Official Journal L 061 , 10/03/1990 P. 0014 - 0018
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0174
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1990 li temenda d-Direttiva 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-kreditu tal-konsumatur (90/88/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], F’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE [4] jipprovdi għall-introduzzjoni ta’ metodu jew metodi għall-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ ħlas tal-kreditu tal-konsumatur fil-Komunità. Billi huwa mixtieq, sabiex jitmexxa t-twaqqif u l-iffunzjonar tas-suq intern u sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta’ protezzjoni, għandu jintuża metodu wieħed biex tiġi kkalkulata l-imsemmija rata perċentwali annwali ta’ ħlas matul il-Komunità kollha. Billi huwa mixtieq, bil-ħsieb li jiġi introdott dan il-metodu u in konformità mad-definizzjoni ta’ l-ispiża totali ta’ kreditu lill-konsumatur, li titlesta formula matematika waħda sabiex tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali ta’ ħlas u sabiex jiġu ddeterminati l-items ta’ spiża ta’ kreditu użati fil-kalkolazzjoni billi jindikaw dawk l-ispejjeż li m’għandhomx jingħaddu; Billi, waqt perjodu ta’ transizzjoni, l-Istati Membri li qabel id-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva, japplikaw liġijiet li jippermettu l-użu ta’ formula matematika oħra għall-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ ħlas jistgħu jkomplu jintużaw dawn il-liġijiet; Billi, qabel ma jiskadi l-perjodu transizzjonali u fid-dawl ta’ l-esperjenza, il-Kunsill ser, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, jieħu deċiżjoni li għandha tagħmilha possibbli li tiġi applikata formula matematika waħda tal-Komunità; Billi huwa xieraq, meta meħtieġ, li jiġu adottati ċerti ipotesi għall-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ ħlas; Billi minħabba n-natura speċjali ta’ self iggarantit b’ipoteka assikurata fuq proprjetà immobbli huwa mixtieq li dan il-kreditu jkompli jkun parzjalment eskluż minn din id-Direttiva; Billi l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-konsumatur fil-kuntratt bil-miktub għandha tkun amplifikata, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 87/102/KEE hija b’dan emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1(2), punti (d) u (e) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(d) "l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur"; tfisser l-ispejjeż kollha, li jinkludu l-interessi u spejjeż oħra, li l-konsumatur għandu jħallas għall-kreditu."; "(e) "Rata perċentwali ta’ ħlas". tfisser l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur, espressa bħala l-persentaġġ annwali ta’ l-ammont ta’ kreditu mogħti u kkalkulat in konformità ma’ l-Artikolu 1a.". 2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 1a 1. (a) Ir-rata annwali perċentwali ta’ ħlas, li għandha tkun dik l-ekwivalenti, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti ta’ l-impennji kollha (self, ħlas lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftehmin mill-kreditur u min jissellef, għandhom jiġu kkalkulati in konformità mal-formula matematika msemmija fl-Anness II. (b) , B’mod illustrazzjoni ta’ Fl-Anness III jingħataw erba’ eżempji tal-metodu ta’ kalkolazzjoni. 