|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2219 |
4.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2219
tat-3 ta’ Novembru 2025
li jimponi dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ plywood tal-artab li joriġina mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-6 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ plywood tal-artab li joriġina mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “il-Brażil”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2025 mis-Softwood Plywood Consortium (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-plywood tal-artab tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/922 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Brażiljani, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Wara l-bidu, l-ilmentatur, l-Assoċjazzjoni Brażiljana għall-Injam Ipproċessat Mekkanikament (“ABIMCI”), l-Alleanza ta’ Interess Kummerċjali tal-Plywood (“PTIA”), li hija raggruppament ad hoc ta’ importaturi mhux relatati fl-UE, u l-importaturi mhux relatati Bo Andrén AB, Keflico u Schüttler Holzmakler/Agentur e.K. għamlu sottomissjonijiet dwar l-evidenza fl-ilment relatat mad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Bi tweġiba, tliet produtturi tal-Unjoni kif ukoll l-ilmentatur ipprovdew kummenti. Il-kummenti huma indirizzati hawn taħt. |
|
(7) |
ABIMCI għamlet sottomissjonijiet addizzjonali li kkonfutaw il-kummenti tal-ilmentatur, skont it-Taqsima 8 tan-Notifika tal-Bidu. It-Taqsima 8 tipprevedi li jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji jsir fi żmien 75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kummenti ta’ konfutazzjoni ta’ ABIMCI ġew ippreżentati fl-14 ta’ Lulju 2025. |
|
(8) |
Billi dawn il-kummenti ġew sottomessi barra mil-limiti ta’ żmien rilevanti stabbiliti min-Notifika tal-Bidu, ma setgħux jitqiesu f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
Kummenti dwar l-ilment u l-proċedura
|
(9) |
ABIMCI qajmet tħassib dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni fl-ilment, partikolarment ABIMCI allegat in-nuqqas ta’ sommarji mhux kunfidenzjali sinifikanti tad-data użata għall-kalkolu tal-valur normali li serraħ fuqu għall-allegazzjonijiet ta’ dumping u l-metodoloġija u s-sorsi użati fir-“Rapport dwar il-Valur Normali”. ABIMCI argumentat li dan in-nuqqas ta’ trasparenza pprevjena lill-partijiet interessati milli jkollhom fehim raġonevoli tal-informazzjoni kunfidenzjali, li kienet essenzjali għad-difiża tad-drittijiet tagħhom u biex jipprovdu kummenti sinifikanti dwar l-allegazzjonijiet ta’ dumping u dannu. |
|
(10) |
Il-PTIA allegat redazzjoni eċċessiva tad-data dwar id-dannu fl-ilment. Hija argumentat li dan fixkel il-kapaċità tal-partijiet interessati li jifhmu u jwieġbu b’mod sinifikanti għal allegazzjonijiet ta’ dannu materjali. |
|
(11) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni nnotat li ċerta informazzjoni (bħall-istudju kkummissjonat mill-ilmentatur għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet domestiċi tal-plywood tal-artab fil-Brażil) kienet kunfidenzjali min-natura tagħha u ma kinitx suxxettibbli għal sommarju mhux kunfidenzjali. Barra minn hekk, id-diversi rapporti msemmija fl-ilment kienu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha biżżejjed evidenza essenzjali u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data mogħtija trattament kunfidenzjali biex tippermetti lill-partijiet interessati jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tad-difiża matul il-proċediment kollu u kkonformat mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset ukoll il-forniment ta’ data f’firxa flimkien mal-indiċijiet bħala suffiċjenti biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċediment u kienet konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. B’hekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(14) |
BO Andrén AB argumentat li l-valuri użati fl-ilment bħala l-prezzijiet tas-suq domestiku tal-Brażil ma kinux preċiżi peress li l-prodotti mibjugħa fis-suq Brażiljan fil-biċċa l-kbira jkollhom karatteristiċi differenti tal-prodott u dawn id-differenzi jagħmlu kwalunkwe tqabbil dirett tal-prezzijiet bejn il-pannelli Brażiljani domestiċi u l-prodott tal-esportazzjoni invalidu. Barra minn hekk, Bo Andrén AB argumentat li d-data tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali (ITTO) użata fl-ilment bħala referenza għall-kalkolu tal-Valur Normali ma tkunx rappreżentattiva peress li l-ITTO primarjament tittraċċa prodotti tropikali tal-injam iebes, mhux plywood tal-artab. Dan iżid b’mod artifiċjali l-marġnijiet tad-dumping. BO Andrén AB talbet lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid dik id-data u tinkorpora sorsi jew metodoloġiji alternattivi ta’ data li jirriflettu b’mod preċiż is-suq Brażiljan tal-plywood tal-artab. |
|
(15) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat li l-applikazzjoni għandha tinkludi provi suffiċjenti. B’partikolari skont il-ġuriprudenza stabbilita, il-kwantità u l-kwalità tal-provi neċessarji sabiex jiġu ssodisfatti l-kriterji tas-suffiċjenza tal-provi għall-finijiet tal-ftuħ ta’ investigazzjoni huma differenti minn dawk li huma neċessarji għall-finijiet ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu (4). F’dan l-isfond, il-Kummissjoni qieset li l-applikazzjoni pprovdiet biżżejjed evidenza ta’ dumping. Ir-rapport dwar il-prezzijiet domestiċi fl-Anness 8 tal-ilment kien fih parti deskrittiva tal-metodoloġija użata u tas-sorsi tad-data kif ukoll biżżejjed data dwar il-prezzijiet biex isservi bħala evidenza. |
Kummenti dwar id-dumping
|
(16) |
ABIMCI kkontestat l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur ta’ dumping, billi affermat li dawn ma għandhomx validità legali skont l-Artikolu 5.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”, Anti-Dumping Agreement). ABIMCI qalet li l-affermazzjonijiet tal-ilmentatur kienu jiddependu fuq data mhux ivverifikata u mhux kompluta u li l-ilmentatur kien spekula fuq l-istabbiltà tal-prezzijiet bl-użu tal-plywood tal-parica (prodott tal-injam iebes mhux komparabbli), approċċ metodoloġikament żbaljat. |
|
(17) |
ABIMCI qalet ukoll li l-prezzijiet domestiċi użati fl-ilment kienu minfuħa meta mqabbla mal-prezzijiet attwali tal-plywood tal-arżnu (tal-pinus elliottii) fil-Brażil, li kienu ferm aktar baxxi. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni anti-dumping li ntemmet tal-Arġentina dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ pannelli tal-plywood fenoliku mill-Brażil (5) appoġġat il-pożizzjoni ta’ ABIMCI li ma kienx qed iseħħ dumping. ABIMCI kkonkludiet li dawn in-nuqqasijiet rendew l-allegazzjonijiet mhux sostanzjati u legalment insuffiċjenti. |
|
(18) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li tipponta lejn l-eżistenza ta’ dumping, f’konformità mal-istandard legali rilevanti deskritt fil-Premessa 15. Il-kalkoli tad-dumping fil-verżjoni miftuħa tal-ilment ipprovdew spjegazzjoni dettaljata tal-elementi differenti kollha użati biex wieħed jasal għall-kalkolu tad-dumping, inklużi s-sorsi kollha użati għal dawn il-kalkoli, b’hekk il-partijiet interessati jkunu jistgħu jifhmu b’mod sinifikanti l-elementi ewlenin tal-allegazzjoni ta’ dumping. |
|
(19) |
L-investigazzjoni fl-Arġentina kienet tikkonċerna suq differenti mill-UE u għalhekk kienet irrelevanti għall-allegazzjonijiet biex tinbeda l-investigazzjoni attwali. |
|
(20) |
Għalhekk, il-kumment rigward l-allegazzjonijiet tal-ilment ta’ dumping ma ntlaqax. |
Kummenti dwar id-dannu
|
(21) |
ABIMCI kkontestat l-allegazzjonijiet ta’ dannu affermat fl-ilment. Hija argumentat li l-allegazzjonijiet ta’ dannu minħabba żieda fil-volumi tal-importazzjoni Brażiljana bi prezzijiet baxxi ma kellhomx eżami oġġettiv. Hija argumentat ukoll li l-indikaturi mikroekonomiċi u makroekonomiċi rrapportati kienu bbażati fuq stimi u data spekulattiva. |
|
(22) |
ABIMCI enfasizzat li eżami oġġettiv ġenwin kellu jinvolvi valutazzjoni imparzjali li tinvolvi l-verifika tal-evidenza kontradittorja u kellha tikkonforma mal-prinċipji ta’ bona fide u ġustizzja fundamentali. |
|
(23) |
Barra minn hekk, ABIMCI argumentat li l-volum tal-importazzjonijiet Brażiljani kien naqas, u sostniet li dawn segwew l-istess xejra bħall-konsum tal-Unjoni. Hija sostniet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljana żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(24) |
Il-PTIA kkontestat ukoll l-allegazzjonijiet ta’ dannu sostnuti fl-ilment. Hija argumentat li ż-żieda fl-importazzjonijiet Brażiljani ġiet iddikjarata b’mod eċċessiv u attribwiet iż-żieda prinċipalment għal ritorn għan-normalità wara tfixkil fis-suq relatat mal-COVID-19. Hija nnotat li ż-żieda fil-volum irrapportata mill-2021 sal-PI rriflettiet biss ritorn għal-livelli storiċi prevalenti qabel il-pandemija. |
|
(25) |
Barra minn hekk, il-PTIA argumentat li l-importazzjonijiet mill-Brażil fil-fatt naqsu bi 11 % mill-2022 sal-PI, u kkontestat l-allegazzjonijiet fl-ilment li kien hemm influss sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Hija argumentat ukoll li kwalunkwe xejra negattiva osservata ġiet murija b’mod falz bħala dannu meta dawn kienu sempliċiment l-effetti tas-swieq li kienu qed jistabbilizzaw wara l-irkupru ta’ wara l-COVID. |
|
(26) |
Fl-aħħar nett, ikkontestat is-suffiċjenza u ċ-ċarezza tad-data rigward il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjoni, u indikat li l-analiżi tad-dannu ma kinitx konklużiva minħabba d-dipendenza fuq perjodi mhux rappreżentattivi u data spekulattiva. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni sabet li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza għal sejba ta’ dannu materjali meħtieġa għall-bidu ta’ investigazzjoni. Kemm l-indikaturi makroekonomiċi kif ukoll dawk mikroekonomiċi ġew analizzati fit-taqsima 6 tal-ilment. Il-Kummissjoni tfakkar li sejba ta’ dannu materjali meħtieġa għall-bidu ta’ investigazzjoni tirrikjedi eżami tal-fatturi rilevanti kif deskritt fir-Regolament bażiku. |
|
(28) |
