12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 5/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2007 tat-2 ta' April 2007 li jistabbilixxi limiti ta' migrazzjoni tranżizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-ikel (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/225/KE tat-3 ta' April 2007 dwar programm koordinat ta' sorveljanza mill-Komunità għall-2007 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta' monitoraġġ għall-2008 (3) għandha tiġi inkorporata fit-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/26/KE tas-7 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Direttiva 2004/6/KE biex testendi l-perjodu tagħha ta’ applikazzjoni (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE tat-3 ta' Mejju 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli tal-acrylamide fl-ikel (5) għandha tiġi inkorportata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE tal-15 ta’ Mejju 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għal etoxazole, indoxacarb, mesosulfuron, 1-methylcyclopropene, MCPA u MCPB, tolylfluanid and triticonazole (6) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim.

(7)

Din id-deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32007 L 0027: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE tal-15 ta' Mejju 2007 (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzm (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE):

“, kif emendat b'li ġej:

—

32007 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/26/KE tas-7 ta' Mejju 2007 (ĠU L 118, 8.5.2007, p. 5).”

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzq (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE):

“54zzzr.

32007 R 0372: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2007 tat-2 ta' April 2007 li jistabbilixxi limiti ta' migrazzjoni tranżizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-ikel (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 9).”

4.

Il-punti li jmiss għandhom jiddaħħlu wara l-punt 61 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/583/KE):

“62.

32007 H 0225: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/225/KE tat-3 ta' April 2007 dwar programm koordinat ta' sorveljanza mill-Komunità għall-2007 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta' monitoraġġ għall-2008 (ĠU L 96, 11.4.2007, p. 21).

63.

32007 H 0331: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE tat-3 ta' Mejju 2007 dwar il-montoraġġ tal-livelli tal-acrylamide fl-ikel (ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 372/2007, id-Direttiva 2007/26/KE u 2007/27/KE u tar-Rakkomandazzjonijiet 2007/225/KE u 2007/331/KE fil-lingwa Iżlandiż u dik Norveġiża, għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tkun ippublikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 15.

(2)   ĠU L 92, 3.4.2007, p. 9.

(3)   ĠU L 96, 11.4.2007, p. 21.

(4)   ĠU L 118, 8.5.2007, p. 5.

(5)   ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33.

(6)   ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.