<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-213/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0213</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:230">EU:T:2020:230</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
<HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200528">28.5.2020</DATE> – Kawża T-213/19 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT>
<HT TYPE="SC">AW vs Il-Parlament</HT>
<HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)
<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001">
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.
</NOTE>
Fil-Kawża T‑213/19,
</JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS>
<HT TYPE="BOLD">AW</HT>, irrappreżentat minn L. Levi u S. Rodrigues, avukati,
<PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS>
<HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn T. Lazian u I. Lázaro Betancor, bħala aġenti,
<PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES>
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament tas-<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE> li jiċħdu t-talbiet għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun ta’ marda mressqa mir-rikorrent fil-15 u fit-<DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>,
<PREAMBLE><PREAMBLE.INIT>
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),
komposta minn R. da Silva Passos, President, I. Reine u L. Truchot (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: L. Ramette, Amministratur,
<HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002">
Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.
</NOTE></HT>
</TI><STI>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT>
</TI><STI>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-fondatezza tar-rikors</HT></HT>
</TI><STI>
<HT TYPE="ITALIC">[omissis</HT>]
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal relattivi għall-Kumitat Mediku adit fil-kuntest tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa li l-evalwazzjoni definittiva tal-kwistjonijiet kollha ta’ natura medika tiġi fdata lil esperti mediċi (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911004">4 ta’ Ottubru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Gill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/90 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:380">EU:C:1991:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000616">16 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>C vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑84/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:156">EU:T:2000:156</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-kompitu tal-Kumitat Mediku li jevalwa b’oġġettività u b’indipendenza sħiħa evalwazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ natura medika jeżiġi li l-libertà ta’ evalwazzjoni tiegħu tkun sħiħa. L-evalwazzjonijiet mediċi fil-veru sens tal-kelma, magħmula mill-Kumitat Mediku, għandhom jitqiesu bħala finali meta dawn ikunu maħruġa f’kundizzjonijiet regolari. Il-qorti tal-Unjoni tista’ biss tivverifika, minn naħa, jekk l-imsemmi kumitat ġiex ikkostitwit u ffunzjonax b’mod regolari u, min-naħa l-oħra, jekk l-opinjoni tiegħu hijiex regolari (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Lucaccioni vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑551/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:751">EU:T:2017:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(3) tar-Regoli tal-Assigurazzjoni jirriżulta li, sabiex Kumitat Mediku jagħti parir mediku b’mod regolari, huwa għandu jkun f’pożizzjoni li jsir jaf bid-dokumenti kollha disponibbli u li jistgħu jkunu utli għalih fl-evalwazzjonijiet tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970715">15 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>R vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑187/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:119">EU:T:1997:119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040303">3 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Vainker vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑48/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:61">EU:T:2004:61</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0132">132</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm id-dokumenti kollha ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol jaqgħu taħt is-sistema prevista mir-Regoli dwar