IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.9.2019
COM(2019) 429 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali
1 ta' Jannar 2014 - 31 ta' Diċembru 2017
Werrej
1.
Sommarju Eżekuttiv
2.
Daħla
3.
Kuntest tar-Regolament
3.1 Kuntest Ewropew
3.2 Kuntest internazzjonali
4.
Implimentazzjoni tar-Regolament
4.1 Għanijiet u Prestazzjoni
4.2 Definizzjoni ta' oġġetti kulturali
4.3 Limiti tal-età u dawk finanzjarji
4.4 Iċ-ċifri tal-liċenzja standard tal-esportazzjoni
4.5 Liċenzji speċifiċi u ġenerali miftuħa
4.6 Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-liċenzja tal-esportazzjoni
4.7 Raġunijiet għar-rifjut ta' applikazzjoni għal liċenzja
4.8 Kwistjonijiet ta' formola tal-liċenzja
4.9 Kanċellazzjoni jew revoka tal-liċenzji
4.10 L-użu ta' sistemi elettroniċi
4.11 Penali u miżuri oħra
4.12 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
4.13 Riżorsi materjali u umani
5.
Il-konklużjonijiet u l-kwistjonijiet pendenti
6.
ANNESSI
Tabella 1. Liċenzji Standard maħruġa mill-Istati Membri *
Tabella 2. Liċenzji Speċifiċi Miftuħa fiċ-ċirkolazzjoni
Tabella 3. Liċenzji Ġenerali Miftuħa fiċ-ċirkolazzjoni
Tabella 4. Applikazzjonijiet għal-Liċenzji Standard irrifjutati
Tabella 5. Kunsinni mhux konformi skoperti
Tabella 6. Il-Liċenzji standard maħruġa mill-Istati Membri, meta mqabbla mal-Liċenzji standard irrifjutati u l-Kunsinni mhux konformi skoperti
1.Sommarju Eżekuttiv
Dan ir-rapport jirrevedi l-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzjar tal-esportazzjoni għall-oġġetti kulturali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1081/2012.
Ir-rapport huwa bbażat fuq data pprovduta mill-Istati Membri bi tweġiba għal kwestjonarju li jkopri l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzjar tal-esportazzjoni. Dan ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2017. Iċ-ċifri rrapportati fl-anness huma relatati ma’ tliet tipi ta’ liċenzji tal-esportazzjoni: liċenzji standard, liċenzji speċifiċi miftuħa (esportazzjonijiet temporanji ripetuti minn persuni privati) u liċenzji ġenerali miftuħa (esportazzjonijiet temporanji ripetuti minn mużewijiet u istituzzjonijiet simili).
Ir-rapport jipprovdi wkoll informazzjoni dwar inizjattivi u sfidi attwali għall-futur, bħat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni tar-Regolament, il-promozzjoni ta' fehim komuni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament mill-Istati Membri, l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki għall-awtoritajiet kompetenti u d-dwana fl-investigazzjoni tal-provenjenza ta’ oġġetti kulturali, u l-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet tekniċi, finanzjarji u legali għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-ħruġ u l-kontroll ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, bħall-iżvilupp jew ir-rabta ma’ sistema elettronika ċentralizzata li tista’ taħdem mas-sistemi ta’ żdoganar nazzjonali.
2.Daħla
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali
(“ir-Regolament”) jissoġġetta l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti kulturali barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea (“UE”) għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni u jiżgura li l-esportazzjonijiet ta’ dawk l-oġġetti jgħaddu minn kontrolli uniformi fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. L-Anness I jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament billi jelenka l-kategoriji ta’ oġġetti kulturali li japplika għalihom, kif ukoll billi jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ età u/jew valur għall-maġġoranza tal-kategoriji elenkati.
Il-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-aħħar Stat Membru li fit-territorju tiegħu l-oġġett kulturali jkun jinsab b’mod definittiv u legali. Il-kontrolli doganali mbagħad jiżguraw li oġġetti kulturali jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE biss jekk ikunu akkumpanjati b'liċenzja tal-esportazzjoni valida.
Sabiex jigi żgurat li l-liċenzji tal-esportazzjoni previsti fir-Regolament ikunu uniformi, kien meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw it-tfassil, il-ħruġ u l-użu tal-formola tal-liċenzja. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1081/2012
jipprevedi tliet tipi ta’ liċenzji tal-esportazzjoni (liċenzja standard, liċenzja speċifika miftuħa u liċenzja ġenerali miftuħa) u jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tagħhom. Il-liġi nazzjonali ta’ ċerti Stati Membri tista’ timponi aktar restrizzjonijiet, inkluż ir-rekwiżit li tinkiseb liċenzja, għall-moviment ta’ oġġetti identifikati bħala teżori nazzjonali.
Il-listi aġġornati tal-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li joħorġu liċenzji tal-esportazzjoni huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, kif ukoll il-lista tal-uffiċċji doganali li għandhom is-setgħa li jimmaniġġjaw il-formalitajiet tal-esportazzjoni
.
L-għan tar-Regolament huwa li jirrikonċilja l-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-oġġetti ma’ dak tal-protezzjoni tat-teżori nazzjonali fi ħdan il-qafas storiku tal-ħolqien tas-suq intern li neħħa l-fruntieri interni kollha bejn l-Istati Membri.
