<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑327/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0327</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:974">EU:C:2016:974</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161221">21.12.2016</DATE> – KAWŻA C-327/15</P><P>TDC</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P>tal-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Servizz universali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 12 u 13</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-ispejjeż tal-obbligi ta’ servizz universali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 32</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għall-ispejjeż marbuta mas-servizzi obbligatorji addizzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Effett dirett</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1) TFUE u Artikolu 108(3) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima żgurati fid-Danimarka u fi Greenland</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Tressiq ta’ talba għall-kumpens għall-ispejjeż marbuta mas-servizzi obbligatorji addizzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ tliet xhur</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑327/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (qorti tal-appell tar-reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">TDC A/S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Teleklagenævnet,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Erhvervs- og Vækstministeriet,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal TDC A/S, minn O. Spiermann, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Thorning, bħala aġent, assistit minn J. Pinborg, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae, G. Conte u M. Clausen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, TDC A/S u, min-naħa l-oħra, it-Teleklagenævnet (kummissjoni tal-appelli fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, id-Danimarka) u l-Erhvervs- og Vækstministeriet (Ministeru għall-Intrapriża u għall-Iżvilupp, id-Danimarka), dwar ir-rifjut ta’ diversi talbiet għall-kumpens għall-ispejjeż sostnuti minn TDC fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali u ta’ talba għal deroga mit-terminu previst sabiex jitressqu tali talbiet għal kumpens.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 18, 19, 21, 23, 25 u 26 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(4)</NO.P><TXT>L-assigurazzjoni ta’ servizz universali [...] [t]ista’ [t]involvi l-forniment ta’ xi servizzi lill-xi utenti finali bi prezzijiet li jitilqu minn dawk li jirriżultaw mill-kondizzjonijiet normali tas-suq. Iżda, il-fatt li jingħata kumpens lill-impriżi maħtura biex jfornu servizzi bħal dawk f’dawk iċ-ċirkostanzi m’għandux jirriżulta f’distorsjoni ta’ kompetizzjoni, sakemm l-impriżi maħtura jiġu kompensati għall-ispiża netta speċifika nvoluta u sakemm il-piż ta’ l-ispiża netta jiġi rkuprat b’mod newtrali kompetittiv.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jistabbilixxu mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali fil-każi fejn jintwera li l-obbligi jistgħu biss jiġu fornuti b’telf jew bi spiża netta li jaqgħu barra li-standards kummerċjali normali. Huwa mportanti li jiġi assigurat li l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali tiġi kkalkolata kif imiss u li kull iffinanzjar jitwettaq b’distorsjoni minima għas-suq u għall-impriżi, u jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli [107 TFUE u 108 TFUE].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Kull kalkolu ta’ spiża netta ta’ servizz universali għandu jieħu kont debitu ta’ l-ispejjeż u d-dħul, kif ukoll tal-benefiċċji ntanġibbli li jirriżultaw mill-forniment tas-servizz universali, iżda m’għandux ifixkel l-għan ġenerali li jiġi assigurat li l-istrutturi tal-prezzijiet jirriflettu l-ispejjeż. Kull spiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha tiġ[i] kalkolata fuq il-bażi ta’ proċeduri trasparenti.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>[...] Kull mekkaniżmu ta’ ffinanzjar għandu jassigura li l-parteċipanti f[i]s-suq jikkontribwixxu biss għall-iffinanzjar ta’ obbligi ta’ servizz universali u mhux għal attivitajiet oħra li m’humiex direttament marbuta mal-forniment ta’ obbligi ta’ servizz universali. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>L-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali jista’ jinqasam bejn l-impriżi kollha jew ċerti klassijiet speċifikati tagħhom. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-mekkaniżmu tal-qsim jirrispetta il-prinċipji tat-trasparenza, l-anqas distorsjoni tas-suq, non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità. L-anqas distorsjoni tas-suq tfisser li l-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu rkuprati b’mod li sa fejn hu possibbli jimminimizza l-impatt li l-piż finanzjarju li jaqa’ fuq l-utenti finali, per eżempju billi jitqassmu l-kontribuzzjonijiet fl-aktar firxa wiesa’ possibbli.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>[...] L-Istati Membri ma jistgħux jimponu fuq il-parteċipanti tas-suq kontribuzzjonijiet finanzjarji li jirrelataw ma’ miżuri li m’humiex parti mill-obbligi ta’ servizz universali. L-Istati Membri ndividwali jibqgħu ħielsa li jimponu miżuri speċjali (barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz universali) u jiffinanzjawhom b’konformità mal-liġi tal-[Unjoni] iżda mhux permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-parteċipanti tas-suq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Aktar kompetizzjoni effettiva matul is-swieq kollha ta’ l-aċċess u s-servizz għandha tagħti għażla akbar lill-utenti. Il-firxa ta’ kompetizzjoni u għażla effettivi jvarjaw mal-[Unjoni Ewropea] u jvarjaw fl-Istati Membri bejn żoni ġeografiċi u bejn swieq ta’ l-aċċess u s-servizzi. [...] Għal reġunijiet ta’ effiċjenza u raġunijiet soċjali, it-tariffi ta’ l-utent finali għandhom jirriflettu l-kondizzjonijiet tad-domanda, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-ispiża, sakemm dan ma jirriżultax f’distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. [...] Regolament dwar il-limitu tal-prezz, medjar ġeografiku jew strumenti simili, kif ukoll miżuri mhux regolatorji bħal paraguni pubblikament disponibbli tat-tariffi tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jintużaw biex tinkiseb il-mira doppja tal-promozzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva waqt li jitħarsu l-ħtiġiet ta’ l-interess pubbliku, bħaż-żamma ta’ prezz li jkun jintlaħaq ta’ servizzi tat-telefon disponibbli publikament għal xi konsumaturi. L-aċċess għal[-]informazzjoni ta’ kontabilità ta’ l-ispejjeż xierqa huwa meħtieġ, sabiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu d-dmirijiet regolatorji tagħhom f’dan il-qasam, inkluża l-imposizzjoni ta’ xi kontroll tat-tariffi. [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kamp ta’ applikazzjoni u miri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet ta’ l-utenti finali u l-obbligi li jikkorrispondu fuq impriżi li jfornu networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli. Fir-rigward ta’ l-assigurazzjoni ta’ forniment ta’ servizz universali fl-ambjent ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, din id-Direttiva tiddefinixxi s-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata li għaliha l-utenti kollha għandhom aċċess bi prezz li jista’ jintlaħaq fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Disponibilità ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-aproċċ l-aktar effiċjenti u adattat biex jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ servizz universali, waqt li jirrispettaw il-prinċipji ta’ l-oġġettività, it-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità. Għandhom ifittxu li jimminimizzaw id-distorsjonijiet fis-suq, b’mod partikolari l-forniment ta’ servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kondizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kondizzjonijiet normali tal-kummerċ, waqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ħatra ta’ impriżi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta l-Istati Membri jaħtru mpriżi f’parti jew fit-territorju kollu nazzjonali bħala li jkollhom obbligi ta’ servizz universali, għandhom jagħmlu dan billi jużaw mekkaniżmu ta’ ħatra effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju, li bih ebda mpiża ma tkun <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> eskluża milli tiġi maħtura. Dawk il-metodi ta’ ħatra għandhom jassiguraw li s-servizz universali jiġi provdut b’mod effiċjenti fl-ispiża u jista’ jintuża bħala mezz biex tiġi stabbilita l-ispiża netta ta’ l-obbligu tas-servizz universali skond l-Artikolu 12.