-suġġett ta’ dan ir-rikors u ma ġewx ikkontestati fi żmien xieraq quddiem il-qorti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-atti tal-2014, dawn kienu s-suġġett tar-rikors li ta lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li saret definittiva fl-assenza ta’ appell. Il-motivi tar-rikorrenti huma għaldaqstant ammissibbli biss sa fejn dawn għandhom bħala għan li jiksbu l-annullament tal-atti kkontestati, jiġifieri l-atti tal-2017 u, wara l-adattament tar-rikors abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura, ukoll l-atti tal-2020, sa fejn iżommu l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi eżaminat it-tielet motiv, li permezz tiegħu r-rikorrenti tikkritika lill-Kunsill li ddeċieda li jżomm il-miżuri restrittivi fir-rigward tagħha mingħajr motivazzjoni jew bażi legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kwistjoni tal-motivazzjoni, li tikkonċerna formalità essenzjali, hija distinta minn dik tal-prova tal-imġiba allegata, li taqa’ taħt il-legalità fil-mertu tal-att inkwistjoni u timplika l-verifikazzjoni tar-realtà tal-fatti msemmija f’dak l-att kif ukoll il-kwalifika ta’ dawn il-fatti<?PAGE NO="12"?> bħala li jikkostitwixxu elementi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tal-persuna kkonċernata (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Bamba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tikkonsisti fl-espressjoni b’mod formali tal-motivi li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni. Jekk dawn il-motivi jkunu vvizzjati bi żbalji, dawn jivvizzjaw il-legalità fuq il-mertu tad-deċiżjoni, iżda mhux il-motivazzjoni tagħha, li tista’ tkun suffiċjenti filwaqt li tesprimi motivi żbaljati. Minn dan isegwi li l-ilmenti u l-argumenti intiżi sabiex jikkontestaw il-fondatezza ta’ att huma irrilevanti fil-kuntest ta’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ipatau vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:407">EU:C:2015:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif ir-rikorrenti barra minn hekk ikkonfermat waqt is-seduta, għandha għalhekk issir distinzjoni fit-tielet motiv bejn, minn naħa, l-ewwel parti, ibbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati, u, min-naħa l-oħra, it-tieni parti, ibbażata, essenzjalment, fuq nuqqas ta’ bażi fattwali li tiġġustifika ż-żamma tal-inklużjoni ta’ isimha fil-listi kontenzjużi u fuq il-fatt li l-Kunsill ma pproduċiex provi li juru li l-miżuri fil-konfront tiegħu kienu fondati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-atti kkontestati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li jeżiġu l-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni 2015/1333 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament 2016/44 kif ukoll il-Linji gwida tal-Kunsill fil-qasam tas-sanzjonijiet, l-atti kkontestati huma vvizzjati b’nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-Kunsill jirribatti li r-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tifhem, abbażi tal-atti kkontestati stess kif ukoll tal-provi u tal-ispjegazzjonijiet li kienu ġew ipprovduti lilha, il-kuntest u l-portata tal-miżuri li jikkonċernawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ att li jikkawża preġudizzju, li jikkostitwixxi korollarju tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, għandu l-għan, minn naħa, li jagħti lill-persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti sabiex tkun taf jekk l-att huwiex fondat jew jekk huwiex possibbilment ivvizzjat b’difett li jippermetti li tiġi kkontestata l-validità tiegħu quddiem il-qorti tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil din tal-aħħar teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità ta’ dan l-att (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Bamba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni awtriċi tal-att (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140924">24 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kadhaf Al Dam vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑348/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:806">EU:T:2014:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Alsharghawi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑485/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:520">EU:T:2016:520</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri restrittivi, mingħajr ma tiġi imposta l-ħtieġa li tingħata risposta b’mod iddettaljat għall-osservazzjonijiet imqajma mill-persuna kkonċernata, l-obbligu ta’ motivazzjoni jimplika fi kwalunkwe każ, inkluż meta l-motivazzjoni tal-att tal-Unjoni tikkorrispondi għal xi motivi