F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tippreżenta perjodikament rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Dan ir-rapport huwa bbażat fuq informazzjoni, inkluża data statistika dwar l-użu ta’ liċenzji, ipprovduta mill-Istati Membri bi tweġiba għal kwestjonarju li jkopri l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzjar tal-esportazzjoni, u fuq diskussjonijiet fil-Grupp ta’ Esperti ta’ kwistjonijiet doganali relatati ma’ oġġetti kulturali.
3.Kuntest tar-Regolament
3.1 Kuntest Ewropew
Is-sistema introdotta fil-livell tal-UE permezz tar-Regolament hija komplementari għal strumenti u inizjattivi oħra li għandhom l-għan li jħarsu l-proprjetà kulturali. L-aktar rilevanti minn dawn hija d-Direttiva 2014/60/UE dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru
. Id-Direttiva tippermetti r-ritorn ta’ kwalunkwe oġġett kulturali identifikat minn Stat Membru bħala teżor nazzjonali li jkollu valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli mid-Direttiva fl-Istati Membri huma meħtieġa jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni dwar oġġetti kulturali mneħħija illegalment permezz tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI).
Kumpliment ieħor importanti għar-Regolament huwa r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 2019/880 adottat dan l-aħħar dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali
. Dan l-istrument il-ġdid jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni temporanja jew permanenti fl-Unjoni ta’ oġġetti kulturali li nħolqu jew ġew skoperti f'pajjiżi terzi, kif ukoll għall-konsenji ta’ tali oġġetti fi tranżitu. Minħabba d-dimensjoni tal-kummerċ estern tiegħu, it-tipoloġija tar-Regolament (UE) Nru 2019/880 kienet ispirata primarjament mill-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali
.
Fl-aħħar nett, żewġ miżuri tal-Unjoni ad hoc relatati, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003
u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012
, jipprojbixxu l-kummerċ ta’ oġġetti kulturali mal-Iraq u s-Sirja.
3.2 Kuntest internazzjonali
Fil-livell internazzjonali l-aktar strument rilevanti fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali huwa l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970. Sal-lum, il-Konvenzjoni tinnumera 140 Stat Parti u ġiet ratifikata minn 26 Stat Membru.
4.Implimentazzjoni tar-Regolament
4.1 Għanijiet u Prestazzjoni
Ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-kontroll ta' oġġetti kulturali qabel l-esportazzjoni tagħhom mit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex, minn naħa waħda, jinżamm il-moviment liberu fis-suq intern, u min-naħa l-oħra, jiġu protetti t-teżori nazzjonali tal-Istati Membri. B'mod ġenerali, l-Istati Membri jqisu li r-Regolament kiseb dawn l-għanijiet. Madankollu, ġew identifikati wkoll oqsma għal titjib.
B'mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ oġġetti kulturali, ir-Regolament mar pjuttost tajjeb. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jqisu s-sistema tal-liċenzjar tiegħu bħala strument importanti ħafna biex tiġi żgurata l-legalità tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi, speċjalment fir-rigward ta’ oġġetti kulturali li jirrikjedu liċenzja tal-esportazzjoni irrispettivament mill-valur tagħhom (pereżempju oġġetti arkeoloġiċi, partijiet ta' monumenti, eċċ.), filwaqt li għal kategoriji oħra ta' oġġetti kulturali kien hemm każijiet fejn l-oġġett ġie ssottovalutat deliberatament biex jiġi esportat mingħajr liċenzja.
L-Istati Membri josservaw li aktar informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-wirt nazzjonali ta' xulxin tkun ta' għajnuna għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ħruġ tal-liċenzji biex jiġġieldu l-kummerċ illeċitu b'mod aktar effettiv. Fir-rigward tal-effikaċja tal-kontrolli doganali, dawn jistgħu dejjem jitjiebu billi jikkonsagraw aktar riżorsi umani u materjali fil-fruntieri esterni u billi jidentifikaw u jadottaw l-aħjar prattiki.
Fl-2017 inħoloq Grupp ta' Proġett bil-għan li jiġu eżaminati l-metodi ta' ħidma tal-Istati Membri użati għall-finijiet ta’ investigazzjoni tal-provenjenza ta' oġġetti kulturali, kemm mill-awtoritajiet kompetenti (meta jirċievu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji) kif ukoll mid-dwana (meta jeżaminaw il-konsenji jew jivverifikaw il-liċenzji tal-esportazzjoni), u sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġi żviluppat parir prattiku għall-ħruġ ta' liċenzji u kontrolli doganali.
Mezzi oħra identifikati mill-Istati Membri biex itejbu l-prestazzjoni ġenerali tar-Regolament jinkludu gwida għall-fehim tat-termini "stabbiliti b'mod definittiv u legali" li jiddeterminaw l-Istat Membru li huwa kompetenti biex joħroġ il-liċenzja tal-esportazzjoni.
Dan jevita li operaturi bla skrupli jittrasferixxu temporanjament oġġett kulturali lil Stat Membru differenti għall-finijiet biss li japplikaw għal liċenzja fi Stat Membru li ma jkunx dak li jidentifika u jipproteġi l-oġġett bħala teżor nazzjonali.
4.2 Definizzjoni ta' oġġetti kulturali
Ir-Regolament ma jiddefinixxix x’inhu oġġett kulturali. Minflok, jelenka 15-il kategorija ta' oġġetti fl-Anness I tiegħu, li huma dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Il-biċċa l-kbira tal-kategoriji elenkati huma akkumpanjati minn limiti minimi tal-età u tal-valur, li taħthom l-oġġetti kulturali ma jeħtiġux liċenzja tal-esportazzjoni. Ġeneralment, jitqies bħala l-prodott ta' kompromess ibbażat fuq il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 biż-żieda tal-limiti tal-età u tal-valur. B'mod ġenerali, huwa meqjus li l-Anness I jipprovdi qafas adegwat.
