|
28.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Lulju 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/721/KE fir-rigward tal-indennizzi mħallsa lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-esperti fl-oqsma tas-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa pubblika u tal-ambjent
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5767)
(2009/566/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 152 u 153 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (1) tistipula li membri tal-Kumitati Xjentifiċi, il-konsultenti xjentifiċi mill-Grupp u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għal indennizz għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitati, laqgħat ta’ ħidma tematiċi, gruppi ta’ ħidma u laqgħat u avvenimenti oħrajn organizzati mill-Kummissjoni, u talli jservu ta’ Relaturi dwar xi mistoqsija speċifika. |
|
(2) |
L-Anness III tad-Direttiva 2008/721/KE jiffissal-indennizz għal kull ġurnata sħiħa ta’ parteċipazzjoni għal EUR 300, l-indennizz għall-parteċipazzjoni f’laqgħa filgħodu jew wara nofsinhar għal EUR 150, u l-indennizz għal Relatur għal EUR 300. Fejn ikun iġġustifikat bis-sħiħ u jekk il-baġit jippermetti, din is-somma tista’ tiżdied għal EUR 600 għal kwistjonijiet li jkunu partikolarment impenjattivi f’termini ta’ ammont ta’ xogħol. |
|
(3) |
L-Anness jistipula wkoll li l-Kummissjoni se tistma b’mod regolari l-ħtieġa li jiġu adattati dawn l-indennizzi fid-dawl tal-indiċi tal-prezzijiet, l-evalwazzjoni ta’ indennizzi mħallsa lill-esperti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn u l-esperjenza għall-ammont ta’ xogħol tal-membri, membri msieħba, konsulenti xjentifiċi oħrajn u esperti esterni. L-ewwel stima se sseħħ fl-2009. |
|
(4) |
Il-livell kurrenti tal-indennizzi kien stipulat fl-1997 għall-membri u l-esperti tal-predeċessuri tal-Kumitati Xjentifiċi kkonċernati u ma kienx rivalutat minn dakinhar. L-indennizz aġġornat għal kull ġurnata b’kunsiderazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-perjodu 1997-2008 skont l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Eurostat se jkun ta’ EUR 381,50. Dan l-ammont għandu jkun ta’ EUR 385 għad-dritt. |
|
(5) |
Id-distinzjoni bejn laqgħat ta’ ġurnata jew ta’ nofstanhar għandha tkun eliminata biex il-ħin tal-ivvjaġġar u tat-trasport ikun ikkunsidrat. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-esperjenza, il-volum ta’ xogħol għar-Relaturi jiddependi b’mod sostanzjali mill-kumplessità u mit-tul tal-attivitajiet li hemm bżonn biex tkun kompluta l-opinjoni, b’kunsiderazzjoni għall-kumplessità tal-kwistjoni, id-disponibilità u l-aċċessibilità tad-dejta, l-ammont ta’ letteratura li trid tkun eżaminata, il-bżonn għal kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn u l-ammont u l-kumplessità ta’ konsultazzjonijiet li jkun hemm bżonn mal-partijiet interessati u mal-pubbliku. Iż-żewġ livelli kurrenti għall-indennizz tar-Relatur ma jirriflettux il-firxa attwali tas-sitwazzjonijiet u għaldaqstant hemm bżonn li tiddaħħal modulazzjoni usa’ tal-indennizz tar-Relatur, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/721/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS III
INDENNIZZI
Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi, konsulenti xjentifiċi mill-Grupp u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għal indennizzi marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-kumitati xjentifiċi kif ġej:
Għall-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-Kumitati, laqgħat ta’ ħidma, gruppi ta’ ħidma u laqgħat u avvenimenti oħrajn organizzati mill-Kummissjoni:
|
— |
EUR 385 għal kull ġurnata li matulha saret il-laqgħa li għaliha kien hemm attendenza. |
Għar-responsabbiltà ta’ Relatur:
|
— |
L-indennizz huwa differenti, skont l-ammont ta’ xogħol relatat mal-kumplessità tal-kwistjoni, it-tul tal-perjodu li hemm bżonn biex tkun kompletata l-opinjoni, l-ammont u l-aċċessibilità tad-dejta u tal-letteratura xjentifika u l-informazzjoni li trid tinġabar u tkun ipproċessata u l-ammont u l-kumplessità ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-partijiet interessati u kuntatti ma’ korpi oħrajn, fid-dawl tal-kriterji indikattivi li ġejjin:
|
|
— |
F’kull każ speċifiku, abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tindika fit-talba għal opinjoni liema ammont ta’ indennizz għal Relatur japplika. L-għażla tal-ammont applikabbli jista’ jkun mibdul mill-Kummissjoni matul ix-xogħol preparatorju għall-opinjoni mitluba jekk dan ikun iġġustifikat minn tibdil mhux previst fir-rigward tal-kriterji rilevanti. |
|
— |
Il-Kummissjoni se tqis b’mod regolari l-ħtieġa li jiġu adattati dawn l-indennizzi fid-dawl tal-indiċi tal-prezzijiet, l-evalwazzjoni ta’ indennizzi mħallsa lill-esperti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn u l-esperjenza għall-ammont ta’ xogħol tal-membri, membri msieħba, konsulenti xjentifiċi oħrajn u esperti esterni.” |