Mhuwiex speċifikament meħtieġ mill-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li l-fatturi ta’ dannu kollha msemmija fl-Artikolu 3(5) juru deterjorament sabiex id-dannu materjali jkun sostanzjat biżżejjed għall-fini tal-bidu ta’ investigazzjoni. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih l-informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum tal-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri mill-fatturi rilevanti (mhux neċessarjament kollha). L-ilment kien fih din l-informazzjoni, li indikat l-eżistenza ta’ dannu. |
|
(29) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza ta’ dannu u ċaħdet l-affermazzjonijiet minn ABIMCI u PTIA. |
|
(30) |
ABIMCI u l-PTIA kkontestaw ukoll l-użu tas-sena 2021 bħala punt ta’ referenza (sena bażi), bl-argument li matul din is-sena kif ukoll fl-2022, l-industriji kienu qed jirkupraw mill-COVID-19 u, għalhekk, mhuwiex rappreżentattiv għall-analiżi tad-dannu. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni sabet li l-perjodu kkunsidrat magħżul għall-evalwazzjoni tad-dannu huwa konformi mal-prattika stabbilita tal-Kummissjoni, li tinvolvi r-rieżami tad-dannu materjali fuq firxa ta’ tliet snin kalendarji flimkien mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet ta’ ABIMCI u PTIA. |
1.5. Kampjunar
|
(32) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(33) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni u bejgħ li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli u li kien jiżgura firxa ġeografika tajba. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn 3 produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 55 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(34) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(35) |
Erbatax-il importatur mhux relatat ippreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-volum tal-importazzjonijiet mill-Brażil lejn l-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kampjun kien jirrappreżenta madwar 10 % tal-kwantità totali stmata tal-importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-Brażil lejn l-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(36) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Brażil jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(37) |
Total ta’ 59 produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, jiġifieri Nereu Rodrigues & Cia Ltda (“Nereu”) u Indústria de Compensados Sudati Ltda (“Sudati”). |
|
(38) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(39) |
Produttur esportatur li ma kienx inkluż fil-kampjun proviżorju, Indústria de Compensados Guararapes Ltda. (“Guararapes”) talab li jiġu inklużi fil-kampjun. Guararapes argumenta li l-kampjun proviżorju għandu rappreżentattività limitata, peress li kopra biss 30 % tal-esportazzjonijiet Brażiljani tal-plywood tal-artab lejn l-Unjoni b’żewġ esportaturi biss. Huwa argumenta wkoll li kien hemm diskrepanza fir-rappreżentattività, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet tirrappreżenta 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(40) |
Fl-istess ħin, l-esportatur inkluż fil-kampjun Sudati identifika kumpaniji relatati li wkoll ipproduċew u esportaw il-prodott ikkonċernat, jiġifieri Guararapes u Conply Indústria de Compensados Ltda. Dawn il-kumpaniji esportaturi ġew sussegwentement inklużi fil-kampjun finali. |
|
(41) |
Il-kampjun finali tal-produtturi esportaturi għalhekk kien jikkonsisti minn grupp ta’ kumpaniji relatati fuq livell ta’ familja (Sudati, Guararapes u Conply, li għandhom jissejħu l-“Grupp SCG”) u produttur esportatur wieħed mhux relatat (Nereu). |
|
(42) |
Bi tweġiba għall-kumment li sar minn Guararapes, il-Kummissjoni tinnota li r-rappreżentanza tal-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni hija irrilevanti għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi. |
1.6. Eżami individwali
|
(43) |
Guararapes issottomettiet talba għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, fejn sostniet li r-rabtiet familjari li jgħaqqduha ma’ Sudati u Conply ma jikkompromettux l-indipendenza legali u operazzjonali tagħha. Il-kumpanija żżomm awtonomija legali u operazzjonali sħiħa miż-żewġ esportaturi Brażiljani u għalhekk jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala entità ekonomika distinta għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Artikolu 127(h) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6), il-produtturi esportaturi jitqiesu bħala entitajiet relatati jekk jappartjenu għall-istess familja. It-talba għal eżami individwali ppreżentata minn Guararapes skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Bażiku għalhekk ġiet miċħuda. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(45) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-Brażil, lill-produtturi, lill-importaturi u lill-utenti tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji saru disponibbli online (7) fil-jum tal-bidu. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.8. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(47) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(48) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa plywood li jikkonsisti biss minn folji tal-injam (għajr il-bambù), b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm, biż-żewġ saffi ta’ barra tal-injam koniferu, kemm jekk miksijin jew bil-wiċċ miksi kif ukoll jekk le (“plywood tal-artab”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 4412 39 00 (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(49) |
Il-plywood tal-artab jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, bħal fil-kostruzzjoni, fl-għamara, fil-pannelli tal-ħitan, fis-saffi ta’ taħt tal-art (bħal fil-parquet), kif ukoll fl-industriji tal-imballaġġ u tas-soqfa. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(50) |
Il-prodott ikkonċernat huwa plywood tal-injam artab li joriġina mill-Brażil, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 4412 39 00 (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(51) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(52) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għalhekk, dawk il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
|
(53) |
Il-PTIA qajmet tħassib dwar il-komparabbiltà u l-klassifikazzjoni tal-prodotti involuti. Hija argumentat li hemm distinzjoni kritika bejn il-plywood tal-artab strutturali u mhux strutturali, li l-ambitu attwali tal-prodott ma jindirizzax b’mod adegwat. Il-PTIA ssuġġeriet li dawn id-differenzi għandhom impatt sinifikanti fuq l-ipprezzar u l-applikazzjoni tas-suq, u b’hekk jaffettwaw l-analiżi tad-dumping u tad-dannu. |
|
(54) |
Il-PTIA enfasizzat li l-inklużjoni ta’ parametru strutturali/mhux strutturali fl-istruttura tal-PCN tkun meħtieġa biex jiġi żgurat tqabbil ġust u determinazzjoni preċiża tal-marġnijiet tad-dumping. Hija argumentat li l-investigazzjoni għandha tirrikonoxxi dawn id-differenzi biex tipprevjeni l-inklużjoni mhux ġustifikata ta’ prodotti mhux rilevanti għall-allegat dumping jew dannu. |
|
(55) |
Barra minn hekk, il-PTIA kienet tal-fehma li l-plywood tal-abjad u tal-arżnu ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti simili, peress li dawn jirriżultaw minn speċijiet differenti ta’ injam u għandhom applikazzjonijiet u swieq varjati. Din id-differenza hija sinifikanti biżżejjed biex tiġġustifika rievalwazzjoni tal-ambitu u potenzjalment teskludi ċerti prodotti li ma jikkompetux direttament mal-plywood prodott fl-UE. |
|
(56) |
ABIMCI enfasizzat id-differenzi sinifikanti fil-komparabbiltà, l-interkambjabbiltà, u s-sostitwibbiltà bejn diversi tipi ta’ plywood, bħal tal-arżnu meta mqabbel ma’ tal-abjad u l-varjetajiet ta’ prodotti miksija meta mqabbla ma’ dawk mhux miksija. ABIMCI argumentat li dawn il-prodotti jservu segmenti distinti tas-suq u għandhom karatteristiċi tekniċi u fiżiċi uniċi, li jwasslu għal preferenzi differenzjati tal-konsumatur. Hija enfasizzat l-importanza ta’ analiżi segmentata li tqis fatturi bħall-plywood tal-artab strutturali versus dak mhux strutturali, kif ukoll segmenti primjum meta mqabbla ma’ dawk ta’ kwalità aktar baxxa. ABIMCI argumentat għall-ħtieġa li titwettaq analiżi tad-dannu segmentata. |
|
(57) |
Bi tweġiba, l-ilmentatur indika l-evidenza pprovduta fl-ilment, li turi li kemm l-ispeċijiet tal-abjad kif ukoll tal-arżnu huma parti mill-familja usa’ tal-ispeċijiet tal-injam koniferu. Meta mqabbla ma’ tipi oħra ta’ injam, b’mod partikolari speċijiet b’weraq wiesa’ u oħrajn tal-injam iebes, tal-abjad u tal-arżnu għandhom kulur aktar ċar, huma aktar faċli biex jinqatgħu, u għandhom struttura poruża simplifikata u kontenut għoli ta’ reżina. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda differenza rilevanti bejn il-plywood tal-artab magħmul minn tal-abjad u tal-arżnu fir-rigward tal-proċess tal-produzzjoni, il-proċess tal-bejgħ u l-kanali tad-distribuzzjoni tagħhom fl-Unjoni, li kollha huma l-istess. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni sabet li anki f’tip wieħed ta’ injam hemm kwalitajiet differenti peress li huwa materjal naturali. Dan huwa rifless fil-PCN. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li kemm l-ispeċijiet tal-arżnu kif ukoll tal-abjad spiss jintużaw b’mod interkambjabbli. Il-fatt li ż-żewġ speċijiet ġejjin mill-familja usa’ ta’ injam koniferu, magħruf għall-kulur aktar ċar tiegħu, għall-kapaċità relattivament faċli ta’ tħaddim, u għall-istruttura poruża simplifikata jwassal għal proprjetajiet fiżiċi, metodoloġiji ta’ produzzjoni, u applikazzjonijiet tas-suq li huma simili. B’mod sinifikanti, il-kontenut tar-reżina kemm f’tal-abjad kif ukoll f’tal-arżnu huwa relattivament għoli, li jaffettwa d-durabbiltà u l-użu tagħhom f’applikazzjonijiet simili ta’ prodotti. |
|
(59) |
Il-konsumaturi jiddifferenzjaw primarjament bejn plywood tal-artab u dak tal-iebes. |
|
(60) |
Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-allegazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni jiffokaw prinċipalment fuq il-produzzjoni tal-plywood tal-artab miksi, b’kuntrast mal-importazzjonijiet Brażiljani li b’mod predominanti mhumiex miksija, l-analiżi komprensiva tal-Kummissjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jipproduċu b’mod predominanti prodotti tal-plywood tal-artab mhux miksi. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-ilment kien fih eżempji speċifiċi ta’ utent industrijali tal-Unjoni li jfittex sorsi ta’ provvista ta’ plywood tal-artab kemm tal-ispeċijiet tal-abjad kif ukoll tal-arżnu għall-istess użi finali; u l-produtturi tal-Unjoni li jfittxu sorsi ta’ provvista taż-żewġ speċijiet tal-artab, spiss iħalltuhom u daqqa jużaw fuljetti tal-abjad u daqqa tal-arżnu fil-produzzjoni tagħhom ta’ pannelli tal-plywood tal-artab. |
|
(62) |
Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ddeterminat li irrispettivament minn jekk humiex magħmula minn speċijiet tal-arżnu jew tal-abjad, u irrispettivament minn jekk humiex miksija jew le, jew għal użi strutturali jew mhux strutturali, il-varjazzjonijiet kollha tal-injam tal-artab jitqiesu bħala prodotti simili, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u jikkompetu fl-istess suq. Kollettivament jaqgħu taħt l-istess definizzjoni tal-prodott fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali, li jiżgura analiżi koerenti u komprensiva konsistenti mal-oqfsa regolatorji stabbiliti u l-prattika preċedenti tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni għal analiżi segmentata. |
3. DUMPING
3.1. Valur Normali
|
(63) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-kwantità totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(64) |
Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-kwantità ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-kwantità tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku ma kienx rappreżentattiv. |
|
(65) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(66) |
Imbagħad, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(67) |
Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-kwantità totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-kwantità tal-bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. |
|
(68) |
Mill-erba’ kumpaniji investigati, waħda ma kellha l-ebda bejgħ domestiku. It-tliet kumpaniji l-oħra jew ma kellhom l-ebda tip ta’ prodott rappreżentattiv, jew kellhom biss ftit tipi ta’ prodotti li kienu rappreżentattivi. |
|
(69) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(70) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(71) |
Jekk iż-żewġ testijiet jiġu ssodisfati, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI. |
|
(72) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(73) |
L-analiżi tat-tliet esportaturi b’bejgħ domestiku wriet li l-ebda tip ta’ prodott ma ssodisfa t-testijiet tal-bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ. |
|
(74) |
Peress li ma kienx hemm bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(75) |
Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(76) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. |
|
(77) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku. |
|
(78) |
Għall-produttur esportatur inkluż fil-kampjun mingħajr bejgħ domestiku, il-kostijiet u l-profitt SG&A kienu bbażati fuq il-medja ponderata tal-ammonti ddeterminati għat-tliet produtturi esportaturi l-oħra inklużi fil-kampjun soġġetti għal investigazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku, f’konformità mal-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(79) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti inkella permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu fil-Brażil. |
|
(80) |
Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Tqabbil
|
(81) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(82) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex (i) jiġu nnettjati lura għal-livell mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew affermati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(83) |
Il-Kummissjoni ma sabet raġuni biex tagħmel l-ebda konċessjoni għall-valur normali, u lanqas ma ġew affermati tali konċessjonijiet minn xi produttur esportatur inkluż fil-kampjun, peress li l-valur normali nħadem bl-użu tal-kost tal-manifattura flimkien mal-kostijiet SG&A u l-profitt. |
3.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(84) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba d-dazju doganali, imposti oħra fuq l-importazzjoni, trasport, assigurazzjoni, immaniġġjar tat-tagħbija u spejjeż anċillari. |
|
(85) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu, l-imposti bankarji u l-kummissjonijiet. |
|
(86) |
Għall-produttur esportatur Nereu, fejn il-bejgħ sar permezz ta’ kumpanija kummerċjali relatata fil-Brażil, il-Kummissjoni sabet li n-negozjant relatat wettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjoni. In-negozjant kien qed jopera b’mod parallel mad-dipartiment tal-bejgħ ta’ Nereu u kien qed jirċievi markup għall-funzjoni tiegħu. In-negozjant kien qed jikkummerċjalizza wkoll prodotti oħra apparti l-prodott ikkonċernat. |
|
(87) |
Aġġustament ibbażat fuq il-kostijiet SG&A rilevanti u profitt kien għalhekk iġġustifikat skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għall-bejgħ permezz tan-negozjant Brażiljan relatat. Tnaqqsu l-kostijiet SG&A tal-kumpanija relatata u profitt ta’ 1 %, li nkisbu mingħand importatur wieħed li kkoopera mhux relatat. |
3.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(88) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(89) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, u wara l-bidliet deskritti fil-premessi 224–227, huma kif ġej:
|
|
(90) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Minħabba li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħrajn li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, kif irrapportat fit-tweġibiet għall-kampjunar, kien taħt il-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun b’marġni ta’ dumping żero, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mingħajr ma tqiesu l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet ta’ dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(91) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 5,4 %. |
|
(92) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fil-Brażil, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat. |
|
(93) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 100 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun, eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġini tad-dumping. |
|
(94) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(95) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 13-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(96) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita fil-livell ta’ madwar 675 726 m3. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data pprovduta mill-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa 33, tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 55 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(97) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha tal-prodott ikkonċernat. Is-sors tal-informazzjoni kien it-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-ilmentatur u d-data uffiċjali mill-Eurostat. |
|
(98) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||
|
(99) |
Il-konsum tal-Unjoni ra żieda inizjali ta’ 7 % fl-2022 segwita minn tnaqqis sostanzjali ta’ 20 % fl-2023. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, għalkemm il-konsum reġa’ żdied mil-livell baxx tiegħu tal-2023, ma reġax lura għal-livelli tal-2021. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(100) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-importazzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni sabet data distorta fl-istatistika rapportata fil-livell tal-unità supplimentari (m3 f’dan il-każ). Għalhekk, għall-finijiet ta’ tqabbil, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonverti l-piż irrapportat (tunnellati), sett ta’ data aktar affidabbli u stabbli, f’m3. Il-konverżjoni kienet ibbażata fuq id-densità tal-pannelli, ikkalkulata abbażi tal-piż diviż bl-unità supplimentari. Għall-Brażil, il-piż irrapportat f’tunnellati ġie kkonvertit f’m3 bl-użu tad-densità medja rapportata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun; għall-pajjiżi l-oħra, intużat id-densità medja standard tal-industrija. |
|
(102) |
Kif deskritt fil-premessa 89, instab dumping għal wieħed biss mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni ddistingwiet bejn l-importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping u dawk mhux oġġett ta’ dumping. L-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni huwa indirizzat hawn taħt, filwaqt li l-effett tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping huwa eżaminat taħt aspetti ta’ kawżalità fil-premessi 156 u 158. L-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping huma ppreżentati u analizzati fit-Tabella 11 hawn taħt. |
|
(103) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping minn Nereu ammonta għal [5–10] % tal-importazzjonijiet totali mill-Brażil fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk is-sejbiet fir-rigward ta’ din il-kumpanija setgħux jiġu estiżi għall-importazzjonijiet kollha mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet ta’ Nereu mal-prezzijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata fil-formoli tal-kampjunar u fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ Nereu kien [5–10] % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni tal-esportaturi Brażiljani mhux inklużi fil-kampjun li ppreżentaw tweġibiet għall-kampjunar. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma setgħetx testendi s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ dumping rigward Nereu għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun. |
|
(104) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Kwantità tal-importazzjoni oġġett ta’ dumping u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(105) |