esposti minn korp internazzjonali, li din il-motivazzjoni tidentifika r-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal tali miżuri (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Bank Mellat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:96">EU:C:2016:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, il-motivazzjoni ta’ att tal-Kunsill li jimponi miżura restrittiva ma tistax, bħala prinċipju, tikkonsisti biss f’formulazzjoni ġenerali u sterjotipata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Al Matri vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑545/13</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:376">EU:T:2016:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0146">146</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, il-motivazzjoni għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih dan ikun ġie adottat. Hija għandha tiġi evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att jista’ jkollhom sabiex jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha, inkwantu n-natura suffiċjenti tagħha għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tal-att inkwistjoni, iżda wkoll tal-kuntest tiegħu u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140924">24 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kadhaf Al Dam vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑348/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:806">EU:T:2014:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Alsharghawi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑485/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:520">EU:T:2016:520</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti meta dan ikun ġie adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata, li jkun jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140924">24 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kadhaf Al Dam vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑348/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:806">EU:T:2014:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Alsharghawi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑485/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:520">EU:T:2016:520</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-atti kkontestati jsemmu r-raġuni li għaliha l-Kunsill żamm isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi f’Marzu 2017 u f’Marzu 2020, li tikkorrispondi għall-ġustifikazzjonijiet li kienu ssemmew sabiex isimha jiġi inkluż fil-listi annessi mal-atti tal-2011 u sussegwentement fil-listi kontenzjużi, jiġifieri dawk annessi mad-Deċiżjoni 2015/1333 u mar-Regolament 2016/44, jiġifieri l-fatt li ġiet inkluża skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), minħabba l-assoċjazzjoni tagħha mar-reġim stabbilit minn M. Kadhafi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Kunsill ipprovda informazzjoni lir-rikorrenti (ara l-punt 13 iktar ’il fuq), billi għamel riferiment, minn naħa, għad-dikjarazzjonijiet li hija għamlet pubblikament fl-2011 u fl-2013, li kienu jsejħu sabiex l-awtoritajiet Libjani leġittimi jiġu mġarrfa u sabiex titwettaq vendetta għall-mewt ta’ missierha, u, min-naħa l-oħra, għas-sitwazzjoni ta’ instabbiltà li għadha teżisti fil-Libja, filwaqt li afferma mill-ġdid in-neċessità li individwi assoċjati ma’ dak li kien ir-reġim ta’ M. Kadhafi jiġu preklużi milli jkomplu jdgħajfu s-sitwazzjoni fil-Libja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-rikorrenti setgħet tifhem li isimha kien inżamm fil-listi kontenzjużi minħabba l-inklużjoni tagħha skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), minħabba dawn id-dikjarazzjonijiet li jagħmlu parti mill-kuntest li jagħmlu parti minnu l-atti kkontestati u minħabba l-fatt li l-Kunsill kien iqis li dawn il-miżuri kienu għadhom neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>L-indikazzjonijiet li jinsabu fl-atti kkontestati, li magħhom żdiedet l-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-iskambju ta’ korrispondenza mal-Kunsill, kienu għalhekk suffiċjenti sabiex jippermettu lir-rikorrenti tifforma opinjoni dwar ir-regolarità tal-atti kkontestati u tipprepara l-kontestazzjoni tagħhom, ħaġa li hija setgħet validament tagħmel f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel parti tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq nuqqas ta’ bażi fattwali li tiġġustifika ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-atti kkontestati ma jurux bażi legali li ppermettiet lill-Kunsill iżomm isimha fil-listi kontenzjużi u li din iż-żamma hija bbażata fuq ir-raġuni waħdiena li hija kienet għadha tiġi indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà, skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011). Filwaqt li tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux<?PAGE NO="14"?> ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rikorrenti ssostni li l-atti kkontestati ma fihomx motivi individwali, speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw iż-żamma ta’ isimha fil-listi kontenzjużi minkejja l-waqgħa tar-reġim li kien is-suġġett tal-imsemmija riżoluzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, l-informazzjoni li l-Kunsill invoka sabiex jiġġustifika ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi ma għandha l-ebda rabta mal-perijodu speċifiku u l-aġir imsemmi fil-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011) u/jew hija bbażata fuq għajdut vag jew fuq sorsi oħra mingħajr valur probatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jirriżultaw minn għajdut dwar diskorsi partikolari allegatament attribwiti lilha, il-Kunsill kellu l-obbligu li jeżamina r-rilevanza u l-importanza tagħhom, fid-dawl, minn naħa, tal-assigurazzjonijiet bil-miktub tal-awtoritajiet tal-Oman li jgħidu li r-rikorrenti kienet osservat il-kundizzjonijiet tar-residenza tagħha fil-pajjiż tagħhom u, min-naħa l-oħra, tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-awtoritajiet Libjani li tindika li l-irtirar tal-inklużjoni tar-rikorrenti kien kompatibbli mal-għanijiet ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni fil-Libja, u li ma kinitx titqies ta’ riskju għall-proċess politiku paċifiku fil-Libja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-informazzjoni li tidher li tindika li hija kienet b’xi mod assoċjata ma’ irregolarità finanzjarja, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill qatt ma allega, u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> lanqas ma wera, li l-beni speċifiċi affettwati mill-miżuri restrittivi inkwistjoni huma l-prodott ta’ miżapproprjazzjoni jew għandhom xi rabta oħra mal-motivi esposti fil-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, anki jekk il-partitarji ta’ dak li kien ir-reġim ta’ M. Kadhafi jippersistu fit-tentattivi tagħhom li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fil-Libja u kienu involuti f’attakki kontra persuni ċivili, il-motivi għaż-żamma ta’ isimha fil-listi kontenzjużi ma kienu manifestament jinkludu ebda informazzjoni li minnha hija setgħet tiddeduċi r-rwol individwali, speċifiku u konkret tagħha f’dawn l-avvenimenti u l-importanza tal-involviment eventwali tagħha fin-nuqqas ta’ sigurtà fil-Libja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti. Fl-ewwel lok, huwa jirribatti li l-motivi li fuqhom hija bbażata ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar l-atti tal-2014, u għalhekk ma jistgħux jikkostitwixxu punti ta’ fatt jew ta’ liġi li ġew effettivament jew neċessarjament deċiżi minn din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kunsill isostni li huwa adotta l-atti kkontestati abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ittra tiegħu tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE> (ara l-punt 13 iktar ’il fuq) u informazzjoni aġġornata pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li żżid riferiment għal avviż tal-Interpol u tnaħħas il-paragrafu dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>informazzjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> dwar il-ksur tal-projbizzjoni ta’ vvjaġġar. Fir-rigward taż-żieda tar-riferiment għall-avviż tal-Interpol, il-Kunsill jindika madankollu li, peress li dan jirrigwarda investigazzjoni dwar ksur finanzjarju, huwa ma bbażax ruħu fuq l-informazzjoni relatata ma’ din l-investigazzjoni, peress li dan it-tip ta’ aġir ma jaqax taħt il-kriterji ta’ indikazzjoni previsti fl-Artikoli 8 u 9 tad-Deċiżjoni 2015/1333 u fid-dispożizzjoni korrispondenti tar-Regolament 2016/44 jew mir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>L-ewwel nett, minn naħa, il-Kunsill isostni, hekk kif tindika l-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2015/1333, li l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà fil-Libja u t-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-pajjiż għadhom mhedda, fost l-oħrajn minħabba li d-diviżjonijiet attwali ġew aggravati minn persuni u entitajiet identifikati li kienu involuti fil-politiki repressivi ta’ dak li kien ir-reġim ta’ M. Kadhafi fil-Libja, jew li, b’xi mod ieħor, kienu preċedentement assoċjati ma’ dak ir-reġim. