|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1563 |
5.3.2024 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-appoġġ tal-KESE għall-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija maż-żona Schengen”
(C/2024/1563)
|
Bażi legali |
Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
|
|
Adozzjoni fil-plenarja |
14.12.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
583 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
183/3/3 |
Nippermettu lir-Rumanija u lill-Bulgarija jissieħbu fiż-żona Schengen!
Fir-rigward tal-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija maż-żona Schengen, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew:
|
— |
itenni l-pożizzjoni tiegħu, appoġġjata wkoll mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, li ż-żewġ Stati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha biex jissieħbu fiż-żona Schengen, u jqis li huwa imperattiv li l-formalitajiet tal-adeżjoni jitlestew malajr; |
|
— |
jinnota s-sinjali ta’ ċertu progress fir-rigward tal-adeżjoni possibbli taż-żewġ Stati Membri maż-żona Schengen, bħala l-ewwel pass fil-livell tat-trasport bl-ajru biss, u jħeġġeġ lill-Presidenza Spanjola, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jorganizzaw laqgħa straordinarja tal-Kunsill ĠAI sabiex jadottaw ftehim għal dan l-għan sa tmiem l-2023; |
|
— |
iqis li l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali biex iż-żewġ Stati Membri jissieħbu fiż-żona Schengen, li jmorru lil hinn mit-Trattati u r-Regolamenti eżistenti, tirriskja li toħloq konfużjoni bejn oqsma distinti – bħall-ispazju ta’ moviment liberu u l-kwistjoni tal-migrazzjoni irregolari – tikkomplika d-deċiżjonijiet politiċi u tfixkel b’mod perikoluż il-funzjonament tajjeb tal-UE f’konformità mal-valuri fundamentali tagħha u l-prinċipji tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dejjem appoġġja l-idea tal-espansjoni taż-żona Schengen u ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jipprovdu l-qafas legali u politiku għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-UE u tal-EFTA fl-iżjed żona wiesgħa possibbli biex tiġi żgurata l-libertà sħiħa tal-moviment tal-persuni u tal-merkanzija, f’konformità mal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea.
Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1563/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)