<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-525/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0525</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:202">EU:T:2021:202</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210421">21.4.2021</DATE> – Kawża T‑525/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Intering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210421">21 ta’ April 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-trab u tal-ossidi tan-nitroġenu tal-unitajiet B1 u B2 tal-impjant termiku Kosovo B</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tal-applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal annullament imressqa fir-replika</KEYWORD><KEYWORD>Talbiet ġodda</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà manifesta</KEYWORD><KEYWORD>Emenda tal-kriterji ta’ selezzjoni matul il-proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑525/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Intering Sh.p.k</HT>, stabbilita f’Obiliq (il-Kosovo),</P><P><HT TYPE="BOLD">Steinmüller Engineering GmbH</HT>, stabbilita f’Gummersbach (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Deling d.o.o. za proizvodnju, promet i usluge</HT>, stabbilita f’Tuzla (il-Bosnja-Ħerzegovina),</P><P><HT TYPE="BOLD">ZM-Vikom d.o.o. za proizvodnju, konstrukcije i montažu</HT>, stabbilita f’Šibenik (il-Kroazja),</P><P>irrappreżentati minn R. Spielhofen, avocat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Estrada de Solà, B. Bertelmann u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2019) 4979920, tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, li ma tintgħażilx l-applikazzjoni tar-rikorrenti sabiex jipparteċipaw fil-proċedura ristretta għall-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għal offerti EuropeAid/140043/DH/WKS/XK u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE> dwar l-għoti tal-imsemmi kuntratt,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, O. Porchia u M. Stancu (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, ippubblikat avviż ta’ kuntratt dwar proċedura ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt intiż għat-tnaqqis tat-trab u tal-ossidi tan-nitroġenu tal-unitajiet B1 u B2 tal-impjant termiku Kosovo B, bir-referenza EuropeAid/140043/DH/WKS/XK (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>avviż ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-punt 17.2 tal-avviż ta’ kuntratt, kif emendat bir-rettifika Nru 2 tas‑<DATE ISO="20190417">17 ta’ April 2019</DATE>, jinkludi l-kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti relatati mal-kapaċità teknika u professjonali tal-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 17.2(a) tal-avviż ta’ kuntratt jipprevedi li l-applikant għandu jkun lesta matul l-aħħar tmien snin tal-inqas proġett tal-istess natura u tal-istess kumplessità li jkopri ċerti kategoriji speċifikati sew fl-imsemmi avviż, fuq impjanti tal-linjite ta’ output elettriku nominali ta’ mill-inqas 200 megawatt (MW).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Konformement mal-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt, fil-każ ta’ offerta minn impriża konġunta jew minn konsorzju, il-membru prinċipali tagħha għandu jkollu l-kapaċità li jeżegwixxi tal-inqas 40 % tax-xogħlijiet tal-kuntratt bil-mezzi tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-proċedura prevista mill-avviż ta’ kuntratt għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni kienet proċedura ristretta. Il-punt 13 tal-avviż ta’ kuntratt jispeċifika f’dan ir-rigward li, abbażi tal-applikazzjonijiet rċevuti, għandha tiġi stabbilita preselezzjoni u li huma biss l-applikanti li jkunu jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni li jiġu preselezzjonati u mistiedna mill-awtorità kontraenti sabiex jissottomettu offerta (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>lista ristretta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Barra minn hekk, l-avviż ta’ kuntratt kien jindika li, abbażi tal-applikazzjonijiet rċevuti, erba’ sa sitt applikanti kellhom jiġu mistiedna jippreżentaw offerta ddettaljata fil-kuntest tal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Intering Sh.p.k, Steinmüller Engineering GmbH, Deling d.o.o. za proizvodnju, promet i usluge u ZM-Vikom d.o.o. za proizvodnju, konstrukcije i montažu, iffurmaw konsorzju u esprimew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fil-proċedura billi ssottomettew, fit-terminu previst, sas‑<DATE ISO="20190506">6 ta’ Mejju 2019</DATE>, fajl tal-applikazzjoni li jinkludi ċerti dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għall-preżentazzjoni tal-fajls tal-applikazzjoni, il-kumitat ta’ evalwazzjoni talab lir-rikorrenti, tliet darbiet, biex jipprovdulu kjarifiki dwar id-dokumenti ppreżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti wieġbu għat-talbiet għal informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>, bir-referenza Ares(2019)3677456, indirizzata lill-kap tal-konsorzju, Intering, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx ġiet preselezzjonata, peress li ma kinitx tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 17.2(a) u (c) tal-avviż ta’ kuntratt (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-istess jum, ir-rikorrenti kkontestaw id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ikkompletata b’ittra tat‑<DATE ISO="20190628">28 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li kienet tinkludi diversi dokumenti u informazzjoni li ma kinux ġew sottomessi mal-applikazzjoni inizjali, ir-rikorrenti ppreżentaw ilment dwar id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fejn talbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni u l-inklużjoni tagħhom fil-lista ristretta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara dan l-ilment, il-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ġiet sospiża għall-finijiet ta’ eżami mill-ġdid, li ġie kkomunikat lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20190723">23 ta’ Lulju 2019</DATE>, bir-referenza AresD(2019)NA/vk/4806398.