Id-data turi xejra ’l fuq notevoli kemm fil-kwantità tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil kif ukoll fis-sehem mis-suq korrispondenti tagħhom matul il-perjodu mill-2021 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-2021, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil kienu ta’ [500 000 – 600 000] m3 b’sehem mis-suq ta’ [30 – 35] %. Sal-2022, il-kwantità tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedet għal [650 000 – 800 000] m3, li mmarka żieda impressjonanti ta’ 32 % mis-sena preċedenti; rifless f’sehem mis-suq ogħla ta’ [35 – 40] %. Għalkemm il-kwantità ta’ importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping naqset b’14 % fl-2023, jiġifieri sena fejn il-konsum tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti, is-sehem mis-suq Brażiljan kompla jiżdied b’mod sinifikanti għal [45 – 50] %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping laħqu l-quċċata tagħhom, b’żieda ta’ 30 % mill-2021, filwaqt li s-sehem mis-suq naqas kemxejn, b’żewġ punti perċentwali. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(106) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-bażi ta’ data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(107) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/m3)
|
||||||||||||||||||||||
|
(108) |
Id-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-Brażil tirrifletti xejra li tvarja fil-perjodu mill-2021 u tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-2022 kien hemm żieda sinifikanti, bil-prezzijiet jogħlew għal EUR 443/m3, li jindikaw żieda f’daqqa ta’ 31 %. Madankollu, dan kien segwit minn tnaqqis sostanzjali fl-2023, bil-prezzijiet jaqgħu għal EUR 311/m3, jiġifieri tnaqqis ta’ 39 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Bit-tkomplija ta’ din ix-xejra ta’ tnaqqis, il-prezzijiet komplew jonqsu għal EUR 302/m3 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jindika tnaqqis ġenerali ta’ 11 % mil-livelli tal-2021. |
|
(109) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(110) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 31,8 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(111) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(112) |
Kif imsemmi fil-premessa 33, intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(113) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data vverifikata li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro ppreżentat mill-ilmentatur. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(114) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(115) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(116) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(117) |
Il-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni wrew xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, b’varjazzjonijiet żgħar. Fl-2021, il-kwantità tal-produzzjoni kienet ta’ 888 286 m3. Fl-2022, il-produzzjoni kienet naqset b’4 % għal 851 718 m3. It-tnaqqis kompla fl-2023, meta l-produzzjoni kompliet tonqos b’28 % għal 607 714 m3 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm irkupru żgħir, bil-produzzjoni tiżdied għal 675 726 m3. Għall-perjodu kkunsidrat kollu kien hemm tnaqqis kumplessiv ta’ 24 %. |
|
(118) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli b’żieda kumplessiva ta’ 1 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(119) |
L-użu tal-kapaċità rrifletta l-bidliet fix-xejriet tal-kwantitajiet tal-produzzjoni. Fl-2022, l-użu tal-kapaċità naqas marġinalment b’4 % meta mqabbel mal-2021. L-aktar tnaqqis sostanzjali seħħ fl-2023, bl-użu jonqos b’28 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm irkupru moderat ta’ 8 % fl-użu. B’mod ġenerali, it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità fil-perjodu kkunsidrat laħaq 24 %. |
4.5.2.2. Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(120) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(121) |
Ix-xejriet fil-kwantità totali tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni juru tnaqqis ġenerali mill-2021 tul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’xi varjazzjonijiet. Fl-2021, il-kwantità tal-bejgħ kienet ta’ 756 724 m3. Sal-2022, il-bejgħ kien naqas għal 648 176 m3, u x-xejra ta’ tnaqqis kompliet fl-2023, meta l-bejgħ kompla jonqos għal 503 231 m3, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 19 % mis-sena preċedenti. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm irkupru modest, bil-bejgħ jiżdied b’9 % għal 572 942 m3. |
|
(122) |
F’termini ta’ sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni fl-2021 kellhom 44 %. Dan is-sehem naqas għal 35 % fl-2022, li jirrifletti tnaqqis notevoli fil-preżenza tagħhom fis-suq. Għalkemm is-suq kumplessiv kien qed jiċkien, minħabba l-iżvilupp tal-attività tal-bini, fl-2023 kien hemm irkupru żgħir tas-sehem mis-suq, li żdied għal 37 %. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq reġa’ esperjenza tnaqqis żgħir, u naqas ftit għal 36 %. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(123) |
F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi ta’ bejgħ fl-Unjoni iżda wkoll is-sehem mis-suq, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet Brażiljani, li kisbu volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq assoluti fl-Unjoni. Bħala tali, matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma esperjenzat l-ebda tkabbir. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(124) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(125) |
Bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm xejra notevoli ta’ tnaqqis fl-impjiegi fost il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-għadd ta’ impjegati naqas minn 1 866 fl-2021 għal 1 582 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrifletti tnaqqis ta’ kważi 15 %. Din ix-xejra tissuġġerixxi b’mod ċar li s-settur iffaċċja sfidi li kienu jeħtieġu tnaqqis fil-forza tax-xogħol. |
|
(126) |
Flimkien mat-tnaqqis fl-impjiegi, il-produttività, kif imkejla b’m3 għal kull ekwivalenti full-time, varjat ukoll matul il-perjodu mill-2021 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-2022, il-produttività baqgħet relattivament stabbli, u biss naqset kemxejn b’1 %. Madankollu, kien hemm tnaqqis aktar sinifikanti sal-2023, bil-produttività tonqos b’18 %. Din ix-xejra reġgħet żdiedet xi ftit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li l-produttività żdiedet b’9 %. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset b’10 %. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping tal-passat
|
(127) |
Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(128) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping rigward il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli tal-passat possibbli. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(129) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(130) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni wrew varjazzjonijiet notevoli matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2021, il-prezz medju tal-bejgħ kien ta’ EUR 449/m3. Fl-2022, kien hemm żieda konsiderevoli ta’ 39 % fil-prezzijiet li saru EUR 622/m3. Madankollu, fl-2023, il-prezz medju tal-bejgħ naqas bi 11 % mis-sena ta’ qabel, għal EUR 575/m3. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet komplew jonqsu għal EUR 508/m3. |
|
(131) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun esperjenza wkoll bidliet matul il-perjodu, li jirriflettu mill-qrib ix-xejriet fil-prezzijiet tal-bejgħ. Fl-2021, il-kost unitarju kien ta’ EUR 419/m3. Fl-2022, il-kost unitarju kien żdied bi 22 % għal EUR 511/m3. Minkejja ż-żieda fil-kostijiet, l-industrija tal-Unjoni kienet ġeneralment kapaċi tikkumpensa għal dawn il-kostijiet billi għolliet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Fl-2023, il-kostijiet unitarji komplew jiżdiedu għal EUR 571/m3, li jindikaw żieda ta’ 14 % meta mqabbla mas-sena preċedenti. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet naqsu bi ftit għal EUR 556/m3. Fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha kapaċi tkopri ż-żieda fil-kostijiet billi tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u kellha tnaqqas il-prezzijiet. Iż-żieda kumplessiva għall-perjodu kkunsidrat kienet ta’ 33 %. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(132) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(133) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun urew xejra ’l fuq konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2021, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat kien ta’ EUR 41 757. Sal-2022, dawn il-kostijiet żdiedu għal EUR 44 521, li jirrifletti żieda ta’ 7 % meta mqabbel mas-sena preċedenti. It-trajettorja ’l fuq kompliet fl-2023, bil-kostijiet jogħlew għal EUR 45 724. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi komplew jogħlew għal EUR 49 079, li jindika żieda ġenerali ta’ 18 % mill-2021. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(134) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Stokks
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(135) |
Ix-xejriet fil-livelli tal-istokk tal-għeluq juru żieda sinifikanti segwita minn tnaqqis gradwali matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2021, l-istokk tal-għeluq kien ta’ 45 684 m3. Sal-2022, il-livell tal-istokk kien żdied b’mod drammatiku għal 84 878 m3, jiġifieri żieda ta’ 86 %. Fl-2023, il-livelli tal-istokk naqsu għal 68 699 m3, li jirrifletti tnaqqis gradwali mis-sena ta’ qabel iżda xorta waħda ferm ogħla mil-livelli tal-2021. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-istokkijiet komplew jonqsu, hekk kif l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-bejgħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u laħqu t-62 180 m3; indikazzjoni ta’ żieda kumplessiva ta’ 36 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(136) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(137) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni għaddiet minn varjazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Minn 15 % tal-fatturat tal-bejgħ fl-2021, il-profittabbiltà żdiedet drastikament għal 25 % fl-2022, li jindika prestazzjoni robusta matul dik is-sena. Madankollu, dan il-massimu ma kienx sostnut, peress li l-profittabbiltà naqset b’mod drammatiku għal 9 % fl-2023 u kompliet tonqos għal biss 2 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jissuġġerixxi sfidi fiż-żamma tal-marġnijiet ta’ profitt. |