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Stima ta’ l-ispejjeż ta’ obbligi ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqiesu li forniment ta’ servizz universali kif stipulat fl-Artikoli 3 sa 10 jista’ jirrappresenta piż inġust fuq impriżi maħtura biex ifornu servizz universali, għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż netti tal-forniment tiegħu.</P><P>Għal dak l-iskop l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jikkalkolaw l-ispiża netta ta’ l-obbligu tas-servizz universali, waqt li jieħdu kont ta’ xi benefiċċju tas-suq li jinġema għal impriża maħtura biex tipprovdi servizz universali, skond l-Anness IV, Taqsima A; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jagħmlu użu ta’ l-ispejjeż netti għall-forniment tas-servizz universali identifikat minn mekkaniżmu magħżul skond l-Artikolu 8(2).<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Iffinanzjar ta’ obbligi ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Fejn, fuq il-bażi tal-kalkolu ta’ l-ispejjeż netti msemmija fl-Artikolu 12, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibu li mpriża hija suġġetta għal piż inġust, l-Istati Membri għandhom, fuq talba minn impriża maħtura, jiddeċiedu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jintroduċu mekkaniżmu biex jikkumpensaw lil dik l-impriża għall-ispiża netta stabbilita taħt kondizzjonijiet trasparenti minn fondi pubbliċi; u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jaqsmu l-ispiża netta ta’ l-obbligu tas-servizz universali bejn il-fornituri ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Servizzi addizzjonali obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu servizzi addizzjonali, barra minn servizzi fl-obbligi ta’ servizz universali kif definiti fil-Kapitolu II, pubblikament disponibbli fit-territorju tagħhom stess iżda, f’dawk iċ-ċirkostanzi, ebda mekkaniżmu ta’ kumpens li jinvolvi mpriżi speċifiċi ma jista’ jiġi mpost.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Taqsima A tal-Anness IV tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[...]</P><?PAGE NO="5"?><P>[...] Fit-twettieq ta’ eżerċizzju ta’ kalkolu, l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal impriża maħtura fl-operazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz universali u fl-operazzjoni mingħajr obbligi ta’ servizz universali. [...] Attenzjoni debita għandha tingħata biex issir stima korretta [ta]l-ispejjeż li x’impriża maħtura tkun għażlet li tevita li kieku ma kien hemm ebda obbligu ta’ servizz universali. [...]</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-Taqsima B tal-Anness IV tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tipprevedi l-mekkaniżmu ta’ rkupru tal-ispejjeż netti imputabbli lill-obbligi ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2002/21/KE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> tfisser is-settt minimu ta’ servizzi, definit fid-Direttiva [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>], ta’ kwalità speċifikata li huwa disponibbli għall-utenti kollha tkun xi tkun il-lokazzjoni ġeografika tagħhom u, fid-dawl ta’ kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, bi prezz li jista jintlaħaq<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni PTEE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Greenland kienet tinsab fil-lista tal-pajjiżi u tat-territorji extra-Ewropej (PTEE) tal-Anness IA tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, tas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 319).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni 2012/21/UE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE, tal-<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 7, p. 3</REF.DOC.OJ>), din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fil-<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, it-tilwima fil-kawża prinċipali tista’ titqies, fid-dawl tad-data tal-fatti, li ma hijiex irregolata mill-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-lov nr. 418 om konkurrence- og forbrugerforhold på telemarkedet (Liġi Nru 418 dwar il-kompetizzjoni u dwar il-konsum fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet), tal-<DATE ISO="20000531">31 ta’ Mejju 2000</DATE>, kif ikkodifikata bil-lovbekendtgørelse nr. 780 (Liġi ta’ kodifikazzjoni Nru 780), tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), li kienet fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, kienet tinkludi d-dispożizzjonijiet li ttrasponew id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fid-dritt Daniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, konformement mal-Artikolu 20 tal-Liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet, l-operaturi tas-servizz universali maħtura konformement ma’ din il-liġi setgħu jiġu kkumpensati għall-bilanċ negattiv debitament iġġustifikat kollu marbut mal-provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 16 tal-imsemmija liġi u li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ servizz universali li kien impost fuqhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet ma kinitx tispeċifika xi tfisser l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>bilanċ negattiv debitament iġġustifikat kollu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, iżda mix-xogħol preparatorju ta’ din il-liġi kien jirriżulta li l-bilanċ negattiv marbut mas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima bbażati fuq il-frekwenzi radjoelettriċi (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kellu jiġi paċut ma’ eventwali bilanċ pożittiv marbut mal-provvista ta’ servizzi oħra li jagħmlu parti mill-obbligi ta’ servizz universali tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Jekk, wara li jitnaqqas dan il-bilanċ pożittiv, kien jibqa’ bilanċ negattiv, dan kellu, skont il-Liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet, jiġi kopert mill-operaturi tas-suq jekk kien marbut mal-provvista ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-Kapitolu II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u mill-Istat jekk kien marbut mal-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali, konformement mal-Artikolu 20 ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Dawn ir-regoli ġew riprodotti f’termini essenzjalment identiċi fil-lov nr. 169 om elektroniske kommunikationsnet og –tjenester (Liġi Nru 169 dwar in-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi), tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>. Madankollu, b’reazzjoni għal ittra ta’ intimazzjoni u opinjoni motivata tal-Kummissjoni Ewropea, din il-liġi ġiet emendata bil-lov nr. 250 (Liġi Nru 250), tal-<DATE ISO="20120331">31 ta’ Marzu 2012</DATE>, u issa tipprevedi l-possibbiltà li jiġu rkuprati l-bilanċi negattivi li jkunu rriżultaw wara l-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE> fil-kuntest tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima mingħajr ma jitnaqqsu l-bilanċi pożittivi miksuba fil-kuntest ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ servizz universali tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Ministeru għall-Intrapriża u għall-Iżvilipp adotta, fis-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-bekendtgørelse nr. 701 om forsyningspligtydelser (Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali) li l-Artikolu 30 tiegħu huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Meta ssir it-talba għall-finanzjament tal-bilanċ negattiv konformement mal-Artikolu 20 tal-Liġi dwar il-kompetizzjoni u dwar il-konsum fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet (ara l-Liġi ta’ kodifikazzjoni Nru 780 tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>), l-operatur tas-servizz universali għandu jipprovdi lill-IT- og Telestyrelsen [awtorità nazzjonali tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet] [li saret l-Erhvervsstyrelsen, awtorità Daniża għall-intrapriża] provi dwar il-bilanċ negattiv tiegħu f’sena finanzjarja magħluqa. [...]