Fir-rigward tal-fehim tal-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-kategoriji elenkati fl-Anness I, diffikultajiet partikolari bil-qari uniformi mill-Istati Membri ġew identifikati b'ċerti tipi ta' oġġetti kulturali bħal muniti; il-kopertura ta' kollezzjonijiet ta' oġġetti minflok kampjuni individwali fil-kategorija 13.b, il-klassifikazzjoni ta' ikoni liturġiċi bħala pitturi jew bħala partijiet ta' monumenti
, kif ukoll opinjonijiet differenti fost l-Istati Membri dwar jekk l-elenkar ta' ċerti tipi ta' oġġetti fil-kategorija 15.a huwiex eżawrjenti jew indikattiv.
Fl-2013, sottogrupp maħluq mill-Kumitat tal-Artikolu 8 tar-Regolament kellu l-kompitu li jiġbor l-opinjonijiet prevalenti dwar kif għandhom jinqraw il-kategoriji differenti ta' oġġetti kulturali u identifika d-differenzi ewlenin bejn l-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq. Għandu jiġi nnotat ukoll li, b'mod partikolari fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ikoni liturġiċi, il-kjarifiki mressqa mir-Regolament il-ġdid (UE) Nru 2019/880 dwar l-importazzjoni ta' oġġetti kulturali huma mistennija li jsolvu l-kwistjoni (ikoni u statwi liturġiċi huma partijiet ta' monumenti reliġjużi).
4.3 Limiti tal-età u dawk finanzjarji
Il-limiti tal-età stabbiliti mir-Regolament għal ċerti kategoriji ta' oġġetti kulturali ġeneralment jitqiesu bħala adegwati. Titjib possibbli ta' dawn id-dispożizzjonijiet fil-futur jista' jikkonċerna l-kjarifika tal-limitu tal-età għall-mezzi tat-trasport, iż-żieda ta' xi limiti minimi minn 50 għal 70 sena u l-iffissar ta' limitu minimu tal-età għall-kategorija ta' kollezzjonijiet biex jiġu evitati kontrolli mhux meħtieġa ta' għadd kbir ta' oġġetti kontemporanji mid-dwana.
Il-limiti finanzjarji jitqiesu pjuttost għoljin mill-maġġoranza tal-Istati Membri, filwaqt li minoranza ta' 3 Stati Membri jqisu li dawn għandhom ikomplu jogħlew.
Il-valur iddikjarat fl-applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni huwa l-aktar ta' spiss il-valur tat-tranżazzjoni li jidher fuq il-fattura - fil-każ ta' esportazzjonijiet minn persuni privati, filwaqt li għal esportazzjonijiet temporanji minn mużewijiet għall-wirja barra mill-pajjiż, il-valur li għandu jiġi ddikjarat huwa dak tal-polza tal-assigurazzjoni.
Filwaqt li xi applikanti jidhru retiċenti li jiddikjaraw valur u xi oħrajn ma jistgħux jagħtu stima, għal-liċenzji standard tal-esportazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sistematikament jirreferu għall-valur doganali li huwa ddikjarat fid-dikjarazzjoni doganali mal-esportazzjoni.
Il-maġġoranza tal-Istati Membri rispondenti jqisu li, jekk ikun possibbli, ikun utli li jiġi żviluppat approċċ uniformi fir-rigward tal-valutazzjoni tal-oġġetti kulturali.
4.4 Iċ-ċifri tal-liċenzja standard tal-esportazzjoni
In-numru ta' liċenzji standard maħruġa mill-Istati Membri matul il-perjodu mill-2014 sal-2017 kien ta' 70,433 (ara wkoll it-Tabella 1 fl-anness għad-data annwali).
Liċenzji standard skont l-Istati Membri bejn l-2014 u l-2017
F'ordni mill-kbir għaż-żgħir, il-kategoriji ewlenin li għalihom waslu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji matul il-perjodu ta' rapportar kienu: oġġetti arkeoloġiċi (l-aktar għal wirjiet); inkunabulu, manuskritti u mapep; diversi antikitajiet tal-kategorija 15 bħal ġojjelli, strumenti mużikali, għamara, arloġġi, armi, ġugarelli, twapet, eċċ. (l-aktar għal esportazzjoni definittiva); segwiti minn pitturi, mużajk, ilwien tal-ilma, gwazzi u skulturi.
4.5 Liċenzji speċifiċi u ġenerali miftuħa
Jistgħu jinħarġu liċenzji speċifiċi miftuħa għal oġġett kulturali speċifiku li jiġi esportat temporanjament fuq bażi regolari minn persuna privata (Art. 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni). Matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2017, in-numru ta' liċenzji speċifiċi miftuħa li nħarġu kien ta’ 1,428 (ara wkoll it-Tabella 2 fl-anness tad-data annwali). Numru sinifikanti ta' Stati Membri jirrapportaw li ma jipprevedux il-ħruġ ta' tali liċenzji. L-Istati Membri li joħorġu liċenzji speċifiċi miftuħa jagħmlu dan l-aktar għal strumenti mużikali esportati għal wirjiet artistiċi jew għal mezzi tat-trasport antiki esportati għal wirjiet.
Minbarra żewġ Stati Membri, l-oħrajn kollha ħarġu numri relattivament baxxi ta' dawn il-liċenzji matul il-perjodu ta' rapportar.