|
(138) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra tal-fluss tal-flus matul il-perjodu kkunsidrat uriet tnaqqis wara żieda inizjali fl-2022. Fl-2021, il-fluss tal-flus kien ta’ EUR 46 114 328. Din iċ-ċifra tjiebet għal EUR 56 315 204 fl-2022, li mmarkat żieda ta’ 22 %. Fl-2023, il-fluss tal-flus naqas b’mod drammatiku bi tnaqqis ta’ 44 % għal EUR 35 911 903. Ix-xejra ta’ tnaqqis kompliet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, bil-fluss tal-flus jonqos għal EUR 19 351 190. It-tnaqqis kumplessiv tal-fluss tal-flus matul il-perjodu kkunsidrat laħaq it-58 %, li jindika deterjorament tal-likwidità finanzjarja. |
|
(139) |
Il-livelli ta’ investiment urew varjabbiltà konsiderevoli matul il-perjodu. Fl-2021, l-investimenti ammontaw għal EUR 5 432 018. Dawn naqsu drastikament fl-2022 għal EUR 3 301 570, li jindika tnaqqis ta’ 39 %. Min-naħa l-oħra, l-2023 rat żieda sinifikanti fl-investimenti għal EUR 9 092 561, jiġifieri żieda ta’ 106 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-investimenti naqsu għal EUR 4 787 861, li mmarkaw tnaqqis kumplessiv ta’ 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u li jirrifletti approċċ ta’ investiment aktar kawt. |
|
(140) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan segwa xejra ta’ tnaqqis wara żieda inizjali. Dan beda b’54 % fl-2021, u tela’ għal 111 % fl-2022, li jissuġġerixxi effiċjenza eċċezzjonali fil-ġenerazzjoni ta’ redditi matul dik is-sena. Madankollu, fl-2023, ir-redditu fuq l-investimenti naqas sostanzjalment għal 37 %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ir-redditu kompla jonqos għal 13 %, bl-indiċi ta’ 24, li jindika tnaqqis fir-redditi fuq l-investimenti li saru u li jirrifletti l-isfidi ffaċċjati mill-produtturi tal-Unjoni matul dan il-perjodu. |
|
(141) |
Minħabba t-tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus nett u fir-redditu fuq l-investiment, ġiet affettwata b’mod serju l-kapaċità li jiġġeneraw il-kapital tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(142) |
L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’24 % u l-volum ta’ bejgħ tagħha naqas bi 24 %. L-industrija tal-Unjoni tilfet ukoll sehem mis-suq, li naqas minn 44 % fl-2021 għal 36 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għall-kuntrarju, il-kwantità ta’ importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni matul l-istess perjodu żdiedet b’30 %; u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn [30 – 35] % fl-2021 għal [45 – 50] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan inkiseb minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bi 7 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(143) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u naqset minn madwar 15 % fl-2021 għal 2 % fil-PI, li turi xejra mhux sostenibbli u l-eżistenza ta’ soppressjoni tal-prezzijiet. Ġiet osservata xejra simili ta’ tnaqqis fil-produttività tal-industrija tal-Unjoni (naqset b’10 %), l-impjiegi tagħha (naqsu bi 15 %), l-investimenti (naqsu bi 12 %), ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus, li kollha naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(144) |
L-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tikkumpensa għall-volumi ta’ bejgħ mitlufa fis-suq tal-Unjoni permezz ta’ żieda fl-esportazzjonijiet, peress li l-esportazzjonijiet kienu jammontaw biss għal madwar 15 % tal-produzzjoni totali tal-industrija u kienu qed jonqsu b’mod gradwali, kif stabbilit fit-Taqsima 5.4 hawn taħt. |
|
(145) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(146) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Brażil, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra għajr il-Brażil, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kost. |
|
(147) |
Il-PTIA u ABIMCI sostnew li l-analiżi fl-ilment naqset milli tistabbilixxi rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet Brażiljani u l-allegat dannu. |
|
(148) |
B’mod partikolari, ABIMCI argumentat li ma kien hemm l-ebda żieda fl-importazzjonijiet Brażiljani f’volumi assoluti. Hija enfasizzat li d-dikjarazzjoni tal-ilmentatur ta’ żidiet relattivi hija bbażata fuq premessa żbaljata ta’ tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tagħhom, u dan jagħmilha inaffidabbli. Barra minn hekk, ABIMCI sostniet li peress li l-prodotti importati Brażiljani tal-plywood tal-artab ma jikkompetux fl-istess segmenti tas-suq mal-prodotti tal-plywood tal-artab tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħu soffrew l-ebda dannu minħabba l-importazzjonijiet Brażiljani. ABIMCI kienet tal-fehma wkoll li t-tnaqqis fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Brażil jenħtieġ li jiġi interpretat sempliċiment bħala ritorn għal-livelli ta’ qabel il-pandemija. Huma argumentaw li l-industrija tal-Unjoni qatt ma sostniet li ġarrbet dannu qabel l-2022, u l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ wara l-pandemija mill-Brażil kienu ogħla mil-livelli ta’ qabel il-pandemija. Fl-aħħar nett, ABIMCI semmiet diversi fatturi kawżali potenzjali oħra għal kwalunkwe dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Dawn jinkludu żieda fil-kostijiet minħabba żieda fir-rati tal-imgħax, tat-trasport u tal-kambju, kif ukoll l-impatt tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna, il-kostijiet tal-konformità regolatorja, u l-kompetizzjoni minn prodotti tal-injam oħra. |
|
(149) |
Il-PTIA argumentat li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdied b’mod sinifikanti aktar mill-volum tal-importazzjonijiet mill-Brażil. Hija targumenta li dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqiesu fl-analiżi tal-kawżalità, peress li anki dawn l-importazzjonijiet jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tas-suq u jaffettwaw il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-PTIA argumentat ukoll li l-użu ta’ perjodi atipiċi bħall-irkupru ta’ wara l-pandemija fl-2021 għad-determinazzjoni tad-dannu jonfoħ b’mod mhux preċiż il-feġġ ta’ dannu. |
|
(150) |
Dawn l-argumenti huma indirizzati hawn taħt. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(151) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-prodott oġġett ta’ dumping mill-Brażil żdiedu bi 30 %, anki jekk il-konsum tal-Unjoni naqas b’7 %. Din is-sejba tirrifjuta l-allegazzjoni magħmula minn ABIMCI li l-importazzjonijiet Brażiljani ma żdidux f’volumi assoluti. |
|
(152) |
Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-prezz ta’ 11 % tal-importazzjonijiet Brażiljani, flimkien ma’ żieda ta’ 33 % fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess żmien, ippermettew li l-importazzjonijiet Brażiljani jirħbu 13 % addizzjonali mis-sehem tas-suq. Din il-bidla saret għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li esperjenzat tnaqqis notevoli ta’ 24 % fil-volum ta’ bejgħ u tnaqqis ta’ 8 punti perċentwali mis-sehem tas-suq tagħha. Konsegwentement, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset għal livelli insostenibbli, u kienet qed topera bi profitt ta’ 2 % biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(153) |
Il-fatt li kien hemm diskrepanza tant sinifikanti bejn il-prezz medju tal-prodott importat oġġett ta’ dumping mill-Brażil u l-prezz medju tal-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni (EUR 302/m3 meta mqabbel ma’ EUR 508/m3) ipprevjena lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha biex tirrifletti ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u, b’hekk, issostni l-profittabbiltà tagħha. |
|
(154) |
Għalhekk, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-plywood tal-artab mill-Brażil ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ prezz u volum. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(155) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk fatturi ta’ dannu għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil kellhomx impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.1. Importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Brażil
|
(156) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Brażil żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 11 Importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Brażil
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(157) |
Il-volum tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Brażiljani mhux oġġett ta’ dumping kienu bbażati fuq it-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju mill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun li għalih ma nstab l-ebda dumping. |
|
(158) |
Il-kwantità ta’ importazzjonijiet Brażiljani mhux oġġett ta’ dumping żdiedet b’mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet [45 000 – 55 000] m3 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Brażil żdied minn [0-2] % fl-2021 għal [1-3] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, il-livelli tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping baqgħu fil-biċċa l-kbira taħt il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawn ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(159) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(160) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu prinċipalment minn żewġ pajjiżi, iċ-Ċilì u ċ-Ċina. Dawn iż-żewġ pajjiżi flimkien kellhom sehem mis-suq ta’ 12 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha li kien fadal ammontaw għal 3 % matul l-istess perjodu. |
|
