Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ‑ Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/32/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (ĠU L 191, p. 29).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad‑Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall‑ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal‑Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.