Liċenzji Speċifiċi Miftuħa fiċ-ċirkolazzjoni skont l-Istati Membri bejn l-2014 u l-2017
Il-perjodu massimu ta' validità ta' liċenzji speċifiċi miftuħa huwa stabbilit permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni għal ħames snin. Il-maġġoranza tal-Istati Membri li joħorġu liċenzji bħal dawn japplikaw dan il-limitu; madankollu, jeżistu xi eċċezzjonijiet fejn it-tul massimu tal-validità huwa jew mhux speċifikat jew iqsar (bejn sena u tliet (3) snin).
Liċenzji ġenerali miftuħa (Art. 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni) jippermettu l-esportazzjoni temporanja fuq bażi regolari ta' oġġetti kulturali minn mużewijiet u istituzzjonijiet simili. Matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2017 in-numru ta' liċenzji ġenerali miftuħa li nħarġu kien ta' 1,501 (ara wkoll it-Tabella 3 fl-anness għad-data annwali). Il-perjodu massimu ta' validità ta' dawn il-liċenzji huwa wkoll stabbilit għal ħames snin. Il-maġġoranza tal-Istati Membri li joħorġu liċenzji bħal dawn japplikaw limitu iqsar. It-tul ġeneralment jiddependi fuq il-kopertura tal-assigurazzjoni jew il-ħtiġijiet għas-self jew għall-wirja.
Liċenzji Ġenerali Miftuħa fiċ-ċirkolazzjoni skont l-Istati Membri bejn l-2014 u l-2017
4.6 Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-liċenzja tal-esportazzjoni
Wieħed biss mill-Istati Membri rispondenti rrapporta li għamel użu mill-possibbiltà li ma jirrikjedix liċenzja tal-esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2(2), għal oġġetti li jitqiesu ta' interess arkeoloġiku jew xjentifiku limitat. L-argument ewlieni biex tintuża l-possibbiltà huwa li oġġetti arkeoloġiċi li mhumiex il-prodott dirett tat-tħaffir jitqiesu li għandhom valur xjentifiku limitat minħabba s-separazzjoni tagħhom mill-kuntest storiku arkeoloġiku tagħhom.
4.7 Raġunijiet għar-rifjut ta' applikazzjoni għal liċenzja
Huma biss ftit l-Istati Membri li rrifjutaw li joħorġu liċenzja tal-esportazzjoni minħabba li l-oġġetti kulturali inkwistjoni kienu koperti minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tipproteġi teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku skont is-subparagrafu 3 tal-Artikolu 2(2). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni tiġi miċħuda jew irtirata mill-applikant għal raġunijiet oħra bħal: prova insuffiċjenti ta' provenjenza leċita; nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli; l-oġġett ikun falz; jew il-kwistjoni ta' liema Stat Membru huwa kompetenti biex joħroġ il-liċenzja ma tkunx ġiet solvuta.
Każijiet fejn l-applikant jirrifjuta li jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-provenjenza meta mitlub u mbagħad jirtira immedjatament l-applikazzjoni tiegħu huma rari. Meta jiġri dan, il-maġġoranza tal-Istati Membri jirrifjutaw l-applikazzjoni, jinformaw lill-applikant u, jekk ikun hemm suspett ta' provenjenza illeċita, huma jinformaw ukoll lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi xierqa dwar il-każ.
4.8 Kwistjonijiet ta' formola tal-liċenzja
Il-kwistjonijiet li ġejjin ġew identifikati fir-rigward tal-użu tal-formoli tal-liċenzji:
L-inklużjoni ta' ritratti fl-applikazzjoni għal-liċenzja hija element importanti ħafna, peress li tippermetti l-identifikazzjoni tal-oġġett mid-dwana fil-kontroll tal-liċenzja tal-esportazzjoni. Il-maġġoranza vasta tal-Istati Membri jirrikjedu ritratti fir-rigward tal-esportazzjonijiet definittivi. Ċerti Stati Membri jagħmlu xi eċċezzjonijiet f'każijiet ta' esportazzjoni temporanja ta' kollezzjonijiet jew għal oġġetti arkeoloġiċi partikolarment goffi ta' valur baxx jew kotba li ma għandhom l-ebda marka partikolari identifikabbli.
Fl-Artikolu 5 tiegħu, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jipprevedi li l-Karta Nru 3
tal-formola tal-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-ħruġ biex tikkonferma li l-esportazzjoni tabilħaqq saret u li l-liċenzja ntużat, iżda dan isir biss f'20% tal-każijiet.
Fin-nuqqas ta' sistema ta' reġistrazzjoni elettronika ċentrali, huwa diffiċli ħafna li jiġi vverifikat jekk il-Karta Nru 3 intbagħtitx lura, speċjalment jekk l-oġġetti jkunu ħarġu mit-territorju tal-Unjoni minn Stat Membru differenti. Xi Stati Membri jirrapportaw li qed jeżaminaw modi biex itejbu dawn il-kontrolli. Għandu jiġi nnotat li r-regolament il-ġdid dwar l-importazzjoni ta' oġġetti kulturali jipprevedi l-ħolqien ta' sistema elettronika ċentralizzata għall-immaniġġjar tar-rekwiżiti dokumentarji. Is-sistema tista' titfassal b'mod li jippermetti li jiġu koperti wkoll il-ħtiġijiet tal-iskema tal-liċenzjar tal-esportazzjoni, inkluża l-verifika li saret l-esportazzjoni.