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Alsharghawi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑485/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:520">EU:T:2016:520</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-eżattezza ta’ din l-evalwazzjoni tal-Kunsill kienet ikkorroborata mill-fatt li, fir-Riżoluzzjoni 2213 (2015) tiegħu, il-Kunsill tas-Sigurtà kien b’mod partikolari afferma mill-ġdid, essenzjalment, in-neċessità li jiġu preklużi individwi assoċjati ma’ dak li kien ir-reġim ta’ M. Kadhafi li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fil-Libja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kunsill isostni li d-dikjarazzjonijiet u l-artikoli tal-istampa li kkomunika lir-rikorrenti permezz tal-ittra tiegħu tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE> (ara l-punt 13 iktar ’il fuq) huma suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti sabiex jikkorroboraw il-veraċità tad-dikjarazzjonijiet li r-rikorrenti għamlet pubblikament fl-2011 u fl-2013, fejn sejħet sabiex l-awtoritajiet Libjani leġittimi jiġu mġarrfa u sabiex titwettaq vendetta għall-mewt ta’ missierha. Dawn id-dikjarazzjonijiet jikkorrispondu b’mod ċar mal-kriterji ta’ inklużjoni fil-listi kontenzjużi, inkwantu juru li r-rikorrenti tikkontribwixxi, bħal fil-każ ta’ individwi oħra assoċjati mar-reġim preċedenti ta’ M. Kadhafi, għad-destabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Libja. Barra minn hekk, il-fatt li l-awtoritajiet tal-Oman qiesu li s-soġġorn tar-rikorrenti fl-Oman minflok qrib il-Libja jikkontribwixxi sabiex itaffi t-tensjonijiet fir-reġjun u li l-awtorizzazzjoni, għar-rikorrenti, li tirrisjedi fl-Oman kienet suġġetta għall-fatt li din timpenja ruħha li ma twettaqx attività politika juri li hija kompliet tirrappreżenta theddida għall-paċi, għall-istabbiltà jew għas-sigurtà tal-Libja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>B’hekk, l-informazzjoni aġġornata pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u l-motivi stabbiliti fl-atti kkontestati, kif ikkompletati u żviluppati mill-informazzjoni kkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE> (ara l-punt 13 iktar ’il fuq), li setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, jixhdu l-eżami mill-ġdid imwettaq mill-Kunsill sabiex jiġġustifika ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, la n-nota verbali tal-awtoritajiet tal-Oman u lanqas l-istqarrija tal-awtoritajiet Libjani invokati mir-rikorrenti ma jikkostitwixxu elementi suffiċjenti sabiex il-Kunsill ma jżommx isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea teżiġi b’mod partikolari li l-qorti tal-Unjoni tiżgura li d-deċiżjoni li permezz tagħha ġew adottati jew miżmuma miżuri restrittivi, li għandha portata individwali għall-persuna jew l-entità kkonċernata, hija bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li hija l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’tali mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tax-xebh astratt tal-motivi invokati, iżda jkun jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas wieħed minnhom meqjus suffiċjenti fih innifsu sabiex ikun ta’ bażi għal din l-istess deċiżjoni, humiex issostanzjati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tagħmel dan l-eżami billi titlob, skont il-każ, lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni tipproduċi informazzjoni jew provi, kunfidenzjali jew mhux, rilevanti għall-finijiet ta’ tali eżami (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Min-naħa l-oħra, hija l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li, fil-każ ta’ kontestazzjoni, għandha tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi meqjusa kontra l-persuna kkonċernata, u ma hijiex din tal-aħħar li għandha tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza ta’ dawn il-motivi. Għal dan il-għan, l-informazzjoni jew il-provi kollha prodotti għandhom ikunu jsostnu l-motivi meqjusa kontra l-persuna kkonċernata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi stabbilit jekk iż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi hijiex ibbażata fuq bażi fattwali soda biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan il-każ, qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-kunsiderazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti sabiex tikkonfuta l-allegazzjoni li hija kienet ivvjaġġat bi ksur tal-projbizzjoni stabbilita mill-Kunsill tas-Sigurtà u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet huma irrilevanti. Fil-fatt, għall-adozzjoni tal-atti kkontestati, il-Kunsill ma baqax jibbaża ruħu fuq l-informazzjoni li tinsab fl-ittra tiegħu tat‑<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE> (ara l-punt 11 iktar ’il fuq) u dan il-motiv