|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2378 |
21.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2378
tal-21 ta’ Ottubru 2025
li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Latvja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Latvjan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Aivars OKMANIS u s-Sur Dainis TURLAIS saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Justine PANTEĻĒJEVA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Jānis ROZENBERGS bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti. |
|
(6) |
Il-Gvern Latvjan ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: Is-Sinjura Mairita LŪSE, Deputāte, Rīgas dome (Membru tal-Kunsill, kunsill tal-belt ta’ Riga), u s-Sur Jānis ROZENBERGS, Deputāts, Cēsu novada pašvaldības dome (Membru tal-Kunsill, kunsill muniċipali ta’ Cesis). |
|
(7) |
Il-Gvern Latvjan ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: Is-Sur Edgars IKSTENS, Deputāte, Rīgas dome (Membru tal-Kunsill, kunsill tal-belt ta’ Riga), u s-Sur Leons LĪDUMS, Deputāts, Aizkraukles novada pašvaldības dome (Membru tal-Kunsill, kunsill muniċipali ta’ Aizkraukle), |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:
|
(a) |
bħala membri:
u |
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2378/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)