</ALINEA><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">Paragrafu 2</HT>. L-operatur ta’ servizz universali għandu jressaq it-talba tiegħu għall-finanzjament tal-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja preċedenti sa mhux iktar tard minn tliet xhur wara t-terminu għall-produzzjoni tar-rapport annwali lill-Erhvervs- og Selskabsstyrelsen [direttorat tal-impriżi industrijali u kummerċjali u tal-kumpanniji]. [...]</ALINEA><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">Paragrafu 3</HT>. L-[awtorità nazzjonali tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet] għandha tinnotifika, fis-sitt xhur mill-wasla tal-informazzjoni mibgħuta mill-operatur ta’ servizz universali u msemmija fil-paragrafu 1, kalkolu li jistabbilixxi jekk l-operatur ta’ servizz universali huwiex intitolat għar-rimbors tal-bilanċ negattiv.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>TDC, li qabel kienet Tele Danmark A/S, kienet, sal-privatizzazzjoni tagħha li seħħet matul is-sena 1997, impriża li l-uniku azzjonist tagħha kien l-Istat Daniż. Fid-Danimarka, TDC hija l-operatur prinċipali fis-settur tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sa minn qabel il-privatizzazzjoni tagħha, din l-impriża kienet diġà inkarigata mill-Istat Daniż sabiex, fid-Danimarka u fi Greenland, tiżgura mingħajr ħlas is-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima li kienu jippermettu lill-bastimenti jitolbu assistenza meta jsibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ bżonn. Din il-missjoni nżammet wara l-privatizzazzjoni tagħha. TDC għadha l-operatur prinċipali ta’ telekomunikazzjonijiet fid-Danimarka u f’dan il-pajjiż toffri, fuq bażi volontarja, is-servizzi li jaqgħu taħt il-Kapitolu II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, b’mod partikolari t-telefonija bażika. Bħala<?PAGE NO="7"?> kumpannija magħżula sabiex tiżgura obbligu ta’ servizz universali, TDC hija obbligata toffri servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima fi Greenland u f’dan il-pajjiż ma teżerċita ebda attività għajr dik li tirriżulta mill-obbligu ta’ servizz universali. Fil-prattika, is-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima huma żgurati minn Tele Greenland A/S, li tappartjeni lill-awtoritajiet awtonomi ta’ Greenland, u TDC sempliċement tkopri l-ispejjeż marbuta magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni Daniża, TDC ma setgħetx tirċievi mill-Istat kumpens għall-ispejjeż marbuta mal-provvista tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima fid-Danimarka u fi Greenland, sa fejn, globalment, kienet tiġġenera bilanċ pożittiv fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali u tas-servizzi obbligatorji addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Filwaqt li bbażat ruħha fuq id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, TDC ikkontestat diversi drabi l-leġiżlazzjoni Daniża, kif interpretata mill-awtoritajiet Daniżi, li ma tippermettilhiex tikseb kumpens għall-imsemmija spejjeż. Matul is-sena 2008, hija talbet lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-leġiżlazzjoni Daniża kinitx konformi mad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Wara diversi skambji ta’ pożizzjonijiet bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Daniżi u TDC, il-Kummissjoni bagħtet lir-Renju tad-Danimarka ittra ta’ intimazzjoni u opinjoni motivata, rispettivament, fis-27 ta’ Jannar u fid-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka għalhekk iddeċieda li jemenda l-leġiżlazzjoni Daniża inkwistjoni, li issa tipprevedi kumpens, mill-Istat, għall-bilanċi negattivi ġġenerati wara l-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE> fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima mingħajr tnaqqis tal-bilanċi pożittivi ġġenerati fil-kuntest ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ servizz universali. Madankollu, din l-emenda ma tapplikax għall-perijodu ta’ qabel l-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110729">29 ta’ Lulju 2011</DATE>, TDC talbet, fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni, kumpens għall-ispejjeż marbuta mal-provvista tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima sostnuti għas-sena 2010. Fis-<DATE ISO="20110926">26 ta’ Settembru 2011</DATE>, din l-impriża ressqet talbiet identiċi għas-snin 2007 sa 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-istess ħin bħall-proċeduri mressqa quddiem l-awtoritajiet Daniżi dwar l-imsemmi kumpens, TDC talbet lill-Ministeru għall-Intrapriża u għall-Iżvilupp sabiex tibbenefika minn deroga mit-terminu previst fl-Artikolu 30(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali, li jipprovdi li kull talba għal kumpens għandha titressaq sa mhux iktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza tat-terminu għat-trażmissjoni tar-rapport annwali lill-awtorità kompetenti. Din l-impriża sostniet li hija ma kinitx talbet dan il-kumpens fit-termini peress li, skont il-leġiżlazzjoni Daniża inkwistjoni, dak iż-żmien hija ma kellhiex id-dritt li titlob tali kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20111102">2 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-Ministeru għall-Intrapriża u għall-Iżvilupp informa lil TDC li kien qiegħed jiċħad din it-talba għal deroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, l-awtorità Daniża għall-intrapriża ċaħdet it-talbiet ta’ TDC għall-kumpens għall-ispejjeż, minn naħa, minħabba li t-talba dwar is-sena 2007 kienet preskritta u minħabba li t-terminu li fih tali talba setgħet titressaq għas-snin 2008 u 2009 kien skada u, min-naħa l-oħra, minħabba li l-leġiżlazzjoni Daniża li kienet fis-seħħ dak iż-żmien ma kinitx tippermetti li tintlaqa’ t-talba għall-kumpens marbuta mas-sena 2010 mingħajr ma jitnaqqsu l-bilanċi pożittivi li jirriżultaw mis-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali, fis-sens tal-Kapitolu II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>TDC appellat minn dawn id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda quddiem il-kummissjoni tal-appelli fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, li kkonfermat, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>, id-deċiżjonijiet inkwistjoni dwar it-talbiet għal kumpens għas-snin 2007 sa 2009. Fir-rigward tat-talba għal kumpens għas-sena 2007, din il-kummissjoni ddeċidiet li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>t-talba kienet preskritta peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin tad-drittijiet għal kumpens eventwali ta’ TDC beda jiddekorri mid-data li fiha TDC setgħet tistabbilixxi l-ammont definittiv tad-drittijiet tagħha u tressaq it-talba<?PAGE NO="8"?> tagħha<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Fir-rigward tat-talbiet għal kumpens għas-snin 2008 u 2009, l-imsemmija kummissjoni kkonfermat ukoll id-deċiżjoni ta’ ċaħda meħuda mill-awtorità Daniża minħabba li dawn it-talbiet kienu tressqu wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 30(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba għal kumpens għas-sena 2010, il-kummissjoni tal-appelli fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>TDC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑222/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2265">EU:C:2014:2265</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu kkonstatat li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal dawn id-domandi peress li din l-awtorità ma kellhiex il-kompetenza li tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-istess ħin bħall-proċedura quddiem il-kummissjoni tal-appelli fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, TDC ippreżentat, fit-<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, quddiem il-Københavns byret (qorti muniċipali ta’ Copenhagen, id-Danimarka), rikors għall-kumpens għad-dannu mġarrab matul is-snin 2008 u 2009 minħabba t-traspożizzjoni żbaljata fid-dritt Daniż tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Il-kawża sussegwentement intbagħtet quddiem l-Østre Landsret (qorti tal-appell tar-reġjun tal-Lvant, id-Danimarka).