għall-inklużjoni ma għadux indikat fost dawk li jinsabu fil-listi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-atti kkontestati ma jsemmux ġustifikazzjonijiet oħra għaż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi f’Marzu 2017 u f’Marzu 2020 għajr dawk li kienu ġew ippreżentati sabiex isimha jiġi inkluż fil-listi annessi mal-atti tal-2011 u għall-applikazzjoni tal-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011). Fir-rigward tar-riferiment għall-avviż tal-Interpol, kif tfakkar fil-punt 96 iktar ’il fuq, il-Kunsill indika u kkonferma waqt is-seduta li huwa ma bbażax ruħu fuq l-informazzjoni relatata mal-investigazzjoni li hija s-suġġett ta’ dan l-avviż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Ċertament, il-motivi mressqa mill-Kunsill għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi, jiġifieri l-fatt li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[b]int Muammar Qadhafi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u li għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[a]ssoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ta’ dan tal-aħħar, ma ġewx ikkontestati fi żmien xieraq quddiem il-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk il-Kunsill seta’ jirreferi għall-fatt li r-rikorrenti kienet fost il-persuni msemmija fir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) u għall-motivazzjoni msemmija fl-imsemmija riżoluzzjoni, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 101 u 102 iktar ’il fuq jirriżulta b’mod ċar li huwa bl-ebda mod ma huwa meħlus mill-obbligu tiegħu li jistabbilixxi li ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi kienet ibbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li l-atti tal-2011 kienu ġew adottati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kontra [...] persuni u entitajiet involuti f’abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b’involviment f’attakki, li jiksru l-liġi internazzjonali, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kif tesponi l-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2011/137. Id-Deċiżjoni 2015/1333 u r-Regolament 2016/44 ġew adottati bil-għan li jikkonsolidaw fi strumenti ġuridiċi ġodda l-miżuri restrittivi imposti mill-atti tal-2011, kif emendati u implimentati minn diversi atti sussegwenti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[f]id-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun ippreżentata mis-sitwazzjoni fil-Libja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (ara l-premessa 4 tar-Regolament 2016/44).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Issa, minkejja l-ispjegazzjonijiet tal-Kunsill imfakkra fil-punt 97 iktar ’il fuq, l-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[e]lenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970[(2011)] (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ma tippermettix li wieħed jifhem ir-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li għalihom isem ir-rikorrenti nżamm fil-listi kontenzjużi fil‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE> u fil‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li kulma jagħmel il-Kunsill huwa li jirreferi għall-informazzjoni kkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE> (ara l-punt 13 iktar ’il fuq), b’mod partikolari d-dikjarazzjonijiet li hija allegatament għamlet pubblikament fl-2011 u fl-2013, mingħajr ma jispjega r-raġunijiet li għalihom l-imsemmija informazzjoni kienet turi r-riskju li r-rikorrenti kienet tirrappreżenta fl-2017 u fl-2020, jiġifieri waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati, għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali fir-reġjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, fil-punti 69 u 73 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi/Conseil</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-informazzjoni kkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE> (ara l-punt 13 iktar ’il fuq) ma kinitx tidher fost il-motivi li abbażi tagħhom l-atti tal-2014 kienu ġew adottati, li din ġiet miġjuba għall-attenzjoni tal-Kunsill wara d-data tal-adozzjoni tal-imsemmija atti u li l-motivi kontenzjużi manifestament ma kinux jinkludu elementi li minnhom ir-rikorrenti setgħet tiddeduċi, anki jekk tipprova tinterpretahom b’mod estensiv, x’kien ir-rwol individwali, speċifiku u konkret tagħha fl-avvenimenti li kienu qegħdin jiżvolġu fil-Libja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Ċertament, l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El‑Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti, ma tistax tiġi invokata f’dan il-każ. Fil-fatt, fl-ewwel lok, kif isostni l-Kunsill, l-atti tal-2017 ġew adottati qabel l-għoti ta’ din is-sentenza, fit-tieni lok, is-suġġett u l-kawża ta’ dan ir-rikors ma humiex l-istess bħal dawk tar-rikors li ta lok għall-imsemmija sentenza u, fit-tielet lok, il-prinċipju ta’ awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> japplika biss għall-punti ta’ fatt u ta’ liġi li ġew effettivament jew neċessarjament deċiżi permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>National Iranian Tanker<?PAGE NO="17"?