4.9 Kanċellazzjoni jew revoka tal-liċenzji
Madwar nofs l-Istati Membri għandhom leġiżlazzjoni li tipprovdi għar-revoka jew għall-kanċellazzjoni ta' liċenzji wara li jkunu nħarġu, jew minn dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma' oġġetti kulturali jew permezz ta' liġi amministrattiva ġenerali li titlob għar-revoka ta' att amministrattiv meta jkun ibbażat fuq informazzjoni qarrieqa jew falza. Madankollu, Stat Membru wieħed biss irrevoka l-liċenzji (tlieta) matul il-perjodu ta' rapportar.
Il-liċenzji jistgħu jiġu kkanċellati mill-applikant wara li jkunu nħarġu. F'każijiet bħal dawn, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jirrikjedu li r-ritorn tal-liċenzja jiġi rreġistrat bħala kkanċellat. Numru sinifikanti ta' Stati Membri jirrapportaw li meta l-liċenzja ma tintużax fil-perjodu ta' validità tagħha, l-awtorità kompetenti mhux dejjem issir taf b’dan minħabba li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawn ma jieħdux lura l-Karta Nru 3 tal-formola (ara l-punt 3.8 ta’ hawn fuq).
4.10 L-użu ta' sistemi elettroniċi
Il-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu b’mod elettroniku fi Stat Membru wieħed biss. F'diversi Stati Membri oħra, l-applikazzjoni tista' timtela u tiġi sottomessa b’mod elettroniku (pereżempju billi jimtela fajl attiv .pdf onlajn) iżda l-iffirmar tagħha u mbagħad il-ħruġ tal-liċenzja tal-esportazzjoni nnifisha xorta waħda għadha ssir fuq karta. L-użu ta' sistema bbażata fuq il-karta huwa primarjament dovut għal-limitazzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għall-prevenzjoni tal-falsifikazzjoni. Uħud mill-Istati Membri jixtiequ u għamlu pjanijiet biex jiżviluppaw sistema biex joħorġu liċenzji b'mod elettroniku. B'mod partikolari, tliet Stati Membri eżaminaw il-possibbiltà li joħolqu sistema konġunta u eżaminaw kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data u kunfidenzjalità tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali.
17-il Stat Membru ddikjaraw li huma jqisu li jkun utli li jiżviluppaw bażi tad-data elettronika jew servizz onlajn komuni fil-livell tal-UE għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni. 3 Stati Membri ma jaqblux magħha għaliex jippreferu jkomplu jużaw il-bażijiet tad-data tagħhom stess (li jkopru kemm liċenzji tal-esportazzjoni nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni) jew għaliex jemmnu li differenzi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ifixklu s-sistema, filwaqt li żewġ Stati Membri ma esprimewx il-fehma tagħhom dwar il-kwistjoni. Fi kwalunkwe każ, il-bidla għal sistema elettronika tkun tirrikjedi emenda tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni li jimponu l-ħruġ ta' liċenzji fuq karta.
4.11 Penali u miżuri oħra
L-Istati Membri huma meħtieġa mir-Regolament li jadottaw regoli dwar penali effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tiegħu. Fil-maġġoranza tal-każijiet dawn il-penali huma kemm amministrattivi kif ukoll estremament iebsa u jistgħu jikkonsistu fl-impożizzjoni ta' multi u termini ta' priġunerija (medja ta' massimu ta' 2.5 snin).
Minbarra dawn il-miżuri, xi Stati Membri adottaw ukoll miżuri oħra bħall-konfiska tal-oġġetti kulturali; miżuri dwar l-importazzjoni ta' oġġetti kulturali minn pajjiżi terzi u oġġetti kulturali nnegozjati b'fazzjonijiet terroristiċi jew bi gwerra; rekwiżit għan-negozjanti tal-arti li jżommu inventarji u reġistri tat-tranżazzjonijiet; u multi għan-nuqqas ta' notifika tar-ritorn ta' oġġett kulturali esportat skont liċenzja temporanja.
4.12 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
Fl-Istati Membri kollha, id-dwana hija l-awtorità primarjament responsabbli għall-kontroll tal-eżistenza u l-konformità tal-liċenzji tal-esportazzjoni fil-fruntiera. Meta twettaq dawn il-kompiti, f'xi każijiet id-dwana tkun megħjuna mill-pulizija u/jew servizzi oħra ta' sigurtà tal-fruntieri jew tad-dħul intern.
Għalkemm ir-Regolament ma jipprevedix proċeduri speċifiċi ta' kooperazzjoni amministrattiva, l-iskambji bejn l-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni tar-Regolament ġew identifikati bħala mezzi meħtieġa biex itejbu l-prestazzjoni tiegħu, speċjalment f'każijiet fejn Stat Membru li ma jkunx dak li l-oġġett jappartjeni għall-wirt kulturali tiegħu jintalab joħroġ liċenzja tal-esportazzjoni.
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti mhijiex frekwenti. Ftit minnhom jikkuntattjaw lill-kontropartijiet tagħhom fi Stat Membru ieħor biex jitolbu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali, biex jiċċekkjaw jekk oġġett jiġix identifikat bħala teżor nazzjonali, biex isiru jafu aktar dwar il-provenjenza tiegħu jew biex jivverifikaw id-dokumenti ta' ċertifikazzjoni maħruġa hemmhekk. Il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma kellhom l-ebda kuntatt mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra matul il-perjodu ta' rapportar, filwaqt li ftit minnhom kellhom 5-20 kuntatt.