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, TDC ippreżentat, quddiem il-Københavns byret (qorti muniċipali ta’ Copenhagen), rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Impriża u għall-Iżvilupp, tat-<DATE ISO="20111102">2 ta’ Novembru 2011</DATE>, li tiċħad it-talba tagħha għal deroga fir-rigward tat-terminu, u tad-deċiżjoni tal-kummissjoni tal-appelli fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet dwar is-snin 2007 sa 2009. Din il-kawża wkoll intbagħtet quddiem l-Østre Landsret (qorti tal-appell tar-reġjun tal-Lvant), li għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Østre Landsret (qorti tal-appell tar-reġjun tal-Lvant) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/>, inkluż l-Artikolu 32, jipprekludu lil Stat Membru milli jistabbilixxi regoli li jipprovdu li impriża ma għandhiex dritt tressaq talba kontra l-Istat Membru għall-irkupru separat tal-ispiża netta għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu II ta’ din id-direttiva, fejn il-profitti tal-impriża minn servizzi oħra li huma koperti mill-obbligi ta’ servizz universali tal-impriża taħt il-Kapitolu II ta’ din id-direttiva jmorru lil hinn mit-telf assoċjat mal-provvista tas-servizzi obbligatorji addizzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> tipprekludi lil Stat Membru milli jistabbilixxi regoli li jipprovdu li l-impriżi għandhom dritt għall-irkupru mill-Istat Membru tal-ispiża netta għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu II tad-direttiva biss jekk l-ispiża netta tikkostitwixxi oneru mhux iġġustifikat għall-impriżi inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, jista’ l-Istat Membru jiddeċiedi li ma hemm l-ebda oneru mhux iġġustifikat assoċjat mal-provvista tas-servizzi obbligatorji addizzjonali li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu II ta’ din id-direttiva, jekk l-impriża kisbet, globalment, profitti mill-provvista ta’ dawk is-servizzi kollha fejn din l-impriża għandha obbligu ta’ servizz universali, inkluż il-provvista ta’ servizzi li l-impriża kienet xorta tagħti anki mingħajr ma jkollha l-obbligu ta’ servizz universali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="2019" ID="QE0045"/> tipprekludi lil Stat Membru milli jistabbilixxi regoli li jipprovdu li l-ispiża netta sostnuta minn impriża inkarigata fil-kuntest tal-obbligu tagħha ta’ servizz universali fis-sens tal-Kapitolu II tad-direttiva hija kkalkolata abbażi tad-[differenza bejn id-]dħul u<?PAGE NO="9"?> [l]-ispejjeż kollha li huma marbuta mal-provvista tas-servizz inkwistjoni, u b’mod partikolari tad-dħul u tal-ispejjeż li l-impriża kienet tagħmel xorta waħda anki mingħajr ma jkollha l-obbligu ta’ servizz universali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni (ara d-domandi 1 sa 4) hija applikata għal servizz obbligatorju addizzjonali li għandu jiġi pprovdut mhux biss fid-Danimarka iżda [wkoll] fi Greenland, li skont l-Anness II tat-TFUE huwa pajjiż jew territorju extra-Ewropew, ir-risposti għad-domandi 1 sa 4 japplikaw ukoll għal dik il-parti tal-obbligu li tirrigwarda lil Greenland, fejn is-servizz huwa fdat mill-awtoritajiet Daniżi lil impriża stabbilita fid-Danimarka u dik l-impriża ma għandha l-ebda attività oħra fil-Greenland?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>X’inhuwa l-effett tal-Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE, kif ukoll tad-Deċiżjoni [2012/21] fuq ir-risposta għad-domandi 1 sa 5?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>X’inhuwa l-effett tal-prinċipju ta’ distorsjoni minima tal-kompetizzjoni, imsemmi b’mod partikolari fl-Artikoli 1(2) [u] 3(2) u fil-premessi 4, 18, 23 u 26, kif ukoll fit-Taqsima B tal-Anness IV tad-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="2019" ID="QE0046"/> fuq ir-risposta għad-domandi 1 sa 5?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/> jipprekludu s-sistemi nazzjonali msemmija fid-domandi 1, 2 u 4, dawn id-dispożizzjonijiet jew dawn ir-restrizzjonijiet għandhom effett dirett?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>Liema fatturi speċifiċi oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi evalwat jekk limitu ta’ żmien nazzjonali għall-applikazzjonijiet kif deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari], u l-applikazzjoni tiegħu, humiex konsistenti mal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-dritt tal-UE?<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel, is-sitt u s-seba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 32 tagħha, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li impriża ma għandhiex dritt għall-kumpens mill-Istat Membru għall-ispiża netta tal-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali meta l-bilanċ pożittiv iġġenerat minn din l-impriża minn servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali tagħha jkun ikbar mill-bilanċ negattiv marbut mal-provvista ta’ dan is-servizz obbligatorju addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, permezz tas-sitt u tas-seba’ domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi dwar ir-rilevanza, għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li joħorġu mill-Artikolu 107(1) TFUE u mill-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sa fejn ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmija mill-qorti tar-rinviju fis-sitt u fis-seba’ domandi tagħha japplikaw għall-implementazzjoni tal-obbligi li joħorġu mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u, b’mod partikolari, għall-mekkaniżmi ta’ kumpens għas-servizz universali u għas-servizzi obbligatorji addizzjonali, dawn iż-żewġ domandi għandhom jiġu indirizzati flimkien mal-ewwel waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tiddefinixxi żewġ settijiet ta’ servizzi li l-Istati Membri jistgħu jafdaw lil impriżi maħtura, jiġifieri, minn naħa, is-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali msemmija fil-Kapitolu II ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, is-servizzi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 32 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, l-għan ta’ din id-direttiva huwa li tiddefinixxi, kif jipprevedi l-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2002/21, is-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifika aċċessibbli għall-utenti finali kollha, bi prezz li jista’ jintlaħaq fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dan is-sett minimu ta’ servizzi universali huwa ddefinit fil-Kapitolu II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikoli 12 u 13 ta’ din id-direttiva u t-Taqsima A tal-Anness IV tagħha jinkludu regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu ta’ kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali li jaqgħu taħt il-Kapitolu II tal-imsemmija direttiva u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament ta’ dawn l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-servizzi speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-obbligi ta’ servizz universali, l-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku, fit-territorju nazzjonali, servizzi obbligatorji addizzjonali iżda, f’dan il-każ, ma jista’ jiġi impost ebda mekkaniżmu ta’ kumpens li jimplika l-parteċipazzjoni ta’ impriżi speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li, b’differenza mis-servizz universali li jaqa’ taħt il-Kapitolu II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, l-Artikolu 32 tagħha ma jipprevedix mekkaniżmu ta’ kumpens għas-servizzi obbligatorji addizzjonali iżda sempliċement jipprovdi li, għal dawn is-servizzi, ma jista’ jiġi impost ebda mekkaniżmu ta’ finanzjament li jimplika l-parteċipazzjoni ta’ impriżi speċifiċi. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament previst fl-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> li jippermetti din il-parteċipazzjoni ma jistax jiġi estiż għal tali servizzi (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Base Company u Mobistar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑1/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:378">EU:C:2015:378</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif tfakkar fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni Daniża kienet tipprevedi li eventwali bilanċ negattiv kellu jiġi kopert mill-Istat jekk kien marbut mal-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali, għalkemm tali bilanċ negattiv kellu jiġi paċut ma’ eventwali bilanċ pożittiv li jirriżulta mill-provvista ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, mill-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> jirriżulta li l-impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizz obbligatorju addizzjonali ma għandhiex tbati l-ispiża marbuta mal-provvista ta’ dan is-servizz. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tipprevedi li f’dan il-kuntest ma jistax jintuża mekkaniżmu ta’ kumpens li jimplika l-parteċipazzjoni ta’ impriżi speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, fir-rigward ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ kumpens, li mir-regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu ta’ kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament ta’ dawn l-obbligi previsti mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> jirriżulta li hija meħtieġa kontabbiltà separata għall-attivitajiet li jaqgħu taħt is-servizz universali u għal dawk marbuta mat-tipi l-oħra ta’ servizzi, li fosthom jinsabu s-servizzi obbligatorji addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-premessi 21 u 25 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> jiddikjaraw, b’mod partikolari, li, minn naħa, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament għandu jkollhom l-għan li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-operaturi tas-suq fil-finanzjament biss tal-obbligi ta’ servizz universali, u mhux tal-attivitajiet li ma humiex marbuta direttament mal-provvista tas-servizz universali u, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu fuq l-operaturi tas-suq kontribuzzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta’ miżuri li ma jaqgħux taħt l-obbligi ta’ servizz universali. Il-premessi 4 u 18 ta’ din id-direttiva jiddikjaraw ukoll, essenzjalment, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi maħtura jiġu kkumpensati għall-ispiża netta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>speċifika nvoluta<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fir-rigward tal-provvista tas-servizz universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk, skont l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-kumpens eventwalment dovut lil impriża inkarigata bil-provvista ta’ servizz universali, għandha tiġi kkalkolata, fl-ewwel stadju, l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali għall-impriża maħtura bħala fornitur u, fit-tieni stadju, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkonstataw li impriża hija suġġetta għal piż mhux iġġustifikat, dawn l-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu li jistabbilixxu<?PAGE NO="11"?> mekkaniżmu sabiex l-imsemmija impriża tiġi kkumpensata għall-ispejjeż netti kif ikunu ġew ikkalkolati, f’kundizzjonijiet ta’ trasparenza u minn fondi pubbliċi, u/jew li jaqsmu l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali bejn il-fornituri ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>T‑Mobile Czech Republic u Vodafone Czech Republic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:657">EU:C:2015:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għall-finijiet tal-kumpens, għandha ssir distinzjoni bejn l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali u l-ispiża netta tas-servizzi obbligatorji addizzjonali li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu II ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-mekkaniżmi ta’ kumpens previsti fid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> dwar, minn naħa, is-servizz universali u, min-naħa l-oħra, is-servizzi obbligatorji addizzjonali huma indipendenti minn xulxin u, għalhekk, l-ispiżi netti sostnuti fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn is-servizzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ kontabbiltà separata ta’ natura tali li tiggarantixxi li d-dħul iġġenerat fil-kuntest tas-servizz universali ma jidħolx fil-kalkolu tal-ispiża netta tas-servizz obbligatorju addizzjonali u ma jiddeterminax l-għoti tal-kumpens dovut fir-rigward tal-provvista ta’ dan is-servizz tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li r-rekwiżit ta’ kontabbiltà separata mhux biss jikkontribwixxi għat-trasparenza tal-proċedura ta’ finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali, konformement mal-premessa 19 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, iżda jippermetti wkoll li jiġi ggarantit li l-finanzjament tas-servizz universali jitwettaq permezz ta’ mezz newtrali mill-perspettiva tal-kompetizzjoni. Tali rekwiżit jiżgura wkoll, konformement mal-premessa 18 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, li l-finanzjament tas-servizz universali u tas-servizzi obbligatorji addizzjonali josserva r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali tikkonċerna, bħas-servizz universali, servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, il-kumpens mogħti mill-Istati Membri għall-provvista ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali huwa suġġett għall-osservanza tar-regoli stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex, f’każ partikolari, tali kumpens ikun jista’ jevita li jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, huwa meħtieġ li jkunu ssodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-impriża li tibbenefika minn tali kumpens għandha tkun effettivament inkarigata bl-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku u dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar. It-tieni nett, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens għandhom ikunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi evitat li dan il-kumpens jimplika vantaġġ ekonomiku li jista’ jiffavorixxi lill-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri. It-tielet nett, il-kumpens ma jistax imur lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jiġu koperti l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, sostnuti fl-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul minn din l-eżekuzzjoni kif ukoll profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi. Ir-raba’ nett, l-imsemmi kumpens għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, amministrata tajjeb u mgħammra b’mod adegwat bil-mezzi meħtieġa sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku meħtieġa, tkun sostniet sabiex teżegwixxi dawn l-obbligi, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul minn din l-eżekuzzjoni kif ukoll profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:335">EU:C:2010:335</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-osservanza ta’ obbligu li jinżammu kontijiet separati tippermetti li jiġi evitat li d-dħul iġġenerat mill-impriża fil-kuntest tal-obbligi ta’ servizz universali tagħha jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn, minn naħa, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali u, għaldaqstant, tal-kumpens mogħti f’dan ir-rigward u, min-naħa l-oħra, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispiża netta tas-servizz obbligatorju addizzjonali u, għaldaqstant, tal-għoti tal-kumpens mogħti fir-rigward ta’ dan is-servizz obbligatorju addizzjonali. Fil-fatt, tali prassi twassal sabiex l-impriża fornitura ġġarrab l-ispiża tas-servizz obbligatorju addizzjonali, u dan b’mod kuntrarju għat-termini stess tal-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li mekkaniżmu ta’ kumpens għas-servizzi obbligatorji addizzjonali li jieħu inkunsiderazzjoni d-dħul kollu li l-impriża maħtura tiġġenera fil-kuntest ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali tagħha huwa kuntrarju għad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel, għas-sitt u għas-seba’ domandi hija li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> u, b’mod partikolari, l-Artikolu 32 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi mekkaniżmu ta’ kumpens għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali li jipprovdi li impriża ma għandhiex dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali meta l-bilanċ pożittiv iġġenerat minn din l-impriża fil-kuntest ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali tagħha jkun ikbar mill-bilanċ negattiv marbut mal-provvista ta’ dan is-servizz obbligatorju addizzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali għandha dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ dawn is-servizzi fil-każ biss li din l-ispiża tikkostitwixxi piż mhux