> Company vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑600/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:966">EU:C:2018:966</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, il-motivi li fuqhom hija bbażata ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi kontenzjużi ma jikkostitwixxux punti ta’ fatt u ta’ liġi li ġew effettivament jew neċessarjament deċiżi permezz tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>El-Qaddafi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑681/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:227">EU:T:2017:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar l-annullament tal-atti tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Madankollu, minn tali konstatazzjoni ma jistax jiġi dedott li l-Kunsill ma kellux madankollu jippreċiża r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni li kienet inġiebet għall-attenzjoni tiegħu qabel id-data tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, kif ikkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE>, kienet għadha attwali, fl-2017 u fl-2020, sabiex tiġġustifika ż-żamma ta’ isimha fil-listi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-allegati dikjarazzjonijiet pubbliċi tar-rikorrenti li għalihom sar riferiment fl-ittra tal‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE> seħħew fl-2011, immedjatament mal-iżvelar tar-rapporti dwar il-mewt ta’ Muammar Kadhafi u ta’ Mutassim Kadhafi, u fl-2013. Għaldaqstant, għaddew diversi snin minn meta dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrapportati fl-istampa u nġiebu għall-attenzjoni tal-Kunsill, mingħajr ma dan tal-aħħar ressaq l-iċken indikazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-kontenut tal-imsemmija dikjarazzjonijiet kien juri li r-rikorrenti kienet għadha tirrappreżenta theddida ssanzjonata fil-kuntest tal-għanijiet tar-Riżoluzzjoni 1970 (2011), minkejja l-bidliet li seħħew fil-frattemp fir-rigward tas-sitwazzjoni individwali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, mill-atti ta’ inklużjoni tal-2011 u l-atti ta’ inklużjoni sussegwenti, jiġifieri d-Deċiżjoni 2015/1333 u r-Regolament 2016/44, ir-rikorrenti ma baqgħetx tirrisjedi fil-Libja u l-proċess la jsemmi xi parteċipazzjoni min-naħa tagħha fil-ħajja politika Libjana u lanqas dikjarazzjonijiet oħra minbarra dawk li ġew attribwiti lilha fl-2011 u fl-2013. Minkejja dawn il-bidliet li jikkonċernaw is-sitwazzjoni individwali tar-rikorrenti, il-Kunsill ma jispjegax ir-raġunijiet li għalihom din kienet tirrappreżenta, fl-2017 u fl-2020, jiġifieri waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati, theddida għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali fir-reġjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, il-kritika tar-rikorrenti, ibbażata fuq il-fatt li l-atti kkontestati huma nieqsa minn bażi fattwali li tiġġustifika ż-żamma ta’ isimha fil-listi kontenzjużi, hija fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tielet motiv tar-rikors għandha tintlaqa’ u, konsegwentement, l-atti kkontestati għandhom jiġu annullati sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti, mingħajr ma huwa neċessarju li r-rikors jiġi eżaminat sa fejn dan huwa bbażat fuq l-Artikolu 265 TFUE u mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra mqajma mir-rikorrenti insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tal-imsemmija atti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq iż-żamma tal-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>B’segwitu għal osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ adattament, il-Kunsill jitlob, sussidjarjament, li fil-każ ta’ annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/371, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-Qorti Ġenerali tiddikjara li l-effetti tad-Deċiżjoni 2020/374 jinżammu sakemm isir effettiv l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/371.