6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

128


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

(2006/844/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

—

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)   ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.

(2)   ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(5)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).