(161) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet miċ-Ċilì lejn l-Unjoni kienu jvarjaw fil-volum. Fl-2022, l-importazzjonijiet żdiedu b’39 % meta mqabbla mal-2021 u s-sehem mis-suq taċ-Ċilì żdied minn 8 % għal 10 % fl-2021. Madankollu, fl-2023, l-importazzjonijiet naqsu b’47 % u s-sehem mis-suq naqas għal 9 %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet żdiedu mill-ġdid filwaqt li s-sehem mis-suq baqa’ l-istess. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, il-kwantità totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċilì żdiedet b’14 % u s-sehem mis-suq b’1 %. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet żdied bi 3 %, minn EUR 493/m3 fl-2021 għal EUR 509/m3 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(162) |
L-importazzjonijiet miċ-Ċina segwew xejra simili. Il-kwantitajiet tal-importazzjoni żdiedu b’56 % fl-2022 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Fl-2023, il-volum naqas b’mod sinifikanti taħt il-livelli tal-2021, filwaqt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, reġa’ għola ’l fuq mil-livelli tal-2021. Il-kwantitajiet kumplessivi tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq taċ-Ċina beda fil-livell ta’ 3 % fl-2021, żdied għal 4 % fl-2022, u stabbilixxa ruħu fil-livell ta’ 3 % kemm fl-2023 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas maż-żmien minn EUR 443/m3 fl-2021 għal EUR 413/m3 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(163) |
Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha, minbarra l-Brażil, naqas b’mod sinifikanti, jiġifieri b’79 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq naqas ukoll b’mod notevoli minn 13 % għal 3 % fl-istess perjodu. Il-prezz medju żdied bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(164) |
Minkejja li l-kwantitajiet tal-importazzjoni miċ-Ċilì u miċ-Ċina, kif ukoll l-ishma mis-suq tagħhom, żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, il-fatt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqsu b’mod sinifikanti jissuġġerixxi li l-importazzjonijiet kumulattivi mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha, minbarra l-Brażil, fil-fatt naqsu. Din ix-xejra hija f’kuntrast qawwi mal-kwantitajiet tal-importazzjoni Brażiljani, li żdiedu bi 32 % matul l-istess perjodu, bis-sehem mis-suq tagħhom jiżdied b’14-il punt perċentwali. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċilì u miċ-Ċina kienu sostanzjalment ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil, fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċilì kienu 71 % ogħla u miċ-Ċina kienu 39 % ogħla. |
|
(165) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kinux is-sors tad-dannu deskritt hawn fuq. |
5.2.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(166) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(167) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni esperjenzaw tnaqqis sinifikanti, bi tnaqqis ta’ 36 %. Din ix-xejra tallinja max-xejra negattiva osservata f’oqsma oħra tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ra żieda ta’ 20 % matul l-istess perjodu. Din iż-żieda fil-prezzijiet tal-esportazzjoni tissuġġerixxi li, filwaqt li l-volum tal-esportazzjonijiet naqas, il-valur tal-esportazzjonijiet żdied, u dan potenzjalment patta għal xi ftit mill-impatt tal-volum imnaqqas. |
|
(168) |
Madankollu, il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jinkludi porzjon limitat tal-bejgħ kumplessiv tal-industrija tal-Unjoni, li jimplika li filwaqt li t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet seta’ kkontribwixxa xi ftit għall-isfidi ffaċċjati mill-industrija, probabbilment ma kellux impatt sinifikanti fuq ix-xejriet usa’ li jaffettwaw l-industrija. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt kumplessiv tal-esportazzjonijiet imnaqqsa fuq id-dannu għall-industrija tal-Unjoni ma setax jattenwa r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.4. Tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni
|
(169) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas b’7 %. It-tnaqqis kien dovut għal diversi fatturi interkonnessi: l-ekonomija tal-Unjoni esperjenzat tkabbir aktar kajman fl-2023 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (il-PDG tal-Unjoni żdied b’0,4 % fl-2023 meta mqabbel ma’ 3,5 % fl-2022). Din ir-reċessjoni affettwat diversi setturi, inkluż is-setturi tal-kostruzzjoni u tal-manifattura, li huma konsumaturi ewlenin tal-plywood tal-artab. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija u l-inċertezza fis-suq tal-enerġija kkontribwew ukoll għal tnaqqis fil-produzzjoni industrijali u għal domanda mdgħajfa fis-setturi kollha. |
|
(170) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk dan it-tnaqqis fil-konsum jistax jattenwa ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, kif muri fit-Tabella 2 hawn fuq, minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, il-bejgħ tal-esportazzjoni Brażiljan żdied b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u b’kollox bi 30 %. Din iż-żieda ssarrfet f’żieda fis-sehem mis-suq minn [30 – 35] % għal [45 – 50] %, jiġifieri 13-il punt perċentwali. B’mod parallel, u kif stabbilit fil-premessa 109, il-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni b’medja ta’ 31,8 %. Kif muri fit-Tabella 5, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’24 % u s-sehem mis-suq naqas bi 8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fil-konsum ma kkawżax id-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.5. Żieda fil-kost tal-produzzjoni
Żieda fil-kost tal-materja prima
|
(171) |
ABIMCI nnotat li d-dannu allegat esperjenzat mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut għal “żieda bla preċedent fil-prezzijiet tal-materja prima” u jenħtieġ li ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet mill-Brażil. |
|
(172) |
Il-Kummissjoni vverifikat li l-kost tal-materja prima tabilħaqq esperjenza żieda ġenerali fil-perjodu kkunsidrat. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni sabet li f’kundizzjonijiet normali tas-suq, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista’ żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tqis iż-żieda fil-kost tal-materja prima u tgħaddi dawn il-kostijiet lill-klijenti tagħha. Madankollu, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni żiedu l-prezzijiet tagħhom, ma setgħux jagħmlu dan biżżejjed biex ikopru ż-żidiet fil-kostijiet tal-produzzjoni minħabba l-influss sinifikanti ta’ importazzjonijiet Brażiljani bi prezzijiet baxxi b’mod inġust. |
|
(174) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni u kkonkludiet b’mod proviżorju li ż-żieda fil-kost tal-materja prima ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali tal-produtturi tal-Unjoni. |
Żieda fil-kost tal-enerġija
|
(175) |
ABIMCI affermat li ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija minħabba l-gwerra Russa kontra l-Ukrajna kkontribwiet b’mod sinifikanti għad-dannu esperjenzat mill-industrija tal-Unjoni. Huma affermaw li dawn il-kostijiet għoljin tal-enerġija, u mhux il-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Brażiljani, li kienu primarjament responsabbli għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni sabet li ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija kellha tabilħaqq impatt fuq iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, dan l-impatt ma kienx deċiżiv. Il-produtturi tal-Unjoni ġġeneraw parti mill-enerġija tagħhom stess mill-bijomassa (ċipep, qoxra tas-siġar, serratura tal-injam, fuljetti difettużi). Barra minn hekk, parti mill-produtturi tal-Unjoni kienu ħħeġġjaw il-kostijiet esterni tal-elettriku tagħhom għall-perjodu ta’ investigazzjoni. B’riżultat ta’ dan, iż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija kienet tirrappreżenta biss żieda żgħira fil-kostijiet matul il-perjodu kkunsidrat. B’konsegwenza ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni kienet relattivament protetta tajjeb mill-kriżi tal-enerġija. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-enerġija kienu jirrappreżentaw inqas minn 11 % tal-kost tal-produzzjoni. Fl-aħħar nett, taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun f’pożizzjoni li tgħaddi din iż-żieda moderata fil-kost tal-produzzjoni lill-klijenti tagħha, iżda ma setax tagħmel hekk minħabba s-soppressjoni tal-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Brażiljani. |
|
(177) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni u kkonkludiet b’mod proviżorju li ż-żieda fil-kost tal-materja prima ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali tal-produtturi tal-Unjoni. |
Żieda fil-kost tat-trasport
|
(178) |
ABIMCI affermat li l-produtturi tal-Unjoni ġew affettwati b’mod negattiv miż-żieda fil-kostijiet tat-trasport, u dan ikkontribwixxa għad-diffikultajiet finanzjarji tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni tikseb il-materja prima tagħha lokalment, u minħabba l-prossimità tal-bażi tal-klijenti primarja tagħha fl-Unjoni u fir-Renju Unit, il-kostijiet tat-trasport għall-prodotti lesti tagħha baqgħu baxxi. Għalhekk, kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tat-trasport ma tistax titqies bħala fattur li jikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
Varjazzjonijiet mhux favorevoli fir-rati tal-kambju
|
(179) |
ABIMCI sostniet li l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju kellhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività u l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni. Huma argumentaw li movimenti mhux favorevoli fir-rati tal-kambju żiedu l-kost relattiv tal-oġġetti prodotti fl-UE meta mqabbla mal-importazzjonijiet, u affettwaw direttament il-benesseri finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni. ABIMCI indikat każijiet fejn id-deprezzament tal-Euro kontra l-muniti ewlenin għamel l-oġġetti importati, inkluż dawk mill-Brażil, aktar affordabbli minn alternattivi prodotti domestikament. |
|
(180) |
Il-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun akkwistaw l-injam tagħhom lokalment. Il-Kummissjoni ma sabitx impatt importanti tal-bidliet fir-rati tal-kambju fuq dan jew fuq kwalunkwe fattur maġġuri ta’ kost ieħor. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument. |
5.2.6. Żieda fil-kost tal-bejgħ
|
(181) |