L-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, jiġifieri l-“awtorità kompetenti”, hija fil-maġġoranza tal-każijiet, iżda mhux tal-każijiet kollha, il-Ministeru nazzjonali tal-Kultura. Madwar kwart tal-Istati Membri rispondenti fdaw dan il-kompitu lil aktar minn servizz wieħed speċjalizzat fil-ħarsien tal-wirt nazzjonali, kultant skont il-kategorija li l-oġġett kulturali jappartjeni għaliha, pereżempju oġġetti arkeoloġiċi; arkivji storiċi, eċċ. F'żewġ Stati Membri bi struttura federali, dawn is-servizzi huma deċentralizzati. Xi ftit Stati Membri jinvolvu wkoll entitajiet pubbliċi oħra b'għarfien espert rilevanti fil-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni bħal-librerija nazzjonali, il-mużew nazzjonali jew id-dipartiment tal-ambjent tagħhom.
Fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u kompetenti fl-istess Stat Membru, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jikkonfermaw li l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom involuti fl-implimentazzjoni tar-Regolament qegħdin jikkooperaw b'mod suffiċjenti u effettiv, għalkemm sebgħa minnhom jemmnu li għad hemm lok għal titjib. Numru sinifikanti ta' Stati Membri rrapportaw li huma ħadu passi mmirati lejn it-titjib ta' kooperazzjoni bħal din fost l-awtoritajiet nazzjonali, bħall-iffirmar ta' memoranda ta' ftehim, l-organizzazzjoni ta' laqgħat konġunti regolari jew l-abbozzar ta' gwidi ta' referenza konġunti jew linji gwida proċedurali nazzjonali li jistgħu jintużaw jew li ntużaw ukoll fis-sessjonijiet ta' taħriġ għall-uffiċjali tal-aġenziji/awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.
Rigward il-kooperazzjoni ma' servizzi jew korpi nazzjonali oħra, madwar nofs l-Istati Membri għandhom ftehimiet ta' kooperazzjoni bil-miktub mal-pulizija nazzjonali, aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi, prosekuturi, eċċ
Xi awtoritajiet doganali jew kompetenti tal-Istati Membri stabbilixxew kooperazzjoni anke ma' awtoritajiet f'pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li huma attivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' oġġetti kulturali bħall-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), il-Europol, eċċ
Id-dwana ta’ 16-il Stat Membru organizzat u/jew ipparteċipat f'azzjonijiet konġunti mmirati kontra l-kummerċ illeċitu ma' awtoritajiet jew organizzazzjonijiet oħra, bħalma huma l-operazzjoni Pandora I (immexxija f'Novembru 2016) u Pandora II (immexxija f'Novembru 2017) f'kooperazzjoni mal-Interpol, il-Europol, il-UNESCO u d-WCO u l-operazzjonijiet konġunti Colosseum u Odysseus f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Kollegament ta’ Intelligence WCO għall-Ewropa tal-Punent, l-Interpol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (TAXUD) tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, il-Ministeru Taljan tal-Wirt Kulturali u l-“Guardia di Finanza” Taljana.
Meta d-dwana tiskopri kunsinna ssuspettata, normalment issegwiha billi żżomm l-oġġett u tikkuntattja lill-awtorità kompetenti li, f'ħafna każijiet, tinvestiga l-ksur possibbli tal-liġi flimkien mal-pulizija u l-prosekutur. Jekk jiġi affermat li l-oġġett kulturali ma jistax jiġi esportat, hija żżommu (f'xi każijiet din id-deċiżjoni tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru).
4.13 Riżorsi materjali u umani
Il-ħtiġijiet tal-persunal u tar-riżorsi għall-implimentazzjoni tar-Regolament baqgħu stabbli fil-maġġoranza tal-Istati Membri matul il-perjodu ta' rapportar. F’xi ftit Stati Membri huma meħtieġa ftit aktar esperti fi kwistjonijiet kulturali għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni – għalkemm xi kultant huwa diffiċli jiġi vvalutat jekk il-ħtieġa akbar hijiex dovuta għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni - filwaqt li tnejn mill-Istati Membri li jirrapportaw iqisu s-servizzi tagħhom bħala kronikament nieqsa mill-persunal.
5.Il-konklużjonijiet u l-kwistjonijiet pendenti
Abbażi tar-reazzjonijiet li waslu mingħand l-Istati Membri għall-perjodu ta' rapportar bejn l-2014 u l-2017, ir-Regolament jidher li sejjer tajjeb f'termini tal-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u huwa meqjus bħala strument legali importanti għall-protezzjoni tal-wirt kulturali tal-Istati Membri.
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni tar-Regolament madwar l-Unjoni hija identifikata bħala aspett possibbli fejn l-implimentazzjoni tista' titjieb. Azzjonijiet possibbli li l-Istati Membri jistgħu jieħdu f'dan is-sens jinkludu l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ, skambji ta' informazzjoni, parteċipazzjoni f'operazzjonijiet konġunti u għajnuna fl-identifikazzjoni tal-provenjenza u l-istatus legali tal-oġġetti kulturali.
Bi tweġiba għas-sejħa mill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' sett tal-aħjar prattiki (Ara t-Taqsima 6.3 tar-rapport preċedenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 116/2009
), inħoloq Grupp ta' Proġett taħt il-programm Dwana 2020, li l-għan tiegħu huwa li jistudja l-implimentazzjoni attwali fl-Istati Membri u jidentifika l-aħjar prattiki għall-kontroll tal-oġġetti kulturali, kemm fil-livell ta' awtorità kompetenti (kontroll tal-provenjenza għall-ħruġ tal-liċenzji) kif ukoll fil-livell tad-dwana (kontroll tal-konsenji mal-esportazzjoni u verifika tal-liċenzji tal-esportazzjoni).
