|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1954 |
11.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1954
tat-13 ta’ Mejju 2024
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi arrangamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (il-“Kumitat Konġunt”) huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw tali deċiżjonijiet, li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 182 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Qafas ta’ Windsor (3) jifforma parti integrali minn dak il-Ftehim. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-moviment tal-merkanzija, l-Artikolu 5(2) tal-Qafas ta’ Windsor jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li skonthom l-ipproċessar ma għandux jitqies bħala pproċessar kummerċjali u l-kriterji biex jitqies li merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiġi ttrasportata fl-Unjoni. |
|
(5) |
Huwa mixtieq li jittejjeb it-tħaddim tal-iskemi stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor (4) (id-“Deċiżjoni Nru 1/2023”) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tar-Renju Unit fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija speċifikata fl-Anness V propost tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konġunt, fil-laqgħa tiegħu li jmiss, jenħtieġ li jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 164(4)(e) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Artikolu 5(2) tal-Qafas ta’ Windsor biex jemenda d-Deċiżjoni Nru 1/2023 (id-“Deċiżjoni emendatorja”). |
|
(7) |
Filwaqt li titqies in-novità fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tar-Renju Unit fir-rigward tal-importazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja, u sabiex tiġi mmonitorjata b’mod kontinwu l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ dik il-merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq, inkluż fid-dawl tar-riskji potenzjali għall-integrità tas-suq intern, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiinforma lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni emendatorja. |
|
(8) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tad-Deċiżjoni emendatorja, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Kumitat Konġunt”) fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi arranġamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor (id-“Deċiżjoni Nru 1/2023”) tinsab fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (id-“Deċiżjoni emendatorja”).
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni għandhatissottometti informazzjoni lill-Kunsill, kif xieraq, mill-inqas darba fis-sena, dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni emendatorja, inkluż dan li ġej:
|
(a) |
informazzjoni f’forma aggregata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 9 sa 11 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023, kif emendata bid-Deċiżjoni emendatorja, fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja; |
|
(b) |
informazzjoni dwar il-kwantitajiet użati matul il-perjodu annwali tal-kwota tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja. |
2. Fl-istess waqt li tissottometti informazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill valutazzjoni tal-konformità ġenerali mal-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja, inkluż fid-dawl tal-ġestjoni tar-riskji potenzjali għall-integrità tas-suq intern.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
B. DALLE
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(3) Id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1954/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)