Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0067 - 0072
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004 li temenda l-Appendiċi B ta' l-L-Anness IX ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 biex jiġu nklużi ċerti stabbilimenti fil-Litwanja mis-setturi tal-laħam, tal-ħalib u tal-ħut fil-lista ta' stabbilimenti fi transizzjoni (notifikati taħt id-dokument numru K (2004) 1727) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/473/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Anness IX, Kapitolu 5, Taqsima B, Sub-artikolu I, paragrafu (d) tiegħu Billi: (1) L-Anness IX, Kapitolu 5, Taqsima B, Sub-artikolu I, paragrafu (a) tal-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jipprovdi li r-rekwiżiti strutturali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u l-marketing tal-laħam frisk [1], fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta' Frar 1971 dwar il-problemi ta' saħħa li jeffettwaw in-negozju tal-laħam tat-tjur frisk [2], fl-Annessi A u B tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-problemi ta' saħħa li jeffettwaw il-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra li ġejjin mill-annimali [3], fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE tal-14 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-kapuljat u tal-preparazzjonijiet tal-laħam [4], fl-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li jistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib mhux ipproċessat, tal-ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti li għandhom bażi tal-ħalib [5] u fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħut [6] m'għandhomx japplikaw għall-istabbilimenti tal-Litwanja mniżżla fl-Appendiċi B ta' l-Anness IX ta' l-Act ta' Adeżjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2006, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet. (2) Fil-Litwanja, 35 aktar stabbilimenti tal-laħam b'kapaċità għolja, ħames aktar stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib u erba' aktar stabbilimenti li jipproċessaw il-ħut għandhom diffikultajiet biex iħarsu r-rekwiżiti strutturali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, fl-Anness I tad-Direttiva 71/118/KEE, fl-Annessi A u B tad-Direttiva 77/99/KEE, fl-Anness I tad-Direttiva 94/65/KE, fl-Anness B tad-Direttiva 92/46/KEE u fl-Annex tad-Direttiva 91/493/KEE, sal-1 ta' Mejju 2004. (3) Għaldaqstant, dawk l-44 stabbilimenti għandhom bżonn aktar żmien biex jiffinalizzaw il-proċess biex itejbu l-kwalità tagħhom sabiex jilħqu konformità sħiħa mar-rekwiżiti strutturali relevanti stabbiliti fid-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE, 77/99/KEE, 94/65/KE, 92/46/KEE u 91/493/KEE. (4) L-44 stabbilimenti li bħalissa qegħdin fi stat avanzat sabiex itejbu l-kwalità tagħhom, taw garanziji serji li għandhom il-fondi neċessarji sabiex jirranġaw in-nuqqasijiet li fadlilhom f'qasir żmien u rċievew opinjoni favorevoli mis-Servizz ta' l-Ikel ta' l-Istat u l-Veterinarja tar-Repubblika tal-Litwanja, dwar il-finalizzazzjoni tal-proċess ta' titjib tal-kwalità tagħhom. (5) Għall-Litwanja, l-informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqasijiet għal kull stabbiliment hija disponibbli. (6) Sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Litwanja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-veterinarja tal-Komunità, huwa għalhekk ġustifikat li, fuq talba tal-Litwanja, l-44 stabbilimenti jiġu konċessi perjodu ta' transizzjoni. (7) Minħabba l-istadju avvanzat tat-titjib fil-kwalità ta' l-44 stabbilimenti, l-perjodu ta' transizzjoni għandu jkun limitat għal massimu ta' 12 il-xahar. (8) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie informat bil-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-istabbilimenti mniżżla fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiżdiedu ma' l-Appendiċi B imsemmija fil-Kapitolu 5, Taqsima B, Sub-artikolu I ta' l-Anness IX ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003. 2. Għall-istabbilimenti mniżżla fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, r-regoli previsti fl-Anness IX, Kapitolu 5, Taqsima B, Sub-artikolu I, punt (b) ta' l-Att ta' Adeżjoni huma applikabbli. Artikolu 2 Din id-Deċizjoni għandha tgħodd bla ħsara għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 236, ta' l-23.9.2003, pġ. 17. [2] ĠU L 236, ta' l-23.9.2003, pġ. 33. [3] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003. [4] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36). [5] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Id-Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003. [6] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Stabbilmenti tal-laħam, tal-ħalib u tal-ħut fi transizzjoni Parti I. | Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-istabbiliment | Settur: laħam | Data ta' konformità | Attività ta' l-istabbilimenti | Laħam frisk, qtil, qtugħ | Prodotti tal-laħam | Kapuljatu | Maħżen tal-friża | 1. | 88 01 | "Grabupeliai", Grabupiu km., Šilutes r., Klaipedos aps. | x | x | x | | 2005.4.30. | 2. | 77 23 | "Jatkanciu mesine", Jatkanciu km., Taurages r, Taurages aps | x | x | x | | 2005.4.30. | 3. | 77 02 | "Stragutes mesa", Stragutes km., Taurages r,Taurages aps | x | x | x | | 2005.4.30. | 4. | 41 20 | UAB "Rukesa ir Ko", Švencioniu g. 114, Nemencine, Vilniaus r | x | x | x | | 2005.4.31 | 5. | 01 29 | UAB "Naujasodžio mesa", Linkmenu g. 15, Vilniaus m | x | x | x | | 2005.4.30. | 6. | 16 | UAB "Alytaus mesine", Pramones g. 16, Alytaus m.,Alytaus aps | x | | | | 2005.5.1.. | 7. | 84 02 | UAB, "Samsonas", Striupu km.