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kunsill indika li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2017/497 kienet għadha fis-seħħ, peress li din ma ġietx issostitwita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/374, minħabba li din tal-aħħar kienet sempliċement aġġornat l-informazzjoni dwar il-passaporti tar-rikorrenti u dwar in-numru nazzjonali ta’ identifikazzjoni tagħha, fatt dan li ma kellux impatt fuq ir-raġuni għalfejn ir-rikorrenti nżammet fil-lista rilevanti. Madankollu, fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tikkunsidra li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/374 issostitwixxiet id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2017/497, il-Kunsill żamm it-talba tiegħu b’mod sussidjarju (ara t-tielet inċiż tal-punt 39, iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2017/497 ipproduċiet effetti għar-rikorrenti biss sas‑<DATE ISO="20200306">6 ta’ Marzu 2020</DATE>, li hija d-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/374, li aġġornat l-informazzjoni amministrattiva li tikkonċerna lir-rikorrenti mingħajr madankollu ma emendat il-motivi għall-inklużjoni tagħha. Konsegwentement, it-talba għaż-żamma tal-effetti, imressqa sussidjarjament mill-Kunsill, tista’ tikkonċerna biss din it-tieni deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-appell ma għandux effett sospensiv. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 60 ta’ dak l-istatut jipprevedi, madankollu, li b’deroga mill-Artikolu 280 TFUE, id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jannullaw regolament ikollhom effett biss mid-data ta’ skadenza tal-perijodu li matulu jista’ jiġi ppreżentat appell, jew, jekk appell jiġi ppreżentat f’dan it-terminu, mid-data taċ-ċaħda tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/371 għandu n-natura ta’ regolament peress li jipprovdi li huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, liema fatt jikkorrispondi mal-effetti ta’ regolament kif previsti fl-Artikolu 288 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Bank Saderat Iran</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:284">EU:C:2016:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 60 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa għaldaqstant applikabbli f’dan il-każ (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Bank Saderat Iran</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:284">EU:C:2016:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-annullament tad-Deċiżjoni 2020/374, għandu jitfakkar li, bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti Ġenerali tista’, jekk tqis li jkun meħtieġ, tindika dawk l-effetti tal-att annullat li għandhom jitqiesu bħala definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-eżistenza ta’ differenza bejn id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/371 u dik tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/374 tista’ twassal għal preġudizzju serju għaċ-ċertezza legali, peress li dawn iż-żewġ atti jimponu fuq ir-rikorrenti miżuri identiċi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klyuyev vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑731/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:90">EU:T:2018:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0263">263</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-effetti tad-Deċiżjoni 2020/374 għandhom għalhekk jinżammu f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti, sakemm l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/371 jidħol fis-seħħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kunsill tilef, huwa għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/497 tal‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/374 tal‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati sa fejn huma jżommu isem Aisha<?PAGE NO="19"?> Muammer Mohamed El-Qaddafi fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/489 tal‑<DATE ISO="20170321">21 ta’ Marzu 2017</DATE> li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/371 tal‑<DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE> li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament [tal-Kunsill] (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati sa fejn iżommu isem Aisha Muammer Mohamed El‑Qaddafi fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat‑<DATE ISO="20160118">18 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/374 huma miżmuma fir-rigward ta’ Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ippreżentat f’dak il-perijodu, saċ-ċaħda eventwali tal-appell.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spineanu-Matei</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil‑<DATE ISO="20210421">21 ta’ April 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>