<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-9/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0009</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:148">EU:C:2019:148</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190228">28.2.2019</DATE> – Kawża C-9/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Meyn</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/126/KE</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ sewqan stabbilit abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑9/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Karlsruhe, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180104">4 ta’ Jannar 2018</DATE>, fi proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Detlef Meyn,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Generalstaatsanwaltschaft Karlsruhe,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Levits (Relatur) u P. G. Xuereb, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal D. Meyn, minn W. Säftel, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun kif ukoll minn N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura kriminali mibdija kontra Detlef Meyn għal sewqan ta’ vettura bil-mutur mingħajr liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/126</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 8 tad-Direttiva 2006/126 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan. Hemm il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-istandards għat-testijiet tas-sewqan u għall-ħruġ tal-liċenzji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu definiti l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament konnessi mas-sewqan tal-vetturi, it-test tas-sewqan għandu jkun ibbażat fuq dawn il-kunċetti u għandhom jiġu definiti mill-ġdid l-istandards minimi tal-kapaċità fiżika u mentali sabiex jinsaqu tali vetturi.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-Istati Membri għandhom jintroduċu liċenzja tas-sewqan nazzjonali bbażata fuq il-mudell Komunitarju stabbilit fl-Anness I, skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-emblema fil-paġna 1 tal-mudell Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan għandu jinkludi l-marka distintiva ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Rikonoxximent reċiproku<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tad-direttiva msemmija, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tal-istess Direttiva jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan u fil-punt (e) jippreċiża, b’mod partikolari, li l-liċenzja tas-sewqan għandha tinħareġ biss lil dawk l-applikanti li jkollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/126:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fejn id-detentur ta’ liċenzja nazzjonali valida tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru jkun għamel ir-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, huwa jista’ jitlob li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tiġi sostitwita minn liċenzja ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni sabiex jikkontrolla għal liema kategorija il-liċenzja preżentata tkun fil-fatt għadha valida.</ALINEA><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn Stat Membru jissostitwixxi liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz għal mudell Komunitarju ta’ liċenzja tas-sewqan, tali sostituzzjoni għandha tiġi reġistrata fuq il-mudell Komunitarju ta’ liċenzja tas-sewqan kif għandhom jiġu reġistrati wkoll kull tiġdid jew sostituzzjoni sussegwenti.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Tali sostituzzjoni tista’ ssir biss jekk il-liċenzja maħruġa mill-pajjiż terz tkun ġiet ċeduta lill-awtoritàjiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jagħmel is-sostituzzjoni. Jekk id-detentur ta’ din il-liċenzja jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu għal Stat Membru ieħor, dan ta’ l-aħħar ma għandux għalfejn japplika l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 2.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(1) tal-Verordnung über die Zulassung von Personen zum Straßenverkehr (ir-Regolament dwar l-ammissjoni tal-persuni għas-sewqan fit-toroq), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan valida tal-Unjoni jew taż-[Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)] li jkunu residenti […] abitwalment fil-[Ġermanja] jistgħu, suġġett għal-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, isuqu vetturi bil-mutur fit-territorju nazzjonali fil-limiti tad-dritt tagħhom. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(4) ta’ dan ir-regolament jispeċifika, b’mod partikolari, li l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan tal-Unjoni jew taż-ŻEE maħruġa abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan iffalsifikata maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara inċident tat-toroq li seħħ fl-<DATE ISO="20150901">1 ta’ Settembru 2015</DATE>, ġie kkonstatat li D. Meyn, ċittadin Ġermaniż li jirrisjedi fit-territorju Ġermaniż, ma kellux iktar, wara l-irtirar tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu fl-2006, awtorizzazzjoni li jsuq fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Madankollu, D. Meyn kien detentur ta’ liċenzja tas-sewqan Pollakka, maħruġa fl-<DATE ISO="20110801">1 ta’ Awwissu 2011</DATE> abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan Ungeriża tat-<DATE ISO="20101103">3 ta’ Novembru 2010</DATE>. Din l-aħħar liċenzja tas-sewqan kienet inħarġet permezz ta’ bdil ta’ liċenzja tas-sewqan Russa maħruġa fl-1986, li rriżulta li kienet iffalsifikata. Għal dan ir-reat ta’ użu ta’ dokument falz, D. Meyn kien is-suġġett ta’ kundanna minn qorti Ġermaniża fl-2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, l-Amtsgericht Bad Säckingen (il-Qorti Distrettwali ta’ Bad Säckingen, il-Ġermanja) ikkundannat lil D. Meyn għal sewqan intenzjonali mingħajr awtorizzazzjoni ta’ sewqan skont l-Artikolu 21(1)(1) tal-iStraßenverkehrsgesetz (il-Liġi Dwar is-Sewqan fit-Toroq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, adita b’appell minn din is-sentenza, tistaqsi jekk ir-rifjut, skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament dwar l-ammissjoni tal-persuni għas-sewqan fit-toroq, li tiġi rrikonoxxuta liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru abbażi tat-traskrizzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li hija stess kienet ibbażata fuq liċenzja tas-sewqan iffalsifikata ta’ Stat terz, hijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Karlsruhe, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 2(1) tad-[Direttiva 2006/126] jeżisti wkoll meta Stat Membru jkun issostitwixxa liċenzja tas-sewqan mingħajr eżami tal-ħila u meta l-liċenzja tas-sewqan preċedenti ma tkunx suġġetta għall-obbligu ta’ rikonoxximent (f’dan il-każ, l-imsemmija liċenzja tas-sewqan preċedenti, maħruġa minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kienet hija stess ibbażata fuq is-sostituzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ pajjiż terz, [konformement ma]t-tielet sentenza tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126)?