|
6.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 267/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP NESTOR/1/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)
(2014/642/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR), inkluża d-deċiżjoni biex jaħtar Kap tal-Missjoni fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ). |
|
(2) |
Fit-23 ta' Lulju 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP NESTOR/3/2013 (2), li taħtar lis-Sur Etienne DE MONTAIGNE DE PONCINS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP NESTOR mis-16 ta' Lulju 2013 sal-15 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Ġunju 2014, ir-RGħ ippropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Etienne DE MONTAIGNE DE PONCINS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP NESTOR sal-15 ta' Lulju 2015, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Etienne DE MONTAIGNE DE PONCINS bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) huwa b'dan estiż sal-15 ta' Lulju 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-16 ta' Lulju 2014.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP NESTOR/3/2013 tat-23 ta' Lulju 2013 rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 202, 27.7.2013, p. 23).