Fir-rigward tal-promozzjoni tal-fehim uniformi tal-kategoriji fl-Anness I tar-Regolament, għaddejjin diskussjonijiet fil-livell tal-Grupp ta' Esperti. L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2019/880 titqies bħala żvilupp pożittiv, peress li l-kjarifiki li fih dwar il-klassifikazzjoni ta' ikoni liturġiċi bħala partijiet ta' monumenti se jipprovdu ċ-ċertezza ġuridika meħtieġa.
Fl-aħħar nett, l-Istati Membri jikkonfermaw aktar minn qatt qabel il-ħtieġa li minn sistema ta' liċenzji tal-esportazzjoni tal-karti jgħaddu għal sistema elettronika u mingħajr karti. Fl-opinjoni tagħhom, pass bħal dan se jiffaċilita l-kwistjoni u l-kontroll tal-liċenzji tal-esportazzjoni, se jippermetti monitoraġġ aħjar tal-użu tagħhom u se jippromwovi kooperazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-Regolament (UE) Nru 2019/880 dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' beni kulturali jipprevedi l-iżvilupp ta' tali sistema elettronika ċentralizzata sabiex tittratta l-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-importatur lid-dwana. L-iżvilupp tagħha għandu jqis il-possibbiltà li tkun koperta wkoll il-ġestjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni.
6.ANNESSI
Tabella 1. Liċenzji Standard maħruġa mill-Istati Membri *
|
|
Sena
|
2014-2017
|
Sehem mit-total
f’%
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
|
|
BE
|
410
|
389
|
355
|
346
|
1500
|
2,13 %
|
|
BG
|
0
|
3
|
8
|
3
|
14
|
0,02 %
|
|
CZ
|
24
|
7
|
80
|
101
|
212
|
0,30 %
|
|
DK (3)
|
|
|
|
|
|
|
|
DE
|
1201
|
1311
|
1332
|
1161
|
5005
|
7,11 %
|
|
EE
|
0
|
0
|
2
|
4
|
6
|
0,01 %
|
|
IE
|
14
|
18
|
6
|
7
|
45
|
0,06 %
|
|
EL
|
1
|
2
|
2
|
2
|
7
|
0,01 %
|
|
ES
|
731
|
834
|
822
|
779
|
3166
|
4,50 %
|
|
FR
|
3102
|
2925
|
2968
|
|
8995
|
12,77 %
|
|
HR
|
17
|
20
|
16
|
24
|
77
|
0,11 %
|
|
IT (1)
|
566
|
635
|
559
|
|
1760
|
2,50 %
|
|
CY
|
3
|
3
|
2
|
3
|
11
|
0,02 %
|
|
LV
|
0
|
0
|
2
|
1
|
3
|
0,00 %
|
|
LT
|
0
|
9
|
|
0
|
9
|
0,01 %
|
|
LU
|
2
|
11
|
7
|
2
|
22
|
0,03 %
|
|
HU
|
6
|
28
|
55
|
30
|
119
|
0,17 %
|
|
MT
|
23
|
26
|
20
|
33
|
102
|
0,14 %
|
|
NL
|
214
|
317
|
314
|
398
|
1243
|
1,76 %
|
|
AT
|
525
|
543
|
808
|
690
|
2566
|
3,64 %
|
|
PL
|
121
|
81
|
81
|
8
|
291
|
0,41 %
|
|
PT (2)
|
229
|
230
|
280
|
358
|
1097
|
1,56 %
|
|
RO (3)
|
|
|
|
|
|
|
|
SI
|
5
|
3
|
4
|
8
|
20
|
0,03 %
|
|
SK
|
1
|
2
|
1
|
|
4
|
0,01 %
|
|
FI
|
0
|
10
|
6
|
3
|
19
|
0,03 %
|
|
SE
|
265
|
99
|
226
|
137
|
727
|
1,03 %
|
|
UK
|
12642
|
11553
|
10746
|
8472
|
43413
|
61,64 %
|
|
Total
|
20102
|
19059
|
18702
|
12570
|
70433
|
100,00 %
|
(*) Liċenzja waħda tista' tkopri diversi oġġetti kulturali; iċ-ċifri jirreferu kemm għal dawk definittivi kif ukoll għal dawk temporanji.
(1) 2014: 242 def. 324 temp. 2015: 364 def. 271 temp. 2016: 307 def. 252 temp.