2. Għall-għan ta’ kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ ħlas, l-"ispiża totali ta’ kreditu lill-konsumatur". kif definit fl-Artikolu 1(2)(d) għandha tiġi ddeterminat, bl-eċċezzjoni ta’ l-imposti li ġejjin: (i) imposti pagabbli lil min jissellef għal nuqqas ta’ konformità ma’ kull waħda mill-impenji mniżżla fil-ftehim ta’ kreditu; (ii) imposti altru mill-prezz tax-xiri li, fix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, il-konsumatur huwa obbligat li jħallas sew jekk it-transazzjoni titħallas bil-flus jew bil-kreditu; (iii) imposti għat-trasferiment ta’ fondi u spejjeż għaż-żamma ta’ kont maħsub li jirċievi pagamenti għall-ħlas lura tal-kreditu, il-ħlas ta’ interessi u kontijiet oħra ħlief fejn il-konsumatur m’għandux libertà ta’ għażla raġjonevoli fil-materja u fejn dawn l-imposti huma għoljin immens; din id-dispożizzjoni m’għandhiex, madanakollu, tapplika għal imposti għall-ġbir ta’ dawn ir-rimborżi jew ħlas, sew jekk isiru bil-flus jew b’mod ieħor; (iv) sottoskrizzjonijiet ta’ sħubija ma’ assoċjazzjonijiet jew gruppi u li joriġinaw minn ftehim separat mill-ftehim tal-kreditu, anke jekk dawn is-sottoskrizzjonijiet għandhom effett fuq it-termini ta’ kreditu; (v) imposti għall-assigurazzjoni jew garanziji; inklużi huma, madanakollu, dawk maħsuba biex jiżguraw il-ħlas lill-kreditur, fl-eventwalità ta’ mewt, invalidità, mard jew qgħad tal-konsumatur, ta’ somma daqs jew anqas mill-ammont totali flimkien ma’ l-interessi relevanti u kontijiet oħra li għandhom jiġu imposti mill-kreditur bħala kondizzjoni għall-kreditu li jingħata. 3. (a) Fejn it-transazzjonijiet ta’ kreditu li saret referenza għalihom f’din id-Direttiva huma suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1990 li jimponu limiti massimi fuq ir-rata perċentwali annwali ta’ ħlas għal dawk it-transazzjonijiet u, fejn dawk id-dispożizzjonijiet jippermettu spejjeż standard altru minn dawk deskritti fil-paragrafu 2 (i) sa (v) li ma jkunux inklużi f’dawk il-limiti massimi, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta’ dawn it-transizzjonijiet biss, ma jinkludux l-ispejjeż imsemmijin hawn fuq meta jkunu qegħdin jikkalkulaw ir-rata annwali perċentwali ta’ ħlas, kif stipulat f’din id-Direttiva, sakemm hemm ħtieġa, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u fil-ftehim tal-kreditu, li l-konsumatur ikun infurmat dwar l-ammont u l-inklużjoni ta’ dan fil-pagamenti li jridu jsiru. (b) L-Istati Membri ma jistgħux jibqgħu japplikaw il-punt (a) mid-data ta’ dħul fis-seħħ tal-formula matemateka waħdanija għall-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwli ta’ ħlas fil-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 (ċ). 4. (a) Ir-rata annwali perċentwali ta’ ħlas għandha tiġi kkalkulata fil-ħin li jkun konkluż il-kuntratt ta’ kreditu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 li jikkonċerna riklamar u offerti speċjali. (b) Il-kalkolazzjoni għandha ssir fuq il-preżunzjoni li l-kuntratt ta’ kreditu huwa validu għall-perjodu miftiehem u li l-kreditur u l-konsumatur jaderixxu ma’ l-obbligi tagħhom taħt it-termini u d-dati miftiehma. 5. (a) Bħala miżura transizzjonali, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (1), l-Istati Membri li, qabel l-1 ta’ Marzu 1990, applikaw dispożizzjonijiet legali fejn setgħet tintuża formula matematika differenti minn dik mogħtija fl-Anness II għall-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ ħlas, jistgħu jibqgħu jużaw dik il-formula fit-territorju tagħhom għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 1993. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li tintuża formula matematika waħda biss għall-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ ħlas fi ħdan it-territorju tagħhom. (b) Sitt xhur qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt (a) il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport, akkumpanjat minn proposta, li għandha tagħmilha possibbli fid-dawl ta’ l-esperjenza, li tiġi applikata formula matematika waħdanija tal-Komunità għall-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ imposta. (ċ) Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata abbażi tal-proposta mill-Kummssjoni, jieħu deċiżjoni qabel l-1 ta’ Jannar 1996. 6. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu li jkun fihom klawsoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata ta’ interessi u l-ammont jew livell ta’ imposti oħra li jinsabu fir-rata annwali perċentwali ta’ imposta iżda mhux ikkwantifikati fil-ħin meta ġiet ikkalkulata, ir-rata annwali perċentwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata fuq il-preżunzjoni li l-interessi u imposti oħra jibqgħu fissi u japplikaw sat-tmiem tal-kuntratt ta’ kreditu. 7. Fejn meħtieġ, jistgħu jsiru l-preżunzjonijiet li ġejjin fil-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ imposta: - jekk il-kuntratt ma jispeċifikax limitu ta’ kreditu, l-ammont ta’ kreditu mogħti għandu jkun daqs l-ammont iffissat mill-Istat Membru relevanti, mingħajr ma jaqbeż figura ekwivalenti għall-ECU 2000; - jekk m’hemm l-ebda skeda fissa għall-ħlas, u ma tkunx tista’ titnaqqas waħda mit-termini tal-ftehim u l-mezzi li bihom jitħallas il-kreditu mogħti, it-tul tal-kreditu għandu jinftiehem li hu ta’ sena; - kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor, fejn il-kuntratt jipprovdi għal aktar minn data waħda għall-ħlas, il-kreditu għandu jsir disponibboi u l-ħlaslura jsir fl-iqsar żmien li hemm ipprovdut għalih fil-ftehim". 3. L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "3. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1a u ta’ l-Artikoli mill-4 sat-12 m’għandhomx japplikaw għal ftehim ta’ kreditu jew ftehim li jwiegħed li jingħata kreditu, assikurat minn ipoteka fuq proprjetà immobbli, safejn dawn m’humiex diġà esklużi mid-Direttiva taħt il-paragrafu 1 (a)." 4. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’l-Artikolu 4(2): "(ċ) prospett ta’ l-ammont, numru u frekwenza jew dati tal-ħlas li l-konsumatur għandu jagħmel sabiex iħallas il-kreditu, kif ukoll tal-ħlas ta’ l-imgħaxijiet u imposti oħra; l-ammont totali ta’ dawn il-pagamenti għandu jkun indikat ukoll fejn huwa possibbli; (d) prospett tal-cost items li saret referenza għalihom fl-Artikolu 1 a (2) bl-eċċezzjoni ta’ infieq relatat mal-ksur ta’ l-obbligi kuntrattwali li ma kinux inklużi fil-kalkolazzjoni tar-rata annwali perċentwali ta’ l-imposta iżda li għandhom jitħallsu mill-konsumatur f’ ċirkustanzi mogħtija, flimkien ma’ prospett li jidentifika dawn iċ-ċirkostanzi. Fejn l-ammont eżatt ta’ dawn l-affarijiet huwa magħruf, dik is-somma għandha tkun indikata; jekk dan m’huwiex il-każ, għandu jkun ipprovdut jew il-metodu ta’ kalkolazzjoni jew stima preċiża kemm jista’ jkun fejn possibbli". 5. L-Artikolu 5 għandu jitħassar. 6. L-Anness għandu jsir l-Anness I u l-punt li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1: "(ix) l-obbligu fuq il-konsumatur li jfaddal ċertu ammont ta’ flus li għandhom jitqiegħdu f’kont speċjali". 