Šakiu sen., Šakiu raj, Marijampoles | x | | | | 2005.1.5. | 8. | 57 03 | ŽUB "Antašavoscentras", Astravu km., Kupiškio raj,Panevežio apsk | x | | | | 2005.5.1. | 9. | 87 11 | ŽUB "Kontauteliai", Kantautaliu k., Šilales r, Taurages aps | x | | | | 2005.5.1. | 10. | 01 33 | UAB "Stagena", Pramones g. 97, Vilniaus m. x | x | | | | 2005.5.1 | 11. | 88 19 | UAB "Aisyte", Vilkyciu km, Šilutes r, Klaipedos aps | x | x | x | | 2005.5.1 | 12. | 91 01 | UAB "Kužiu agroimone", Kužiu km., Šiauliu r., Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 13. | 54 13 | UAB "Molavena", Berženu km., Kelmes r., Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 14. | 65 23 | ŽUK "Getautu ukininkas", Getautu km., Pakruojo r. Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 15. | 32 02 | UAB "Norpa", Šapnagiu km., Akmenes r., Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 16. | 71 16 | UAB "Ropokalnis", Žveju g.2, Šeduva, Radviliškio r.,Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 17. | 68 03 | UAB "Burgis", Babrungenu k. Babrungo sen., Plunges r., Telšiu aps. | x | x | x | | 2005.5.1. | 18. | 41 05 | UAB "Cesta", Žemoji Rieše, Vilniaus r, Vilniaus aps | x | x | x | | 2005.5.1. | 19. | 85 18 | UAB "Olkusjana", Jašiunu k., Šalcininku r., Vilniaus | x | x | x | | 2005.5.1. | 20. | 81 07 | UAB "Geras skonis", Alioniu km., Ukmerges, Vilniaus | x | x | x | | 2005.5.1. | 21. | 49 03 | "Gelombickiene ir partneriai", Slenio g. 2, Rumšiškes, Kaišiadoriu, Kauno | | x | | | 2005.5.1. | 22. | 49 01 | AB "Kaišiadoriu paukštynas", Paukštininku g.15, Kaišiadoriu, Kauno | | | x | | 2005.5.1. | 23. | 51.08. | Medžiuvienes f.,"Ceceta" Cecetu km. K. Rudos sen.,K. Rudos sav., Marijampoles | | x | x | | 2005.5.1. | 24. | 39 24 | UAB,"Damsa", Basanaviciaus g. 57 Kybartai, Vilkaviškio raj., Marijampoles | | x | x | | 2005.5.1. | 25. | 51 10 | UAB,"Sasnele", Bitiku km. Sasnavos sen., Marijampoles sav., Marijampoles | | x | x | | 2005.5.1. | 26. | 51 02 | 02 UAB,"Lavirda", Patašines km. Marijampoles sen., Marijampolessav., Marijampoles | | x | x | | 2005.5.1. | 27. | 91 08 | Šlepku ŽUB, Gergždos km., Šiauliu r., Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 28. | 47 26 | ŽUB "Delikatesas", Kudirkos g.2, Joniškio r., Šiauliu a. | x | x | x | | 2005.5.1. | 29. | 17 | "Utenos mesa", Pramones 4, Utenos m., Utenos aps. | x | x | x | | 2005.5.1. | 30. | 34 04 | UAB Agrogrupe, Katlieriu k., Skiemoniu sen.,Anykšciu r. Utenos aps. | x | x | x | | 2005.5.1. | 31. | 01 24 | UAB "VP MARKET", Savanoriu pr. 247, Vilniaus m. | | x | x | | 2005.5.1. | 32. | 21 03 | UAB "Ketonas", Šilutes pl. 9, Klaipedos m., Klaipedos m. | | | | x | 2005.5.1. | 33. | 01 34 | UAB "Olvic", Savanoriu pr.178, Vilniaus m | | | | x | 2005.5.1. | 34. | 01 34 | UAB "Šaldytuvu ukis", Kirtimu g. 61, Vilniaus m. | | | | x | 2005.5.1. | 35. | 67 14 | ŽUK "Mikoliškio paukštynas", Mykoliškio k., Pasvalior., Panevežio aps. | x | | | | 2005.5.1. | | Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-istabbiliment | Settur: ħalib | Data ta' koformità | Attività ta' l-istabbilimenti | Prodotti tal-ħalib u li għandhom bażi tal-ħalib | 1. | 54 01 P | AB "Kelmes pienine", Raseiniu g.2, Kelmes m., Šiauliu a. | x | 2005.4.30. | 2. | 47 01 P | ŽUB "Bariunai", Bariunu km., Joniškio r., Šiauliu a. | x | 2005.5.1. | 3. | 45 01 P | AB Ignalinos pienine, Taikos 20, Ignalinos m.,Utenos aps | x | 2005.5.1. | 4. | 38 01 P | AB "Varenos pienine", Basanaviciaus 54, Varenos raj., Alyatus aps. | x | 2005.5.1 | 5. | 94 01 P | UAB "Belvederio surine", Belvederio km., Jurbarko, Taurages | x | 2005.5.1. | Parti 3. | Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-stabbiliment | Settur: ħut | Data ta' konformità | Attività ta' l-istabbilimenti | Ħut u prodotti tal-ħut | 1. | 55 27 | UAB "Myxum", Klemiškes II k., Sendvario sen., Klaipedos r., Klaipedos aps. | x | 2005.4.30. | 2. | 66 25 | UAB "Lipresa", Naujamiescio s., Berniunu km., Panevežio r., Panevežio | x | 2005.4.30. | 3. | 5531 | L.Šemetulskio II, Girkaliai, Kretingale, Klaipedos r. | x | 2005.5.1. | 4. | 82 06 | UAB "Dakrija", Pakalniu k., Leliunu sen., Utenos r. x | x | 2005.5.1. | --------------------------------------------------