Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Parti operattiva

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Nadeln), safejn tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1) L-ammont tal-multa imposta fuq William Prym GmbH & Co. KG u fuq Prym Consumer GmbH & Co. KG mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Nadeln), hija ffissata fl-ammont ta’ EUR 27 miljun.

2) Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3) William Prym u Prym Consumer għandhom ibatu 90 % ta’ l-ispejjeż tagħhom u 90 % ta’ l-ispejjez sostnuti mill-Kummissjoni, filwaqt li din ta’ l-aħħar għandha tbati 10 % ta’ l-ispejjeż tagħha u 10 % ta’ dawk sostnuti minn William Prym u Prym Consumer.