(2) 2014: 3 sostitwiti; 2015: 4 kkanċellati
(3) Ma ġiet ipprovduta l-ebda data statistika
Tabella 2. Liċenzji Speċifiċi Miftuħa fiċ-ċirkolazzjoni
|
|
Sena
|
|
2014-2017
|
Sehem mit-total
f’%
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
|
|
BE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
BG
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
CZ
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
DK (1)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
DE
|
0
|
0
|
2
|
109
|
111
|
7,77 %
|
|
EE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
EL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
ES
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
FR
|
12
|
5
|
1
|
|
18
|
1,26 %
|
|
HR
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IT
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
CY
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LV
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LU
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
HU
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
MT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
NL
|
70
|
167
|
189
|
212
|
638
|
44,68 %
|
|
AT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
PL
|
12
|
6
|
7
|
4
|
29
|
2,03 %
|
|
PT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
RO (1)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
SI
|
1
|
0
|
1
|
1
|
3
|
0,21 %
|
|
SK
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
FI
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
SE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
UK
|
67
|
238
|
141
|
183
|
629
|
44,05 %
|
|
Total
|
162
|
416
|
341
|
509
|
1428
|
100,00 %
|
(1) Ma ġiet ipprovduta l-ebda data statistika
Tabella 3. Liċenzji Ġenerali Miftuħa fiċ-ċirkolazzjoni
|
|
Sena
|
|
2014-2017
|
Sehem mit-total
f’%
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
|
|
BE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
BG
|
1
|
5
|
0
|
3
|
9
|
0,60 %
|
|
CZ
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
DK (1)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
DE
|
0
|
0
|
145
|
244
|
389
|
25,92 %
|
|
EE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
EL
|
6
|
4
|
3
|
4
|
17
|
1,13 %
|
|
ES
|
177
|
199
|
226
|
201
|
803
|
53,50 %
|
|
FR
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
HR
|
1
|
0
|
1
|
3
|
5
|
0,33 %
|
|
IT
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
CY
|
1
|
1
|
0
|
0
|
2
|
0,13 %
|
|
LV
|
0
|
0
|
0
|
4
|
4
|
0,27 %
|
|
LT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LU
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
HU
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
MT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
NL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
AT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
PL
|
29
|
29
|
36
|
30
|
124
|
8,26 %
|
|
PT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
RO (1)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
SI
|
21
|
40
|
40
|
40
|
141
|
9,39 %
|
|
SK
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
FI
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
SE
|
0
|
0
|
0
|
7
|
7
|
0,47 %
|
|
UK
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
Total
|
236
|
278
|
451
|
536
|
1501
|
100,00 %
|
(1) Ma ġiet ipprovduta l-ebda data statistika
Tabella 4. Applikazzjonijiet għal-Liċenzji Standard irrifjutati
|
|
Sena
|
|
2014-2017
|
Sehem mit-total
f’%
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
|
|
BE (1)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
BG
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
CZ
|
0
|
0
|
0
|
1
|
1
|
0,21 %
|
|
DK (3)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
DE
|
0
|
0
|
0
|
2
|
2
|
0,43 %
|
|
EE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
EL
|
3
|
1
|
1
|
0
|
5
|
1,07 %
|
|
ES
|
70
|
58
|
45
|
0
|
173
|
37,12 %
|
|
FR
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
HR
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IT (2)
|
75
|
50
|
87
|
|
212
|
45,49 %
|
|
CY
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LV
|
0
|
0
|
0
|
5
|
5
|
1,07 %
|
|
LT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LU
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
HU
|
1
|
0
|
2
|
0
|
3
|
0,64 %
|
|
MT
|
2
|
0
|
4
|
0
|
6
|
1,29 %
|
|
NL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
AT
|
0
|
1
|
0
|
1
|
2
|
0,43 %
|
|
PL
|
0
|
1
|
0
|
0
|
1
|
0,21 %
|
|
PT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
RO (3)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
SI
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
SK
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
FI
|
0
|
1
|
1
|
1
|
3
|
0,64 %
|
|
SE
|
1
|
0
|
0
|
0
|
1
|
0,21 %
|
|
UK
|
13
|
17
|
6
|
16
|
52
|
11,16 %
|
|
Total
|
165
|
129
|
146
|
26
|
466
|
100,00 %
|
(1) L-ebda informazzjoni disponibbli għall-2014, l-2015, l-2016
(2) Rifjut ta' ċertifikati ta' ċirkolazzjoni ħielsa.
(3) Ma ġiet ipprovduta l-ebda data statistika
Tabella 5. Kunsinni mhux konformi skoperti
|
|
Sena
|
|
2014-2017
|
Sehem mit-total (f’%)
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
|
|
BE (1)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
BG
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
CZ
|
0
|
1
|
1
|
0
|
2
|
1,21 %
|
|
DK (2)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
DE
|
0
|
0
|
0
|
3
|
3
|
1,82 %
|
|
EE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
EL
|
3
|
0
|
0
|
0
|
3
|
1,82 %
|
|
ES
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
FR
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
HR
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
IT
|
9
|
5
|
5
|
|
19
|
11,52 %
|
|
CY
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LV
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
LU
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
HU
|
64
|
38
|
16
|
|
118
|
71,52 %
|
|
MT
|
0
|
1
|
3
|
2
|
6
|
3,64 %
|
|
NL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
AT
|
0
|
0
|
0
|
3
|
3
|
1,82 %
|
|
PL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
PT
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
RO (2)
|
|
|
|
|
0
|
0,00 %
|
|
SI
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
SK
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
0,00 %
|
|
FI
|
1
|
4
|
0
|
6
|
11
|
6,67 %
|
|
SE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
UK
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0,00 %
|
|
Total
|
77
|
49
|
25
|
14
|
165
|
100,00 %
|
(1) L-ebda informazzjoni disponibbli għall-2014. 2015 u 2016.
(2) Ma ġiet ipprovduta l-ebda data statistika.
Tabella 6. Il-Liċenzji standard maħruġa mill-Istati Membri, meta mqabbla mal-Liċenzji standard irrifjutati u l-Kunsinni mhux konformi skoperti
|
|
2011-2013
|
2014-2017
|
|
Liċenzji standard tal-esportazzjoni maħruġa
|
69895
|
|
70433
|
|
|
Applikazzjonijiet għal-liċenzji standard tal-esportazzjoni rrifjutati
|
318
|
0,45 %
|
466
|
0,66 %
|
|
Kunsinni mhux konformi skoperti
|
147
|
0,21 %
|
165
|
0,23 %
|