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, bir-referenza Ares (2019)4979920 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti, minn naħa, li d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE> kienet ġiet annullata minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza tal-kriterju ta’ selezzjoni msemmi fil-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt, li kien, konsegwentement, tneħħa mill-kriterji ta’ selezzjoni, u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom kienet reġgħet ġiet miċħuda. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> kienet tindika li, wara evalwazzjoni mill-ġdid tal-fajl tal-applikazzjoni tar-rikorrenti, kif ippreżentat fit-terminu previst sas‑<DATE ISO="20190506">6 ta’ Mejju 2019</DATE>, kien ġie kkonstatat li dan ma kien jinkludi b’mod partikolari ebda prova tal-fatt li l-kriterju ta’ kapaċità teknika u professjonali msemmi fil-punt 17.2(a) ta’ dan l-avviż, kien ġie ssodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-istess jum, ittra oħra, bir-referenza Ares(2019)4980092, bil-kontenut kważi identiku għal dak tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, intbagħtet lill-kap tal-konsorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20190801">1 ta’ Awwissu 2019</DATE>, ikkompletata b’ittra tat‑2 ta’ Awwissu ta’ wara, ir-rikorrenti ressqu lment kontra d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> u talbu s-sospensjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20190807">7 ta’ Awwissu 2019</DATE>, bir-referenza Ares(2019)5134299, ir-rikorrenti ġew informati li l-preselezzjoni nżammet u li kull sospensjoni ġdida tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kienet irrifjutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-kuntratt ingħata definittivament lill-konsorzju Engineering Dobersek GmbH, Hamon Thermal Europe SA und RJM Corporation (EC) Limited (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20190725">25 ta’ Lulju 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ t-talba għal kisba ta’ provi permezz ta’ xhieda.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190802">2 ta’ Awwissu 2019</DATE>, ir-rikorrenti talbu, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sabiex ir-rikors tagħhom ikun jista’ jiġi adattat sabiex l-azzjoni tagħhom tirrigwarda d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> u mhux iktar dik tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma ppreżentatx osservazzjonijiet fit-terminu mogħti bħala risposta għan-nota ta’ adattament tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20190807">7 ta’ Awwissu 2019</DATE>, ir-rikorrenti ressqu talba għal miżuri provviżorji skont l-Artikolu 278 TFUE u l-Artikolu 156 tar-Regoli tal-Proċedura, intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> kif ukoll għas-sospensjoni tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190913">13 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Intering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑525/19 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:606">EU:T:2019:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad l-imsemmija talba għal miżuri provviżorji u rriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE>, ir-rikorrenti ressqu talba ġdida għal miżuri provviżorji skont l-Artikolu 278 TFUE u l-Artikolu 156 tar-Regoli tal-Proċedura, intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> kif ukoll għas-sospensjoni tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191111">11 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Intering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑525/19 R II</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:787">EU:T:2019:787</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-imsemmija talba għal miżuri provviżorji tar-rikorrenti u rriżervat l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20191008">8 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-talba għal xhieda tar-rikorrenti;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191204">4 ta’ Diċembru 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw ir-replika fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti jitolbu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddeċiedi skont in-nota ta’ adattament;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ t-talba għal kisba ta’ provi permezz ta’ xhieda;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20200327">27 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali l-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika, il-Kummissjoni tistieden, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi skont it-talbiet ippreżentati fir-risposta u sabiex tiċħad it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) iddeċidiet skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura dwar it-terminu għall-preżentata tar-risposta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni ma ppreżentatx fit-termini mogħtija r-risposta u lanqas ma ppreżentat talba għal proroga, b’tali mod li huma setgħu jitolbu li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fil-kontumaċja, ħaġa li madankollu huma ma għamlux.