European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3164

19.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3164

tat-18 ta’ Diċembru 2024

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw min-Norveġja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 tal-10 ta’ April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għall-ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), il-punt (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2024, ġie konkluż Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu ħut u ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (2).

(2)

L-Anness tal-Protokoll Addizzjonali jipprevedi kwoti tariffarji mingħajr dazju għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 992/95.

(3)

Il-Protokoll Addizzjonali jidħol fis-seħħ proviżorjament fl-1 ta’ Jannar 2025 peress li dan huwa l-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jkun ġie ddepożitat l-aħħar strument ta’ ratifika f’konformità mal-Artikolu 5.2 tiegħu. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data.

(4)

Il-kwoti tariffarji annwali stabbiliti fil-Protokoll Addizzjonali jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2028. Il-volumi tal-kwoti tariffarji mhux użati li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandhom jiġu allokati proporzjonalment għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-30 ta’ April 2025 u wara dan kull sena mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ April ta’ kull sena sa tmiem il-perjodu.

(5)

Il-Protokoll Addizzjonali jipprevedi t-trasferiment tal-volumi tal-kwoti akkumulati mhux użati ta’ tali kwoti tariffarji għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn wara tmiem l-applikazzjoni tiegħu iżda mhux aktar mill-applikazzjoni proviżorja ta’ kwalunkwe protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti mingħajr dazju għall-istess prodotti.

(6)

Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji jkunu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ meta ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f’konformità mar-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3).

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 992/95 jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-kwoti tariffarji jkunu disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ proviżorju tal-Protokoll Addizzjonali, il-kwoti tariffarji previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0860 sa 09.0871 għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2028. F’każ li dawn il-kwoti tariffarji ma jiġux eżawriti matul dan il-perjodu u f’każ li kwalunkwe protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti ma jiġix applikat b’mod proviżorju, l-importazzjonijiet min-Norveġja jistgħu jsiru għall-bqija tal-volum akkumulat tal-kwoti ta’ dawk il-kwoti sa sentejn wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ applikazzjoni iżda għal mhux aktar mill-applikazzjoni proviżorja ta’ kwalunkwe protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti.”;

(2)

fl-Anness I wara n-numru tal-ordni 09.0820, jiżdied it-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 101, 4.5.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/992/oj.

(2)  Il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L, 2024/2600, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/2600/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).


ANNESS

Nru tal-ordni

Kodiċi NM

Subdiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju tal-kwota (%)

09.0860

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, esklużi l-fwied u l-bajd1

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

17 500

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

52 500

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

52 500

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

52 500

09.0861

0303 55 90

 

Sawrell “Trachurus spp.”, iffriżat (esklużi sawrell komuni u sawrell taċ-Ċilì)

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

3 500

0

0303 59 90

 

Kavalli tal-Indo-Paċifiku “Rastrelliger spp.”, kavalli rjali “Scomberomorus spp.”, karanġidi, krevalli “Caranx spp.”, pompi fiddien “Pampus spp.”, kastardella tal-Paċifiku “Cololabis saira”, sugarotti “Decapterus spp.”, kapelin “Mallotus villosus”, plamti “Sarda spp.”, marlini, pixxivela, pastardelli “Istiophoridae”, iffriżati

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

10 500

0303 69 90

 

Ħut iffriżat mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae (minbarra bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju iswed, merluzz, merluzz tal-Alaska, stokkafixx, Bakkaljaw polari, merlangu, pollakkju, grenadier ikħal u lipp)

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

10 500

0303 82 00

 

Raj u rebekkini ffriżati “Rajidae”

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

10 500

0303 89 90

 

Ħut, iffriżat, n.e.s.

 

 

09.0862

0304 86 00

10

Fletti tal-aringi “Clupea harengus, Clupea pallasii”, iffriżati

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

45 500

0

0304 99 23

Ġwienaħ u laħam “kemm jekk kapuljat kif ukoll jekk le” tal-aringi “Clupea harengus, Clupea pallasii”, iffriżati

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

136 500

ex 0304 49 90

Fletti tal-aringi, friski jew imkessħin

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

136 500

0304 59 50

Ġwienaħ tal-aringi, friski jew imkessħin

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

136 500

09.0863

0309 10 00

 

Dqiq, frakass u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

700

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

2 100

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

2 100

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

2 100

 

 

 

 

 

Piż nett mingħajr ilma

0

09.0864

1604 12 91

1604 12 99

 

Aringi, imħawrin u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

19 600

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

58 800

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

58 800

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

58 800

09.0865

1605 21 10

1605 21 90

1605 29 00

 

Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati, ippreparati jew ippreżervati

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

4 900

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

14 700

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

14 700

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

14 700

09.0866

1604 11 00

 

Salamun, ippreparat jew ippreżervat, sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

875

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

2 625

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

2 625

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

2 625

09.0867

0305 41 00

 

Salamun, affumikat, inkluż fletti tal-ħut, għajr ġewwieni tal-ħut li jittiekel

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

1 750

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

5 250

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

5 250

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

5 250

09.0868

0306 16 99

0306 17 93

 

Gambli tal-familja Pandalidae, iffriżati

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

700

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

2 100

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

2 100

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

2 100

09.0869

0302 19 00

0302 22 00

0302 43 90

0302 59 20

0302 59 30

0302 81 15

0302 89 31

0302 91 00

0302 99 00

 

Ħut u ġewwieni tal-ħut frisk jew imkessaħ

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

3 570

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

10 710

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

10 710

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

10 710

09.0870

0303 19 00

0303 53 90

0303 89 31

0303 89 39

0303 91 90

0303 99 00

 

Ħut u ġewwieni tal-ħut iffriżat

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

4 795

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

14 385

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

14 385

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

14 385

09.0871

0304 52 00

0304 73 00

0304 99 21

0304 99 99

 

Fletti tal-ħut friski, imkessħin jew iffriżati

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

2 520

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

7 560

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

7 560

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

7 560


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3164/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)