|
16.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 214/170 |
P9_TA(2023)0001
Ftehim UE/New Zealand: skambju ta' data personali bejn l-Europol u New Zealand
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2023 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta' New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (10092/2022 – C9-0288/2022 – 2022/0157(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 214/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10092/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta' New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (9269/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 16(2), l-Artikolu 88 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0288/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-10 ta' Lulju 2020 (1) dwar il-konklużjoni ta' ftehim, li qed jiġi nnegozjat, bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0003/2023), |
1.
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.