iġġustifikat għal din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> dwar l-obbligi ta’ servizz universali jipprevedu kundizzjoni dwar piż mhux iġġustifikat għall-ħlas ta’ kumpens mill-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> fil-fatt jipprevedi li, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li l-provvista tas-servizz universali, kif prevista fl-Artikoli 3 sa 10 ta’ din id-direttiva, tista’ tirrappreżenta piż mhux iġġustifikat għall-impriżi maħtura bħala fornituri ta’ servizz universali, huma għandhom jikkalkolaw l-ispiża netta ta’ din il-provvista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> dwar il-mekkaniżmi ta’ kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali kif ukoll ta’ finanzjament ta’ dawn l-obbligi u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) ta’ din id-direttiva, ma japplikawx għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie osservat fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, mill-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> jirriżulta li l-impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizz obbligatorju addizzjonali ma għandhiex tbati l-ispiża marbuta mal-provvista ta’ dan is-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi li impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali għandha dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ dawn is-servizzi fil-każ biss li din l-ispiża tikkostitwixxi piż mhux iġġustifikat għal din l-impriża, ma teskludix li l-impriża kkonċernata jkollha tbati hija stess l-ispiża kollha, jew parti minnha, tal-imsemmija servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li l-ħlas ta’ kumpens mill-Istat Membru jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-ispiża netta tal-provvista tas-servizzi obbligatorji addizzjonali tikkostitwixxi piż mhux iġġustifikat għall-impriża maħtura jmur kontra l-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif issostni l-Kummissjoni, jekk ikun awtorizzat li l-ħlas ta’ kumpens għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali jkun suġġett għall-osservanza tal-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti fil-Kapitolu II tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, dan iwassal sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jestendu unilateralment il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-obbligu ta’ servizz universali għas-servizzi obbligatorji addizzjonali, li jkun kuntrarju għall-għan ta’ din id-direttiva, stabbilit fl-Artikolu 1(2) tagħha, li huwa li jiġi ddefinit is-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifika li għalihom l-utenti finali kollha tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali għandha dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ dawn is-servizzi fil-każ biss li din l-ispiża tikkostitwixxi piż mhux iġġustifikat għal din l-impriża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispiża netta sostnuta minn impriża maħtura sabiex tissodisfa obbligu ta’ servizz universali tirriżulta mid-differenza bejn id-dħul kollu u mill-ispejjeż kollha marbuta mal-provvista tas-servizz inkwistjoni, inklużi d-dħul u l-ispejjeż li l-impriża kienet xorta waħda tirreġistra li kieku ma kinitx operatur ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddeterminaw u jikkalkolaw l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali konformement mal-Artikolu 12 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> u mat-Taqsima A tal-Anness IV ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont il-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkalkolaw l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali, huma għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-eventwali vantaġġ kummerċjali li tgawdi impriża maħtura sabiex tipprovdi servizz universali, konformement mal-indikazzjonijiet mogħtija fit-Taqsima A tal-Anness IV ta’ din id-direttiva, jew għandhom jużaw l-ispiża netta sostnuta għall-provvista tas-servizz universali u ddeterminata permezz ta’ mekkaniżmu ta’ ħatra konformement mal-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprevedi li l-metodi ta’ ħatra għandhom jiggarantixxu li l-provvista tas-servizz universali tissodisfa l-kriterju tal-profittabbiltà u għandhom ikunu jistgħu jintużaw b’mod li tkun tista’ tiġi ddeterminata l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali, konformement mal-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni paragrafu tat-Taqsima A tal-Anness IV tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, dan jipprevedi li l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali għandha tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispiża netta sostnuta minn impriża maħtura meta tipprovdi servizz universali u meta ma tipprovdix tali servizz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Mill-imsemmija dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien jirriżulta li l-ispiża netta tal-provvista tas-servizz universali tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispiża netta sostnuta minn impriża maħtura meta tipprovdi servizz universali u meta ma tipprovdix tali servizz. Għaldaqstant, l-ispiża netta tal-provvista ta’ servizz universali ma tistax tirriżulta mid-differenza bejn id-dħul kollu u l-ispejjeż kollha marbuta mal-imsemmija provvista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda hija li d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispiża netta sostnuta minn impriża maħtura sabiex tissodisfa obbligu ta’ servizz universali tirriżulta mid-differenza bejn id-dħul kollu u l-ispejjeż kollha marbuta mal-provvista tas-servizz inkwistjoni, inklużi d-dħul u l-ispejjeż li l-impriża kienet xorta waħda tirreġistra li kieku ma kinitx operatur ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-impriża inkarigata b’servizz obbligatorju addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> ma tipprovdix dan is-servizz fit-territorju tad-Danimarka biss, iżda wkoll f’dak ta’ Greenland, għandux effett fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, b’mod preliminari, li l-Artikolu 52 TUE jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li t-Trattati japplikaw għall-Istati Membri u, fit-tieni paragrafu tiegħu, li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dawn it-Trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 355 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 355 TFUE jipprovdi li l-PTEE elenkati fil-lista tal-Anness II tat-Trattat FUE huma s-suġġett ta’ arranġamenti speċjali ta’ assoċjazzjoni ddefinita fir-Raba’ Parti ta’ dan it-Trattat, jiġifieri l-Artikoli 198 sa 203 TFUE, li l-modalitajiet u l-proċeduri tagħhom għandhom, konformement mal-Artikolu 203 TFUE, jiġu stabbiliti permezz ta’ dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li Greenland tinsab f’din il-lista u, għalhekk, skont l-Artikolu 204 TFUE, hija s-suġġett ta’ dawn l-arranġamenti speċjali ddefiniti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 198 sa 203 TFUE, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi għal Greenland li jinsabu fil-Protokoll (Nru 34) dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja, anness mat-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-eżistenza tal-arranġamenti speċjali ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha bħala konsegwenza li d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat FUE, jiġifieri dawk li ma jinstabux fir-Raba’ Parti tal-imsemmi Trattat, ma humiex applikabbli għall-PTEE fl-assenza ta’ riferiment espliċitu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990128">28 ta’ Jannar 1999</DATE>, <NAME.CASE>van der Kooy</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:32">EU:C:1999:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>X u TBG</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/12 u C‑27/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1385">EU:C:2014:1385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li l-ewwel sar-raba’ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, li l-bażi legali tagħha tinsab fl-Artikolu 114 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Issa, la r-Raba’ Parti tat-Trattat FUE u lanqas id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni PTEE, adottata bis-saħħa ta’ din il-parti tat-Trattat, ma jagħmlu riferiment għall-Artikolu 114 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> ma humiex applikabbli għal Greenland.