|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1827 |
24.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1827
tat-23 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1706 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja
(notifikata bid-dokument C(2026) 5340)
(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, billi tikkawża disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1706 (4) ġiet adottata fit-8 ta’ Lulju 2026 abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja. Speċifikament, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1706 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, wara tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jkunu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1706 ’l hawn, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni bi tliet tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-kontej ta’ Viroviticko-Podravska u Bjelovarska-Bilogorska. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, il-Kroazja stabbiliet żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat sabiex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Kroazja fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1706, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jiġu aġġustati biex iqisu t-tifqigħat il-ġodda. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, stipulati fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fl-Annessi X u XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dak il-mard, iżda anke s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fit-territorju kollu tal-Kroazja, kif ukoll il-livell tar-riskju li l-marda tkompli tinxtered. Għad-determinazzjoni tad-durata tal-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni, tqiesu l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5) (WOAH). |
|
(7) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li jiġi evitat li l-marda tinxtered mill-istabbilimenti affettwati fil-Kroazja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jibdew japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1706 huma sostitwiti bit-test stipulat fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1706 tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 (ĠU L, 2026/1706, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1706/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESS I
ANNESS I
Parti A: żoni stabbiliti fil-livell tal-unjoni bħala żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza fil-Kroazja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR-PPR-2026-00004 HR-PPR-2026-00005 HR-PPR-2026-00006 HR-PPR-2026-00007 HR-PPR-2026-00008 HR-PPR-2026-00009 HR-PPR-2026-000010 HR-PPR-2026-000011 HR-PPR-2026-000012 HR-PPR-2026-000013 HR-PPR-2026-000014 HR-PPR-2026-000015 |
Protection zone includes areas of:
|
26.8.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR-PPR-2026-00004 HR-PPR-2026-00005 HR-PPR-2026-00006 HR-PPR-2026-00007 HR-PPR-2026-00008 HR-PPR-2026-00009 HR-PPR-2026-000010 HR-PPR-2026-000011 HR-PPR-2026-000012 HR-PPR-2026-000013 HR-PPR-2026-000014 HR-PPR-2026-000015 |
Surveillance zone includes areas of:
|
13.9.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR-PPR-2026-00004 HR-PPR-2026-00005 HR-PPR-2026-00006 HR-PPR-2026-00007 HR-PPR-2026-00008 HR-PPR-2026-00009 HR-PPR-2026-000010 HR-PPR-2026-000011 HR-PPR-2026-000012 HR-PPR-2026-000013 HR-PPR-2026-000014 HR-PPR-2026-000015 |
Surveillance zone includes areas of:
|
27.8.2026-13.9.2026 |
Parti B: Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri fil-livell tal-Unjoni fil-Kroazja
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva |
Żoni stabbiliti bħala żona ristretta ulterjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-Kroazja |
Bjelovarsko – bilogorska županiji |
The entire territory of Bjelovarsko – bilogorska županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
13.9.2026 |
|
Požeško – slavonska županija |
The entire territory of Požeško – slavonska županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
13.9.2026 |
|
|
Virovitičko- podravska županija |
The entire territory of Virovitičko- podravska županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
13.9.2026 |
|
|
Zagrebačkoj županija |
The entire territory of Zagrebačkoj županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
13.9.2026 |
|
|
Koprivničko- križevačkoj županija |
The entire territory of Koprivničko- križevačkoj županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
13.9.2026 |
|
|
Sisačko – moslavačkoj županija |
The entire territory of Sisačko – moslavačkoj županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
13.9.2026 |
ANNESS II
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva |
Żoni msemmijin fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-Kroazja |
Bjelovarsko – bilogorska županiji |
The entire territory of Bjelovarsko – bilogorska županija |
14.9.2026-13.10.2026 |
|
Požeško – slavonska županija |
The entire territory of Požeško – slavonska županija |
14.9.2026-13.10.2026 |
|
|
Virovitičko- podravska županija |
The entire territory of Virovitičko- podravska |
14.9.2026-13.10.2026 |
|
|
Zagrebačkoj županija |
The entire territory of Zagrebačkoj županija |
14.9.2026-13.10.2026 |
|
|
Koprivničko- križevačkoj županija |
The entire territory of Koprivničko- križevačkoj županija |
14.9.2026-13.10.2026 |
|
|
Sisačko – moslavačkoj županija |
The entire territory of Sisačko – moslavačkoj županija |
14.9.2026-13.10.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1827/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)