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li din l-allegazzjoni tar-rikorrenti tirriżulta minn konfużjoni bejn id-data tal-preżentata tar-risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, minn naħa, u dik tan-notifika tagħha lir-rikorrenti, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-atti tal-proċess jirriżulta li r-rikors, konformement mal-Artikolu 6 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tal‑<DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE>, dwar il-preżentata u n-notifika tal-atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia, ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fid‑<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE> u li r-risposta ġiet ippreżentata lill-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20191008">8 ta’ Ottubru 2019</DATE>. Ir-risposta għalhekk ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-terminu ta’ xahrejn previst mill-Artikolu 81(1) tar-Regoli tal-Proċedura, miżjud bit-terminu għal raġuni ta’ distanza previst fl-Artikolu 60 ta’ dawn l-istess regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-fatt li l-imsemmija nota ġiet innotifikata lir-rikorrenti wara dan it-terminu ma għandu l-ebda effett fuq il-preżentata tagħha fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regoli tal-Proċedura. Għaldaqstant, kien b’mod ġust li l-fażi bil-miktub tal-proċedura tkompliet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura dwar it-terminu għall-preżentata tar-risposta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li t-talbiet li jinsabu fir-rikors, kif adattati wara n-nota ta’ adattament, huma intiżi biss għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>. Kien biss fl-istadju tar-replika li r-rikorrenti talbu l-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, jekk jitqies li r-rikorrenti kellhom l-intenzjoni li jippreżentaw rikors ġdid intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE> fil-kuntest tar-replika, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 53 tal-istess Statut, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija adita b’rikors indirizzat lir-Reġistratur u mhux, bħal f’dan il-każ, bil-preżentata ta’ att fil-kuntest ta’ proċedura li tkun diġà pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-ipoteżi fejn ir-rikorrenti kellhom sempliċement l-intenzjoni li jbiddlu t-talbiet tagħhom sabiex jirrigwardaw ukoll id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikorrent għandu l-obbligu li jiddefinixxi s-suġġett tal-kawża u li jippreżenta t-talbiet tiegħu fl-att promotur. Għalkemm l-Artikolu 84(1) tal-istess regolament jippermetti t-tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża bil-kundizzjoni li dawn ikunu bbażati fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura, dan ma jistax jiġi interpretat bħala li jawtorizza lir-rikorrent iressaq quddiem il-qorti tal-Unjoni talbiet ġodda u sabiex ibiddel għalhekk is-suġġett tat-tilwima jew in-natura tar-rikors (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Rose Vision vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:939">EU:C:2019:939</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, u bla ħsara għaċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura, huma biss it-talbiet esposti fir-rikors promotur li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni u l-fondatezza tar-rikors għandha tiġi eżaminata biss fir-rigward tat-talbiet li jinsabu fir-rikors promotur (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑664/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:791">EU:T:2015:791</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171108">8 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>De Nicola vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑99/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:790">EU:T:2017:790</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE> taqax taħt iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura. Il-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni jipprevedi li, meta att, li jkun qiegħed jintalab l-annullament<?PAGE NO="6"?> tiegħu, jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE> hija sussegwenti għall-preżentata ta’ dan ir-rikors, hija la tissostitwixxi u lanqas temenda dik tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li r-rikorrenti ma jistgħux jinvokaw l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura sabiex jadattaw, fl-istadju tar-replika, it-talbiet tagħhom sabiex dawn ikunu jirrigwardaw ukoll id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE> hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, kif ġie ppreċiżat fil-punt 13 iktar ’il fuq, permezz tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li, minn naħa, id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE> kienet ġiet annullata minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza tal-kriterju ta’ selezzjoni msemmi fil-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom reġgħet ġiet miċħuda minħabba l-fatt li din ma kienet tinkludi ebda prova dwar il-fatt li l-kriterju tal-kapaċità teknika u professjonali stabbilit fil-punt 17.2(a) ta’ dan l-avviż kien issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tiċċara d-dubji tagħha dwar id-dokumenti prodotti mir-rikorrenti. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regolament Finanzjaru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), sa fejn il-Kummissjoni ma mmotivatx l-esklużjoni tar-rikorrenti wara l-proċedura ta’ sejħa għal offerti u ma tathom l-ebda aċċess għar-rapport ta’ evalwazzjoni ddettaljat u għall-informazzjoni li tikkonċerna l-vantaġġi u l-karatteristiċi tal-applikanti magħżula fil-lista ristretta. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali li abbażi tiegħu ma għandu jsir ebda modifika għad-dokumenti tal-kuntratt matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 77, p. 11</REF.DOC.OJ>) u tal-Artikolu 1(3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="95" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 77, p. 95</REF.DOC.OJ> u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 319, p. 21</REF.DOC.OJ>), minħabba ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt dwar il-kuntratti pubbliċi. Il-ħames motiv huwa ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-gwida intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Gwida għall-għoti ta’ kuntratti u sussidji għall-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea – gwida prattika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> f’dak li jirrigwarda l-punt 17 tagħha. Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma mmotivatx id-deċiżjoni tagħha li teskludi lir-rikorrenti mill-proċedura sussegwenti għal għoti ta’ kuntratt u li naqqset milli tagħtihom aċċess għar-rapport iddettaljat ta’ evalwazzjoni u<?PAGE NO="7"?> għall-informazzjoni dwar il-vantaġġi u l-karatteristiċi tal-applikanti magħżula fil-lista ristretta. Fl-aħħar nett, is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-kriterji ta’ selezzjoni msemmija fil-punt 17.2(a) tal-avviż ta’ kuntratt, li ma ġewx applikati korrettament mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ din il-proċedura, għandu jiġi analizzat, fl-ewwel lok, it-tielet motiv, li huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrenti jsostnu, filwaqt li jirreferu għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 166(2) u għall-Artikolu 167(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali li l-fajl tas-sejħa għal offerti għandu jiġi protett kontra kull emenda matul il-proċedura, peress li, wara l-ommissjoni tal-kriterju msemmi fil-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt, l-applikazzjoni tagħhom kienet ġiet evalwata abbażi ta’ sottokriterji u ta’ interpretazzjonijiet li għalihom ma teżisti ebda dispożizzjoni fid-dokumenti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrenti jikkontestaw l-iżvolġiment stess tal-proċedura ta’ selezzjoni. Huma jallegaw li, billi għamlet emenda daqshekk sostanzjali għall-proċedura ta’ preselezzjoni bħall-ommissjoni tal-kriterju ta’ selezzjoni relatat mal-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt, il-Kummissjoni wettqet ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tant gravi li kellha tinbeda mill-ġdid il-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandha l-ewwel issir analiżi tat-tieni parti tat-tielet motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 160(1) tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li l-kuntratti pubbliċi ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni għandhom josservaw il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-offerenti, li għandu l-għan li jiffavorixxi l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni b’saħħitha u effettiva bejn l-impriżi li jipparteċipaw fl-għoti ta’ kuntratt pubbliku, jimponi b’mod partikolari li l-offerenti kollha għandhom ikunu f’pożizzjoni ta’ ugwaljanza kemm meta jkunu qegħdin jippreparaw l-offerti tagħhom kif ukoll meta dawn jiġu evalwati (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>ATI EAC e Viaggi di Maio <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:718">EU:C:2005:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jimplika wkoll obbligu ta’ trasparenza sabiex jippermetti li tiġi vverifikata l-osservanza tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Universale-Bau <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:746">EU:C:2002:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għan u l-kriterji ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi għandhom jiġu ddeterminati b’mod ċar mill-bidu tal-proċedura għall-għoti tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑368/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:284">EU:C:2012:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jimplikaw li l-awtorità kontraenti għandha żżomm mal-istess interpretazzjoni tal-kriterji ta’ għoti matul il-proċedura kollha (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011018">18 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE>SIAC Construction</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:553">EU:C:2001:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, li