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li TDC inħatret mill-Istat Daniż sabiex tiżgura servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima, il-fatt li din l-impriża hija inkarigata sabiex tiżgura l-provvista tal-imsemmija servizzi kemm fid-Danimarka u kemm fi Greenland ma għandux impatt fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħames domanda hija li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-impriża inkarigata b’servizz obbligatorju addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> ma tipprovdix dan is-servizz fit-territorju tad-Danimarka biss, iżda wkoll f’dak ta’ Greenland, ma għandux effett fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmien domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tat-tmien domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-każijiet kollha fejn dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, li huma inkundizzjonali u suffiċjentement preċiżi, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali fil-konfront tal-Istat Membru jew meta dan ikun naqas milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew meta jkun ittrasponiha b’mod mhux korrett (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>T-Mobile Czech Republic u Vodafone Czech Republic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:657">EU:C:2015:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jġiegħlu lill-impriżi fis-settur li fosthom tkun inkluża l-impriża maħtura jsostnu l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, marbuta mal-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>It-termini ta’ din id-dispożizzjoni huma suffiċjentement preċiżi u inkundizzjonali sabiex ikollhom, fir-rigward ta’ din il-projbizzjoni, effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tmien domanda hija li l-Artikolu 32 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett sa fejn jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jġiegħlu lill-impriża inkarigata bil-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali ssostni l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, marbuta ma’ din il-provvista.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-disa</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Permezz tad-disa’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk il-prinċipji ta’ lealtà, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tressiq, mill-operatur inkarigat b’servizz universali, ta’ talbiet għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja preċedenti għal terminu ta’ tliet xhur li jiddekorri mill-iskadenza tat-terminu impost fuq dan l-operatur sabiex jikkomunika rapport annwali lill-awtorità nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li tali terminu jikkostitwixxi modalità proċedurali għat-tressiq ta’ talba intiża li tiżgura l-eżerċizzju ta’ dritt li l-persuna kkonċernata tgawdi taħt id-dritt tal-Unjoni, jiġifieri d-dritt għal kumpens għall-provvista ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ regoli ffissati mid-dritt tal-Unjoni dwar il-modalitajiet proċedurali fir-rigward tat-tressiq u tal-eżami ta’ talba għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja ta’ servizz universali applikabbli fid-Danimarka, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru li, konformement mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali li issa jinsab sanċit fl-Artikolu 4(3) TUE, għandu<?PAGE NO="16"?> jirregola dawn il-modalitajiet bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-imsemmija modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u, min-naħa l-oħra, li ma jagħmlux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Agrokonsulting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:432">EU:C:2013:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ prinċipji li għandha tiġi eżaminata d-disa’ domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jitfakkar li l-osservanza ta’ dan il-prinċipju teżiġi l-applikazzjoni mingħajr distinzjoni ta’ regola nazzjonali għall-proċeduri bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni u għal dawk ibbażati fuq id-dritt nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Sabiex jiġi vverifikat jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza huwiex osservat fil-kawża prinċipali, hija l-qorti nazzjonali, li għandha konoxxenza diretta tal-modalitajiet proċedurali intiżi li jiżguraw, fid-dritt nazzjonali, il-ħarsien tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt id-dritt tal-Unjoni, li għandha tivverifika jekk dawn humiex konformi ma’ dan il-prinċipju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Rosado Santana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑177/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:557">EU:C:2011:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, skont il-Gvern Daniż, it-terminu previst fl-Artikolu 30(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali jikkostitwixxi terminu ġenerali previst għall-fornituri kollha tas-servizz universali, li japplika mingħajr distinzjoni għat-talbiet għal kumpens ibbażati fuq id-dritt Daniż jew fuq id-dritt tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, TDC essenzjalment issostni li l-imsemmi terminu kien introdott biss fir-rigward tat-tressiq ta’ talbiet għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-servizzi obbligatorji addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-pożizzjonijiet differenti, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk it-terminu previst fl-Artikolu 30(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali huwiex inqas favorevoli minn dak previst fid-dritt nazzjonali għal talba analoga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, kif tfakkar fil-punt 90 ta’ din is-sentenza, regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandhiex tkun ta’ natura li tagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull każ fejn tqum il-kwistjoni ta’ jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tagħmilx impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura globali, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali. F’dan id-dawl, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari, jekk ikun il-każ, il-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bulicke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:418">EU:C:2010:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Rosado Santana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑177/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:557">EU:C:2011:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-iffissar ta’ termini ta’ dekadenza jissodisfa, bħala prinċipju, ir-rekwiżit ta’ effettività sa fejn jikkostitwixxi applikazzjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ċertezza legali li jipproteġi kemm lill-persuna kkonċernata u kemm lill-amministrazzjoni kkonċernata. Fil-fatt, bħala prinċipju, tali termini ma humiex ta’ natura li jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Madankollu, huma<?PAGE NO="17"?