ABIMCI argumentat li ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa għall-bejgħ tal-plywood tal-artab huma aktar għaljin fl-UE milli fil-Brażil minħabba domanda aktar baxxa u ħafna burokrazija. |
|
(182) |
ABIMCI ma ssostanzjatx din l-allegazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument. |
5.2.7. Kundizzjonijiet tal-bejgħ aħjar
|
(183) |
ABIMCI argumentat li d-deċiżjonijiet tal-klijenti li jixtru plywood tal-artab Brażiljan ikunu influwenzati addizzjonalment minn servizz ta’ wara l-bejgħ aħjar u konsenji aktar rapidi meta mqabbla mal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni jkunu ħadu vantaġġ fl-2022 minn domanda li kienet qed tiffjorixxi u żiedu l-prezzijiet tagħhom b’mod esponenzjali. |
|
(184) |
ABIMCI ma ssostanzjatx l-affermazzjoni dwar servizz aħjar ta’ wara l-bejgħ u konsenji aktar rapidi. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li l-klijenti jippreferu l-plywood tal-artab Brażiljan minħabba l-prezzijiet għoljin mitluba mill-produtturi tal-Unjoni fl-2022. Għalhekk, l-argument ġie miċħud. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(185) |
L-analiżi tad-dannu wriet li matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil żdiedu bi 30 %, minkejja tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezz tal-importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping naqas bi 11 % filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedu bi 33 %, u dan irriżulta f’importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping kisbu sehem mis-suq addizzjonali ta’ 13 % għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li rat tnaqqis ta’ 20 % fil-volum ta’ bejgħ u telf ta’ 7 % fis-sehem mis-suq. Dan wassal biex il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset drastikament, bil-profitti jonqsu għal-livell insostenibbli ta’ 2 % matul l-investigazzjoni. Id-distakk konsiderevoli fil-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet Brażiljani oġġett ta’ dumping u l-prodotti tal-Unjoni (EUR 302/m3 kontra EUR 508/m3) impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tgħolli l-prezzijiet tagħha biex tikkumpensa għaż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u żżomm il-profittabbiltà. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(187) |
Filwaqt li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħet ikkontribwiet sa ċertu punt għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, dan ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li nstab. |
|
(188) |
Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u l-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Brażil, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil u d-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(189) |
Rigward it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni ltaqgħet ma’ sfidi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mingħajr il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-industrija setgħet taġġusta l-prezzijiet tagħha biex takkomoda kostijiet ogħla u twieġeb b’mod aktar effettiv għall-kundizzjonijiet tas-suq li kienu qed jinbidlu. Kif imsemmi qabel, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-produtturi tal-Unjoni milli jittrasferixxu ż-żidiet fil-kostijiet għall-prezzijiet tagħhom. Konsegwentement, minkejja li l-industrija ffaċċjat l-isfidi ta’ żieda fil-kostijiet u tnaqqis fid-domanda, dawn il-fatturi ġew iddeterminati li ma attenwawx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil u d-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(190) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi oħrajn, bħall-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma attenwawx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti minn sehem mis-suq, produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni, użu tal-kapaċità, produttività, profittabbiltà, stokks tal-għeluq, fluss ta’ flus u redditu fuq l-investimenti imnaqqsa. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(191) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(192) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2)(c) u 7(2)(d) tar-Regolament bażiku. |
|
(193) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, biex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qiegħed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(194) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Ma kienx possibbli li jiġi stabbilit marġni ta’ profitt fuq il-bażi tal-ebda sena mis-snin immedjatament qabel iż-żieda fis-sehem tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil. Is-snin 2021 u 2022 instabu li kienu influwenzati ħafna mill-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID-19 u ma dehrux xierqa biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset aktar xieraq li tuża l-livell ta’ profittabbiltà ta’ 9 % li ntlaħaq fl-2017. |
|
(195) |
L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) u ta’ innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni abbażi ta’ pjanijiet ta’ investiment u ta’ proġetti rifjutati jew posposti, u wriet li dawn l-investimenti kienu ġenwinament ippjanati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn il-kostijiet tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-UE u vverifikati mill-Kummissjoni u l-kostijiet reali tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(196) |
Tali differenza, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet ta’ 0,03 % u ġiet miżjuda mal-profitt bażiku ta’ 9 % imsemmi fil-premessa 194, li wassal għal profitt fil-mira ta’ 9,03 %. |
|
(197) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti għalihom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali għal kull produttur tal-Unjoni ta’ EUR [0-5]/m3, meta mqabbel mal-kost reali tal-konformità ma’ tali konvenzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kost addizzjonali ġie miżjud mal-prezz mhux dannuż. |
|
(198) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż ta’ EUR 565/m3 għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa 193) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(199) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-Brażil, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(200) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għal “importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi 90 sa 93).
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(201) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(202) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(203) |
L-ilment tressaq mis-Softwood Plywood Consortium, li huma erba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-plywood tal-artab. |
|
(204) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-suq għall-produtturi tal-Unjoni. Dan jippermettilhom isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom, jirkupraw il-bejgħ u s-sehem mis-suq mitlufa, iżidu l-użu tal-kapaċità tagħhom, u jaġġustaw l-ipprezzar tagħhom għal livelli vijabbli. Konsegwentement, dan itejjeb il-profittabbiltà tagħhom sal-grad mistenni fil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. |
|
(205) |
Fin-nuqqas ta’ tali miżuri, l-industrija tal-Unjoni tkompli tesperjenza dannu materjali minħabba s-soppressjoni persistenti tal-prezzijiet ikkawżata mill-influss ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx wisq mill-Brażil. Dan iwassal għal tnaqqis aċċellerat fis-sehem mis-suq, fil-bejgħ u fil-produzzjoni, għal tnaqqis ulterjuri fl-użu tal-kapaċità, u biex l-operazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni ma jkunux fattibbli. Is-sitwazzjoni prevalenti tad-defiċit tmur għall-agħar, u tħalli impatt qawwi fuq l-investimenti u l-impjiegi futuri fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeterminat li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji hija allinjata mal-aħjar interessi tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(206) |
Importatur mhux relatat ieħor Schüttler Holzmakler/Agentur e.K. argumenta li l-kapaċitajiet tal-produtturi tal-Unjoni ma jkunux biżżejjed biex ikopru d-domanda. |
|
(207) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-għan tal-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Brażiljani mhuwiex li jiġu eliminati dawn l-importazzjonijiet iżda li tiġi restawrata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-miżuri jwasslu għal tnaqqis fil-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, speċjalment minħabba li l-investigazzjoni kkonfermat diversi sorsi ta’ provvista ta’ plywood tal-artab lejn l-Unjoni, inklużi l-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi Brażiljani kif ukoll importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, bħaċ-Ċilì u ċ-Ċina. |
|
(208) |
Huwa probabbli li l-importaturi jkunu jistgħu jgħaddu l-kostijiet addizzjonali tad-dazji lill-klijenti tagħhom. Il-bejgħ mill-ġdid tal-plywood tal-artab Brażiljan jirrappreżenta biss parti żgħira min-negozju tal-importaturi u jikkontribwixxi biss għal sehem żgħir mill-profittabbiltà tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma għandu jirriżulta l-ebda impatt kbir fuq il-profittabbiltà tal-importaturi mill-impożizzjoni tad-dazji fil-livell determinat. Filwaqt li d-dazji ma jidhrux fl-interess tal-importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan ma jikkostitwixxix raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni tad-dazji filwaqt li jitqies l-impatt limitat tad-dazji fuq l-importaturi mhux relatati. |
7.3. Interess tal-utenti, tal-konsumaturi jew tal-fornituri
|
(209) |
Il-PTIA argumentat li l-impożizzjoni ta’ dazji għoljin fuq l-importazzjonijiet mill-Brażil twassal għal żieda fil-kostijiet għall-utenti tal-UE u għall-konsumaturi finali. Il-PTIA enfasizzat li l-utenti tal-UE, partikolarment f’setturi li jiddependu fuq il-plywood tal-injam artab, isibuha diffiċli biex jassorbu dawn il-kostijiet jew jgħadduhom lill-klijenti, li jistgħu jirrikorru għal alternattivi orħos ipproċessati f’pajjiżi terzi. Dan fl-aħħar mill-aħħar idgħajjef il-valur miżjud tal-oġġetti manifatturati fl-Unjoni u jaffettwa serjament l-interessi tal-utenti u tas-setturi ekonomiċi li jiddependu fuq dawn l-importazzjonijiet. |
