|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/6052 |
18.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12686 — WITTINGTON / FAIRFAX / BLAZING STAR BOOTS SUPERCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/6052)
1.
Fis-6 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Wittington Investments, Limited (il-Kanada), |
|
— |
Fairfax Financial Holdings Limited (Il-Kanada), |
|
— |
Blazing Star Boots Superco (Jersey) Limited (Jersey), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Sycamore Partners Management, L.P. |
Wittington Investments, Limited u Fairfax Financial Holdings Limited se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Blazing Star Boots Superco (Jersey) Limited kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Wittington Investments, Limited hija l-kumpanija azzjonarja privata għall-familja Weston ibbażata fil-Kanada. Wittington tinvesti globalment permezz ta’ portafoll diversifikat ta’ investimenti diretti u ta’ fondi, |
|
— |
Fairfax Financial Holdings Limited hija kumpanija azzjonarja finanzjarja. Permezz tal-kumpaniji tal-portafoll tagħha, Fairfax tiffoka prinċipalment fuq l-assigurazzjoni tal-proprjetà u tad-diżgrazzji, ir-riassigurazzjoni u l-ġestjoni tal-investiment assoċjat, |
|
— |
Blazing Star Boots Superco (Jersey) Limited hija negozju tal-bejgħ bl-imnut tas-saħħa u tas-sbuħija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12686 — WITTINGTON / FAIRFAX / BLAZING STAR BOOTS SUPERCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6052/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)