|
21.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 426/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10500 — PSPIB/ADIC/Local)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 426/09)
1.
Fit-12 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Abu Dhabi Investment Council Company P.J.S.C (“ADIC”, l-Emirati Għarab Magħquda), li tappartjeni għal Mubadala Investment Company li hija proprjetà kollha kemm hi tal-Gvern tal-Emirat ta’ Abu Dhabi, |
|
— |
B2R Local No. 1 Pty Ltd (“Local”, l-Awstralja), impriża bi sħab (joint venture, JV) ġdida. |
PSPIB u ADIC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’Local.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PSPIB: ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat; |
|
— |
ADIC: it-tħaddim ta’ strateġiji ta’ investiment diversifikati globalment immirati lejn redditi pożittivi ta’ kapital permezz ta’ portafoll espansiv ta’ klassijiet ta’ assi diversifikati ħafna u strateġiji attivi ta’ ġestjoni tal-investiment, |
|
— |
Local: tħaddim ta’ negozju speċjalizzat fl-iżvilupp u l-ġestjoni tal-proprjetà immobbli mill-bini sal-kiri u li jinkludi l-akkwist, l-iżvilupp, il-ġestjoni u t-tħaddim ta’ proprjetajiet residenzjali fi bliet ewlenin Awstraljani. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10500 — PSPIB/ADIC/LOCAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).