14.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9918 — Cummins/ETC/NPROXX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 268/08)

1.   

Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Cummins Inc. (“Cummins”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Enrichment Technology Company Ltd (“ETC”, ir-Renju Unit),

—

NPROXX B.V. (“NPROXX”, in-Netherlands).

Cummins u ETC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NPROXX.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Cummins: Cummins hija manifattur Amerikan ta’ magni diżil u tal-gass u ta’ sistemi ta’ provvista ta’ enerġija, attiva globalment

—

ETC: ETC hija attiva fid-disinn, l-iżvilupp u l-manifattura ta’ ċentrifugi tal-gass għall-arrikkiment tal-uranju għall-enerġija nukleari,

—

NPROXX: NPROXX hija attiva fid-disinn, l-iżvilupp u l-bejgħ ta’ reċipjenti tal-pressjoni komposti għall-ħażna u t-trasportazzjoni tal-idroġenu jew għal gassijiet naturali kkompressati (compressed natural gases, CNG). Ir-reċipjenti ta’ pressjoni jintużaw għal applikazzjonijiet differenti b’mod partikolari fis-setturi tal-karozzi u tat-trasport.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9918 — Cummins/ETC/NPROXX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.