|
(210) |
Barra minn hekk, il-PTIA enfasizzat li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tissodisfa bis-sħiħ id-domanda għall-plywood tal-artab, peress li l-importazzjonijiet storikament kellhom rwol kruċjali fl-iżgurar tal-provvista, partikolarment fis-segmenti aktar baxxi tas-suq. |
|
(211) |
Utent wieħed, Euroline, manifattur tal-għamara fl-Unjoni, ippreżenta ruħu u nnota li d-dazji anti-dumping possibbli imposti fuq l-importazzjonijiet Brażiljani jwasslu għal żidiet sinifikanti fil-prezz, li jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni. Huwa nnota wkoll li ma hemm l-ebda alternattiva tajba għall-prodotti tal-injam artab minħabba li l-prodotti tal-plywood tal-injam iebes huma aktar għaljin, u materjali oħra bħall-MDF/HDF u l-partikoli laminati ma għandhomx proprjetajiet fiżiċi adattati għall-prodotti tiegħu. Huwa enfasizza wkoll l-implikazzjonijiet negattivi għall-katina ta’ provvista u tal-impjiegi tal-Unjoni. |
|
(212) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-produtturi tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jissodisfaw id-domanda tas-suq tal-Unjoni fix-xenarju improbabbli fejn l-importazzjonijiet Brażiljani tal-prodott ikkonċernat kellhom jieqfu wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping. Barra minn hekk, id-dazji anti-dumping potenzjali huma relattivament modesti u x’aktarx li ma jwasslux għal żidiet sostanzjali fil-prezzijiet, ma jfixklux il-ktajjen ta’ provvista u ma joħolqux riskji għall-impjiegi fl-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset ukoll id-disponibbiltà ta’ fornituri alternattivi f’pajjiżi terzi oħrajn, minbarra l-kapaċitajiet sostanzjali ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Hija vvalutat li l-utenti jkunu jistgħu jkomplu jakkwistaw plywood tal-artab ta’ kwalità u fi kwantità adegwati minn diversi fornituri fl-Unjoni, f’pajjiżi terzi oħrajn, inklużi ċ-Ċilì u ċ-Ċina, kif ukoll minn fornitur fil-Brażil bi prezzijiet mhux oġġett ta’ dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri anti-dumping jiġu implimentati, l-impatt tagħhom fuq l-utenti jkun limitat. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(213) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-artab li joriġina mill-Brażil f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI PROVIŻORJI ANTIDUMPING
|
(214) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità, il-livell tal-miżuri u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji biex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(215) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-artab li joriġina mill-Brażil, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġni tad-dannu u l-marġni tad-dumping fil-premessa 201 aktar ’il fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu. |
|
(216) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(217) |
Ir-rata tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ din il-kumpanija. Din ir-rata tad-dazju hija applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(218) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(219) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali għall-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli normali tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti dwar it-trasport fuq l-ilma, eċċ.), sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(220) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(221) |
Kif imsemmi fil-premessa 3, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-ħsieb li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(222) |
Bil-ħsieb tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li ma titkompliex ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
|
(223) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet/tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(224) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem tax-xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(225) |
Il-produttur esportatur Brażiljan Guararapes wieġeb għall-informazzjoni mibgħuta lilu u nnota żball klerikali fil-kalkoli, jiġifieri li l-Kummissjoni kienet inkludiet it-trasport bil-baħar u l-assigurazzjoni fuq il-bejgħ tagħhom lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni għall-bejgħ liberu abbord (“FOB”) tagħhom. |
|
(226) |
Il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni li l-iżball klerikali jenħtieġ li jiġi kkoreġut u tneħħi l-ammont li jikkorrispondi għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni fuq il-bejgħ FOB ta’ Guararapes lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni mill-kwoti mnaqqsa mill-prezz tal-esportazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkoreġiet il-marġnijiet tad-dumping għal Guararapes, il-Grupp SCG, il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux fil-kampjun u l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. |
|
(227) |
Ma wasal l-ebda kumment ieħor dwar l-informazzjoni mibgħuta. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(228) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(229) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-plywood li jikkonsisti biss minn folji tal-injam (għajr il-bambù), b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm, biż-żewġ saffi ta’ barra tal-injam koniferu, kemm jekk miksija jew bil-wiċċ miksi kif ukoll jekk le (“plywood tal-artab”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 4412 39 00 u li joriġinaw mill-Brażil.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Brażil |
Indústria de Compensados Sudati Ltda. Conply Indústria de Compensados Ltda. Indústria de Compensados Guararapes Ltda. |
5,4 |
89XQ |
|
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
5,4 |
Ara l-Anness |
|
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
5,4 |
8999 |
3. Id-dazji anti-dumping mhumiex applikabbli għall-produttur esportatur Brażiljan Nereu Rodrigues & Cia Ltda (kodiċi addizzjonali TARIC 89XR).
4. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat(a), niċċertifika li l-(volum f’unità li qed nużaw) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fil-pajjiż ikkonċernat. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi preżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat.
5. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
6. Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, il-piż f’m3 tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-kamp rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ m3 importati taħt il-kodiċi NM 4412 39 00 .
7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/922.
2. Id-data miġbura rigward prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew it-tmiem ta’ dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU C, C/2025/1490, 6.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1490/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/922 tal-20 ta’ Mejju 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-plywood tal-artab li joriġina mill-Brażil soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/922, 21.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/922/oj).
(4) Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles Ltd vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-paragrafu 98.
(5) https://globaltradealert.org/intervention/16770.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
(7) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2779.
ANNESS
Produtturi esportaturi fil-Brażil li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun
|
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Agil Madeiras Eireli |
89XS |
|
Agrosepac Serrados Ltda |
89XT |
|
Argenta Bonotto & Cia Ltda |
89XU |
|
Brasnile Industrial Ltda |
89XV |
|
Celplac Industria e Comercio Ldta |
89XW |
|
Comércio De Madeiras Brandes Ltda |
89XX |
|
Compensa Industry And Trade Plywood Ltda |
89XY |
|
Compensados Drabecki Ltda |
89XZ |
|
Compensados e Laminados Lavrasul S/A |
89YA |
|
Compensados Fiveply Ltda |
89YB |
|
Compensados Fuck Ltda |
89YC |
|
Compensados Laselva Ltda |
89YD |
|
Compensados Nm Ltda |
89YE |
|
Compensados Novo Milênio Ltda |
89YF |
|
Compensados Relvaplac Ltda |
89YG |
|
Compensados Scharan Ltda |
89YH |
|
Dalgallo Compensados e Portas Ltda |
89YI |
|
Dallo Madeiras Ltda |
89YJ |
|
Fabricio Antonio Moreira Neto Eireli |
89YK |
|
Faganello Industria e Comércio De Compensados Ltda |
89YL |
|
Formato Compensados Ltda |
89YM |
|
Fv De Araujo |
89YN |
|
G13 Madeiras Ltda |
89YO |
|
Guaraetá Compensados Ltda |
89YP |
|
Industrial Arbhores Compensados Eireli |
89YQ |
|
Industrial Madeireira S.A |
89YR |
|
Itamarati Plywood Industry Ltda |
89YS |
|
J8 Compensados Ltda |
89YT |
|
Laminadora Centenário Ltda |
89YU |
|
Lfr Carli & Cia Ltda |
89YV |
|
M7 Industria e Comercio e Compensados e Laminados Ltda |
89YW |
|
Madebil Madereira Bituruna Ltda |
89YX |
|
Madeiras Eulide |
89YZ |
|
Madeireira Belo Horizonte Ltda |
89ZA |
|
Madeireira Ek Ltda |
89ZB |
|
Madeireira Rio Claro Ltda |
89ZC |
|
Madeireira Rochembach Ltda |
89ZD |
|
Marini Industria de Compensados Ltda |
89ZE |
|
Mgs Industria de Compensados Ltda |
89ZF |
|
Multi Ply Wood do Brasil SA |
89ZG |
|
Newply Madeiras Eireli |
89ZH |
|
Nobre Painéis Ltda |
89ZI |
|
Palmasola S/A Madeiras e Agricultura |
89ZJ |
|
Pinustan Industria e Comercio de Madeiras Ltda |
89ZK |
|
Placa Comercio de Madeiras e Compensados Ltda |
89ZL |
|
Miraluz Industria e Comércio de Madeiras Ltda |
89ZM |
|
Randa Portas, Molduras e Compensados Ltda |
89ZN |
|
Repinho Reflorestadora Madeiras e Compensados Ltda |
89ZO |
|
Rionile Madeiras Ltda |
89ZP |
|
Rodochapas Administradora de Bens Ltda |
89ZQ |
|
Senbra Industria e Comercio de Madeiras |
89ZR |
|
Somapar Sociedade Madereira Paranaense Ltda |
89ZS |
|
Tableros Indústria e Comércio de Painéis Ltda |
89ZT |
|
Top Pisos Industria de Artefatos de Madeiras Ltda |
89ZU |
|
VW Indústria e Comércio de Madeiras |
89ZV |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2219/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)