ma jiġux emendati l-kriterji ta’ għoti matul il-proċedura (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031204">4 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>EVN u Wienstrom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑448/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:651">EU:C:2003:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-każ ta’ annullament, mill-awtorità kontraenti, ta’ deċiżjoni dwar kriterju ta’ għoti, hija ma tistax, mingħajr ma tikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, tkompli l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku b’mod validu billi tinjora dan il-kriterju, peress li dan iwassal sabiex jinbidlu l-kriterji applikabbli għall-proċedura inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031204">4 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>EVN u Wienstrom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑448/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:651">EU:C:2003:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-kriterji ta’ selezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm il-kriterji ta’ selezzjoni, applikati fl-ewwel stadju ta’ proċedura ristretta, huma ta’ natura iktar oġġettiva, sa fejn ma jinvolvux eżerċizzju ta’ evalwazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li t-tneħħija, matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ta’ wieħed mill-imsemmija kriterji jista’ jkollha konsegwenzi u tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Għalhekk, tali tneħħija għandha effett fuq kull applikant li jkun ipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti u li jkun ġie miċħud mis-segwitu tal-proċedura, minħabba li ma kienx jissodisfa l-kriterju ta’ selezzjoni li sussegwentement ikun tħassar. Bl-istess mod, l-imsemmija tneħħija taffettwa l-pożizzjoni ta’ kull applikant potenzjali li ma jkunx ipparteċipa fis-sejħa għal offerti, b’mod partikolari minħabba l-fatt li huwa jkun qies li ma kienx kapaċi jissodisfa l-kriterju li, sussegwentement, mingħajr ma kien jaf, ikun tneħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, bit-tneħħija tal-kriterju msemmi fil-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt, filwaqt li kompliet il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu, kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punti 53 sa 57 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument tal-Kummissjoni li t-tneħħija tal-kriterju msemmi fil-punt 17.2(c) tal-avviż ta’ kuntratt bl-ebda mod ma biddel is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-punt 17.2(a) ta’ dan l-avviż li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu mir-rikorrenti kien diġà wassal għan-nuqqas ta’ selezzjoni tagħhom waqt id-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma jistax jiġi preżunt, li kieku l-Kummissjoni temmet il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt fis-seħħ u ħarġet avviż ġdid ta’ kuntratt dwar l-istess kuntratt, li l-kriterju tal-punt 17.2(a) tal-avviż ta’ kuntratt kien ikun inżamm f’termini identiċi. Lanqas ma jista’ jiġi eskluż li l-Kummissjoni kienet tkun irriproduċiet il-kriterju tal-punt 17.2(c) tal-avviż tal-kuntratt, għalkemm f’termini iktar ċari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li, f’tali każ, ir-rikorrenti setgħu jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-dokumenti tal-ittra tagħhom tat‑<DATE ISO="20190628">28 ta’ Ġunju 2019</DATE> li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> sa fejn dawn kienu ġew ippreżentati wara t-terminu inizjali għall-preżentata tal-applikazzjonijiet. Barra minn hekk, huma kien ikollhom ukoll il-possibbiltà li jippreżentaw informazzjoni oħra u dokumenti oħra. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li, fil-kuntest ta’ proċedura ġdida u abbażi ta’ elementi ġodda, il-Kummissjoni tkun setgħet tikkunsidra li r-rikorrenti kienu josservaw sew il-kriterju tal-punt 17.2(a) tal-avviż ta’ kuntratt ġdid, kieku dan tal-aħħar kien inżamm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li t-tieni parti tat-tielet motiv għandha tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li hemm lok li tiġi annullata d-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, mingħajr ma huwa neċessarju, la li tiġi eżaminata l-ewwel parti tat-tielet motiv jew il-motivi l-oħra invokati mir-rikorrenti, u lanqas li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri istruttorji mressqa minnhom, fir-rigward tal-istedina ta’ impjegat tal-kap tal-konsorzju sabiex juri l-esperjenza tiegħu sa fejn meħtieġ mill-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji, skond it-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ares(2019)4979920 tat-<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE> li ma tintgħażilx l-applikazzjoni ta’ Intering Sh.p.k, Steinmüller Engineering GmbH, Deling d.o.o. za proizvodnju, promet i usluge u ZM-Vikom d.o.o. za proizvodnju, konstrukcije i montažu sabiex jipparteċipaw fil-proċedura ristretta għall-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għal offerti EuropeAid/140043/DH/WKS/XK hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Porchia</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Stancu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20210421">21 ta’ April 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>