> l-Istati Membri li għandhom, fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiddeterminaw it-termini filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, l-importanza għall-persuni kkonċernati tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, il-kumplessità tal-proċeduri u tal-leġiżlazzjoni li għandha tiġi applikata, in-numru ta’ persuni li jistgħu jkunu kkonċernati u l-interessi pubbliċi jew privati l-oħra li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. Bla ħsara għal din il-kundizzjoni, l-Istati Membri huma ħielsa li jipprevedu termini itwal jew iqsar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Barth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:193">EU:C:2010:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bulicke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:418">EU:C:2010:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, regola nazzjonali, li tipprevedi terminu ta’ tliet xhur, li jiddekorri mill-iskadenza tat-terminu impost fuq dan l-operatur sabiex jikkomunika rapport annwali lill-awtorità nazzjonali kompetenti, sabiex iressaq it-talba għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja preċedenti, ma tidhirx, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>TDC tqis, madankollu, li s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali hija komparabbli ma’ dik inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Emmott</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:333">EU:C:1991:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), peress li d-dritt Daniż kif ukoll l-interpretazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti ma jagħtuha l-ebda possibbiltà li tibbenefika minn kumpens għall-bilanċ negattiv tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima. Hija tenfasizza li, fid-data tal-adozzjoni tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali li jipprevedi terminu ta’ tliet xhur għat-tressiq ta’ talba għal kumpens, dawn l-awtoritajiet kienu jafu bit-traspożizzjoni inkorretta fid-dritt Daniż tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Gvern Daniż isostni li la kien impossibbli u lanqas eċċessivament diffiċli għal TDC li tressaq talba għal kumpens u, f’dan il-kuntest, li ssostni li din it-talba kienet ibbażata direttament fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>. Skontu, dan huwa kkonfermat mill-fatt li TDC ressqet it-talba għal kumpens tagħha għas-sena 2010 fit-terminu mogħti u invokat id-dritt għal kumpens tagħha quddiem il-qrati nazzjonali. Dan il-gvern iqis, għaldaqstant, li ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ma humiex komparabbli ma’ dawk li taw lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Emmott</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:333">EU:C:1991:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sad-data tat-traspożizzjoni korretta ta’ direttiva, l-Istat Membru li jkun naqas milli jagħmel tali traspożizzjoni, ma jistax jeċċepixxi n-natura tardiva ta’ azzjoni ġudizzjarja mressqa kontrih minn individwu sabiex jipproteġi d-drittijiet irrikonoxxuti lilu mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u li terminu għall-preżentata ta’ rikors taħt id-dritt nazzjonali ma jistax jibda jiddekorri qabel dik id-data (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Emmott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:333">EU:C:1991:333</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja sussegwenti għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Emmott</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:333">EU:C:1991:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li l-Istat Membru li jkun naqas milli jagħmel traspożizzjoni korretta jista’ joġġezzjona d-dekadenza fil-konfront ta’ azzjonijiet ġudizzjarji u dan anki meta, fid-data tat-tressiq tat-talbiet, huwa ma jkunx għadu ttraspona korrettament id-direttiva inkwistjoni, filwaqt li ddeċidiet li s-soluzzjoni mogħtija fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Emmott</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:333">EU:C:1991:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet iġġustifikata miċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, fejn id-dekadenza kienet wasslet sabiex iċċaħħad kompletament lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali mill-possibbiltà li tinvoka d-dritt tagħha taħt direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110519">19 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Iaia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑452/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:323">EU:C:2011:323</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Q-Beef u Bosschaert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/10 u C‑96/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:555">EU:C:2011:555</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li awtorità nazzjonali teċċepixxi l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni raġonevoli ħlief fil-każ li l-aġir tal-awtoritajiet nazzjonali kkunsidrat flimkien mal-eżistenza ta’ terminu ta’ dekadenza jwasslu sabiex<?PAGE NO="18"?> persuna tiġi mċaħħda kompletament mill-possibbiltà li tinvoka d-drittijiet tagħha quddiem il-qrati nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Q-Beef u Bosschaert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/10 u C‑96/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:555">EU:C:2011:555</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-elementi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jidhirx li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 30(2) tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali kien ċaħħad lil TDC minn kull possibbiltà li tinvoka d-dritt tagħha għall-kumpens għall-ispejjeż marbuta mal-provvista tas-servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima mingħand l-awtoritajiet Daniżi kompetenti, inkluż quddiem il-qrati nazzjonali, punt dan madankollu li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ ċirkustanzi partikolari mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni tad-Digriet Ministerjali Nru 701 dwar l-obbligu ta’ servizz universali ma tidhirx li hija ta’ natura li tagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-disa’ domanda hija li l-prinċipji ta’ lealtà, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tressiq, mill-operatur inkarigat b’servizz universali, ta’ talbiet għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja preċedenti għal terminu ta’ tliet xhur li jiddekorri mill-iskadenza tat-terminu impost fuq dan l-operatur sabiex jikkomunika rapport annwali lill-awtorità nazzjonali kompetenti, bil-kundizzjoni li dan it-terminu ma jkunx inqas favorevoli minn dak previst fid-dritt nazzjonali għal talba analoga u li ma jkunx ta’ natura li jagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-impriżi mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, kwistjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas- sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 32 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi mekkaniżmu ta’ kumpens għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali li jipprovdi li impriża ma għandhiex dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali meta l-bilanċ pożittiv iġġenerat minn din l-impriża fil-kuntest ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali tagħha jkun ikbar mill-bilanċ negattiv marbut mal-provvista ta’ dan is-servizz obbligatorju addizzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali għandha dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ dawn is-servizzi fil-każ biss li din l-ispiża tikkostitwixxi piż mhux iġġustifikat għal din l-impriża.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="19"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispiża netta sostnuta minn impriża maħtura sabiex tissodisfa obbligu ta’ servizz universali tirriżulta mid-differenza bejn id-dħul kollu u l-ispejjeż kollha marbuta mal-provvista tas-servizz inkwistjoni, inklużi d-dħul u l-ispejjeż li l-impriża kienet xorta waħda tirreġistra li kieku ma kinitx operatur ta’ servizz universali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-impriża inkarigata b’servizz obbligatorju addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/22 ma tipprovdix dan is-servizz fit-territorju tad-Danimarka biss, iżda wkoll f’dak ta’ Greenland, ma għandux effett fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/22 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett sa fejn jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jġiegħlu lill-impriża inkarigata bil-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali ssostni l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, marbuta ma’ din il-provvista.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipji ta’ lealtà, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tressiq, mill-operatur inkarigat b’servizz universali, ta’ talbiet għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja preċedenti għal terminu ta’ tliet xhur li jiddekorri mill-iskadenza tat-terminu impost fuq dan l-operatur sabiex jikkomunika rapport annwali lill-awtorità nazzjonali kompetenti, bil-kundizzjoni li dan it-terminu ma jkunx inqas favorevoli minn dak previst fid-dritt nazzjonali għal talba analoga u li ma jkunx ta’ natura li jagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-impriżi mid-Direttiva 2002/22, kwistjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>