02016D1790 — MT — 11.10.2016 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1790 tat- ►C1 17 ta’ Ġunju 2016 ◄ (ĠU L 274 11.10.2016, p. 2) |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1790
tat- ►C1 17 ta’ Ġunju 2016 ◄
dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”)
Artikolu 1
Ir-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni.
It-test tar-Reviżjoni 3 jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li tingħata s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 13.1 tal-Ftehim, sabiex tibda l-proċedura għall-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim u sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bir-Reviżjoni 3 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 1 ).
( 1 ) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.