l-Assigurazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Vidrányi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/90 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:361">EU:C:1991:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), la l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u lanqas ir-regoli komuni li jirriżultaw minnhom, ma jinkludu fihom dispożizzjonijiet li jispeċifikaw in-natura tad-dokumenti li għandu jinkludi l-fajl tal-Kumitat Mediku, imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(3) ta’ dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-kliem stess ta’ dan l-aħħar test jirriżulta li l-fajl għandu jinkludi d-dokumenti kollha disponibbli u li jistgħu jkunu utli għall-Kumitat Mediku sabiex dan ikun jista’ jwettaq l-evalwazzjonijiet neċessarji għat-tfassil tar-rapport tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li l-Parlament ma kkomunikax lill-Kumitat Mediku ċerti dokumenti inizjalment trażmessi mir-rikorrent insostenn tat-talbiet tiegħu għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-mard inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li ma huwiex ikkontestat li d-dokumenti li ma ġewx ikkomunikati lill-Kumitat Mediku huma d-dokumenti elenkati, fir-rigward tat-talba għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-uġigħ fl-ispina, fil-paġna 45 tal-Anness A 9 u, fir-rigward tat-talba għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-ortikarja minħabba l-istress, fil-paġna 176 tal-Anness A 10 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>dokumenti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Id-dokumenti kontenzjużi kienu 15 fir-rigward tat-talba għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-uġigħ fl-ispina u 19 fir-rigward tat-talba għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-ortikarja minħabba l-istress. Dawn kienu jinkludu, b’mod partikolari, rapporti mediċi li kienu jikkonkludu li dan il-mard kien ikkaġunat mix-xogħol kif ukoll diversi ftehim tas-Sistema Komuni ta’ Assigurazzjoni tal-Mard tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni (SKAM) dwar it-trattamenti segwiti mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Parlament jesponi li huwa eskluda dawn id-dokumenti wara li qies li dawn kienu jirrepetu l-kontenut ta’ dokumenti kkomunikati preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tweġibiet tiegħu għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Parlament ippreċiża li wħud mid-dokumenti inkwistjoni kienu identiċi għal dawk li diġà kienu fil-pussess tiegħu, oħrajn ma kellhomx rabta mal-kwistjonijiet mediċi ppreżentati, u finalment, oħrajn kienu jinkludu informazzjoni simili, jiġifieri li, mingħajr ma kienu identiċi, kienu jirriproduċu l-istess informazzjoni u konklużjonijiet bħal dawk li diġà kienu fil-pussess tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-aħħar kategorija ta’ dokumenti, li għandhom, skont il-Parlament, portata medika marbuta mal-kwistjonijiet imqajma quddiem il-Kumitat Mediku, dan tal-aħħar indika li dawn kienu ġew skartati biss sa fejn ma kinux jipprovdu provi mediċi ġodda meta mqabbla ma’ dawk diġà inklużi fil-fajl imħejji mill-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-Parlament kien wettaq evalwazzjoni ta’ natura medika fuq id-dokumenti mibgħuta mir-rikorrent insostenn tat-talbiet tiegħu għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-mard inkwistjoni, li tikkonsisti f’li jiġi deċiż li l-kontenut ta’ wħud minn dawn id-dokumenti kien, minn din il-perspettiva, simili għal dak ta’ dokumenti oħra tal-fajl. In-natura medika ta’ din l-evalwazzjoni hija kkonfermata mill-Parlament stess, li indika li kien talab lit-tabib tal-istituzzjoni jikkonferma l-għażla tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li jallega l-Parlament, il-missjoni li dan għandu li jistabbilixxi l-mandat mogħti lill-Kumitat Mediku ma tawtorizzahx jevalwa r-rilevanza medika tad-dokumenti mibgħuta mill-persuna assigurata fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, meta dan jitlob li l-Kumitat Mediku jagħti opinjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-unika funzjoni tal-istituzzjoni hija, meta l-persuna assigurata jew l-aventi kawża tagħha jitolbu lill-Kumitat Mediku sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu, li tistabbilixxi l-mandat mogħti lilu. Dan il-mandat għandu jadixxi lil dan il-kumitat bil-kwistjonijiet mediċi mqajma kemm mir-rapport tat-tabib li jirrappreżenta lill-persuna assigurata kif