7. L-Annessi II u III mhemuża hawnhekk għandhom jiġu miżjuda. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Frar 1990. Għall-Kunsill Il-President D. J. O’Malley [1] ĠU C 155, ta’ l-14.6.1988, p. 10. [2] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 87 uĠU C 291, ta’ l-20.11.1989, p. 50. [3] ĠU C 337, tal-31.12.1988, p. 1. [4] ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 48. -------------------------------------------------- L-ANNESS " L-ANNESS II L-EKWAZZJONI BAŻIKA LI TESPRIMI L-EKWIVALENZA TA' SELF MIN-NAĦA WAĦDA, U L-ĦLAS LURA U IMPOSTI FUQ IN-NAĦA L-OĦRA: +++++ TIFF +++++ Tifsir ta' ittri u simboli: K huwa n-numru tas-self K’ huwa n-numru ta' ħlas jew ħlas ta' imposti AK huwa l-ammont tas-self bin-numru K A’K’ huwa l-ammont ta' ħlas bin-numru K +++++ TIFF +++++ tirrapreżenta somma M huwa n-numru ta' l-aħħar self m’ huwa n-numru ta' l-aħħar ħlas jew ħlas ta' imposti tK huwa l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta' sena, bejn id-data tas-self Nru 1 u dawk ta' self sussegwenti Nri 2 sa m tK’ huwa l-intervall estpress fi snin u frazzjonijiet ta' snin bejn id-data tas-self Nru 1 u dawk tal-ħlas jew il-ħlas ta' imposti Nri 1 sa m. i huwa r-rata perċentwali li tista’ tkun ikkalkulata (jew permezz ta' algebra, b'approssimazzjonijiet suċċessivi jew bi programm tal-kompjuter) fejn it-termini l-oħrajn fl-ekwazzjoni huma magħrufa mill-kuntratt jew b'mod ieħor. Rimarki (a) L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet f’ħinijiet differenti m'humiex meħtieġa li jkunu ugwali u mhux meħtieġ li jitħallsu f'intervalli indaqs. (b) Id-data tal-bidu għandha tkun dik ta' l-ewwel self. (ċ) Intervalli bejn id-dati użati fil-kalkolazzjoni għandhom ikunu espressi fi snin jew fi frazzjoni ta' sena. L-ANNESS III EŻEMPJI TA' KALKOLAZZJONIJIET L-ewwel eżempju Somma mislufa S = ECU 1000. Jitħallas f'pagament wieħed ta' ECU 1200 magħmul tmintax-il xahar, i.e. sena u nofs, wara d-data tas-self. L-ekwazzjoni ssir: 1000 = 1200 jew (1 + i) 1,5 = 1,2 1 + i = 1,129243… i = 0,129243… Dan l-ammont għandu jitnaqqas għal 12,9 jew 12.92 % li jiddependi dwar jekk il-prattika abitwali tippermettix li l –perċentwali jiddawwar għall-ewwel jew it-tieni deċimal. It-tieni eżempju Jekk is-somma miftiehma hija S = ECU 1000 iżda l-kreditur jżomm EUR 50 għal spejjeż ta' amministrazzjopni, għalhekk is-self huwa fil-fatt ECU 950; il-ħlas lura ta' ECU 1200, kif jidher fl-ewwel eżempju, isir 18-il xahar mid-data tas-self. L-ekwazzjoni 950 = 1200 jew (1 + i) 1,5 = 1,263157 1 + i = 1,16851 … i = 0,16851 … imdawwar għal 16,9 % jew 16,85 % It-tielet eżempju Is-somma mislufa hija ECU 1000, li titħallas lura f'żewġ ammonti ta' ECU 600, imħallsin wara sena u sentejn rispettivament. L-ekwazzjoni ssir; 1000 = + tissolva permezz ta' l-algebra u tipproduċi i = 0,1306623, imdawwar sa 13,1 % jew 13,07 %. Ir-raba’ eżempju Is-somma mislufa hija ECU 1000 u l-ammonti li jridu jirħallsu minn min qiegħed jitlob: Wara tlett xhur (0,25 snin) | 272 ECU | Wara sitt xhur (0,50 snin) | 272 ECU | Wara tnax-il xahar(sena) (1 snin) | 544 ECU | Total | 1088 ECU | L-ekwazzjoni ssir: 1000 = + + 5441 + i Din l-ekwazzjoni tipperermetti li i jiġi kkalkulat minn approssimazzjonijiet, li tista’ tiġi pprogrammata għal ġo kompjuter. Ir-riżultat huwa: i = 0,1321 imdawwar għal l 3,2 jew 13,21 %. " --------------------------------------------------