ukoll, jekk ikun il-każ, mir-rapporti mediċi rilevanti l-oħra mibgħuta mill-persuna assigurata, skont l-Artikolu 22(2) tar-Regoli dwar l-Assigurazzjoni, abbażi tal-Artikolu 20(2) ta’ dawn ir-regoli. Ir-rapporti mediċi mibgħuta f’dan ir-rigward, u li eventwalment jiġu redatti minn tobba differenti mit-tabib li jirrappreżenta lill-persuna assigurata fi ħdan il-Kumitat Mediku, jispeċifikaw il-kwistjonijiet mediċi li dawn it-tobba jkollhom l-intenzjoni li jqajmu sabiex jikkontestaw l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra abbażi tal-konklużjonijiet tat-tabib tal-istituzzjoni. Ir-riferiment, magħmul mill-Artikolu 22(2) tar-Regoli dwar l-Assigurazzjoni, għar-rapporti mediċi rilevanti mibgħuta skont l-Artikolu 20(2) ta’ dawn l-istess regoli, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-istituzzjoni responsabbli mit-tfassil tal-mandat fdat lill-Kumitat Mediku<?PAGE NO="4"?> d-dritt li tiddistingwi, għall-finijiet tal-komunikazzjoni tagħhom lil dan il-kumitat, biss ir-rapporti li hija tqis rilevanti mir-rapporti l-oħra, mingħajr ma titneħħa l-effettività tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(3) tar-Regoli dwar l-Assigurazzjoni. Ir-rapporti mediċi rilevanti trażmessi, skont l-Artikolu 22(2) tar-Regoli dwar l-Assigurazzjoni, skont l-Artikolu 20(2) ta’ dawn ir-regoli, huma, fil-fatt, dawk li l-persuna assigurata jew l-aventi kawża tagħha qiesu utli li jikkomunikaw lit-tabib jew lit-tobba maħtura mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Assigurazzjoni. Għaldaqstant, hija biss il-persuna assigurata jew l-aventi kawża tagħha li għandha tevalwa n-natura rilevanti tar-rapporti mediċi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta ddeċieda dwar kwistjonijiet ta’ natura medika sabiex jiġi stabbilit il-fajl ippreżentat lill-Kumitat Mediku, il-Parlament eċċeda l-limiti tal-kompetenza tiegħu u ppreġudika r-regolarità tal-ħidma tal-Kumitat Mediku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kumitat Mediku ma jistax jitqies li kien f’pożizzjoni li jeżamina d-dokumenti kollha disponibbli u li jistgħu jkunu utli għall-evalwazzjonijiet tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 22(3) tar-Regoli dwar l-Assigurazzjoni, kif interpretat fil-ġurisprudenza, hekk kif tfakkar fil-punt 45 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kumitat Mediku eżerċita l-missjoni tiegħu f’kundizzjonijiet irregolari, b’tali mod li r-rapporti li huwa bagħat lill-Awtorità tal-Ħatra fi tmiem il-ħidma tiegħu huma vvizzjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex ikkontestat li dawk fost id-dokumenti inkwistjoni li, skont il-Parlament, kienu jinkludu informazzjoni simili għal dik diġà mibgħuta lill-Kumitat Mediku, kienu disponibbli matul ix-xogħol ta’ dan tal-aħħar. Lanqas ma huwa kkontestat li tali dokumenti kienu jikkonsistu, b’mod partikolari, f’rapporti mediċi minn diversi tobba li kkonkludew li l-mard inkwistjoni kien ikkaġunat mix-xogħol u f’diversi ftehim tal-iSKAM dwar it-trattamenti segwiti mir-rikorrent. Sa fejn tali dokumenti kellhom manifestament rabta mal-patoloġiji tar-rikorrent, ma huwiex eskluż li, kieku l-Kumitat Mediku kien f’pożizzjoni li jeżamina dawn id-dokumenti u, jekk ikun il-każ, li jeħodhom inkunsiderazzjoni, il-konklużjonijiet tiegħu setgħu kienu differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970715">15 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>R vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑187/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:119">EU:T:1997:119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati abbażi tar-rapporti tal-Kumitat Mediku, dawn huma vvizzjati b’difett proċedurali ta’ natura li jiġġustifika l-annullament tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li jippreċedi, it-tielet parti tal-ewwel motiv għandha tiġi milqugħa.</TXT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)
taqta’ u tiddeċiedi:
</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE> li jiċħdu t-talbiet għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun tal-mard ta’ AW tal-15 u tat-<DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE> huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY>
da Silva Passos
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Reine
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Truchot
</SIGNATORY>
Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>.
<?PAGE NO="5"?><SIGNATORY>
Firem
</SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>