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 jipprekludux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan, li d-detentur tagħha jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu, li tkun inħarġet minn Stat Membru ieħor, mingħajr eżami tal-kapaċità, abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li din stess kienet inħarġet minħabba l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126 jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku, mingħajr ebda formalità, tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>I</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:815">EU:C:2017:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan filwaqt li jippreċiża, fil-punt (e) tiegħu, li l-applikant għal liċenzja tas-sewqan għandu jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva msemmija jżid li, fejn id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan valida maħruġa minn Stat Membru jkun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, dan jista’ jitlob li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tiġi ssostitwita minn liċenzja tas-sewqan ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan skont il-mudell Komunitarju (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>liċenzja tas-sewqan Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) permezz tal-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz, għalkemm id-Direttiva 2006/126 ma tistabbilixxix il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jipproċedu għal tali skambju, madankollu din tipprovdi li tali skambju jwassal għal konsegwenzi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tal-imsemmija Direttiva, f’każ ta’ trasferiment tar-residenza normali tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan, maħruġa abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz, lejn Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar ma jistax japplika l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126, meta l-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan Komunitarja jkun ir-riżultat ta’ skambju b’liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz, dan l-iskambju għandu jiġi indikat fuq il-liċenzja tas-sewqan Komunitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, l-obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 2(1) tagħha, huwa limitat għall-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri u ma jikkonċernax il-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Stati terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fiż-żmien tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, D. Meyn kien residenti fil-Ġermanja. Għaldaqstant, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma kinitx obbligata tirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan maħruġa lil D. Meyn minn Stat Membru ieħor b’riżultat ta’ skambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, madankollu, jekk din il-konklużjoni tgħoddx ukoll f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, fejn il-liċenzja tas-sewqan inkwistjoni tkun inħarġet abbażi ta’ skambju ta’ liċenzja maħruġa minn Stat Membru ieħor, li hija stess tkun irriżultat minn skambju ma’ liċenzja maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126 ma jippermettix, waħdu, li tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, minn dan il-kliem jirriżulta li din id-dispożizzjoni tikkonċerna l-ħruġ ta’<?PAGE NO="5"?> liċenzja tas-sewqan minn Stat Membru, permezz tal-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz, u mhux il-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan minn Stat Membru, permezz tal-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li din stess tkun inħarġet permezz tal-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jiġu kkunsidrati mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Baumgartner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑513/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:772">EU:C:2018:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li, skont il-premessa 8 tagħha, id-Direttiva 2006/126 għandha l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi li taħthom tista’ jinħareġ liċenzja tas-sewqan Komunitarja, u dan sabiex jiġu indirizzati obbligi ta’ sigurtà fit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-impożizzjoni, skont id-Direttiva 2006/126, ta’ obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri, hija l-konsegwenza tal-istabbiliment, minn din id-Direttiva, tal-kundizzjonijiet minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan Komunitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, huwa l-kompitu tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan li jivverifika jekk il-kundizzjonijiet minimi imposti mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk dwar ir-residenza u l-kapaċità għas-sewqan, previsti mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/126, ikunux sodisfatti u, għalhekk, jekk il-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ikunx iġġustifikat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>I</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:815">EU:C:2017:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Isegwi li, meta l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jkunu ħarġu liċenzja tas-sewqan, ma jkunx iktar possibbli għall-Istati Membri li jivverifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ previsti minn din id-Direttiva, peress li l-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru għandha titqies li tikkostitwixxi l-prova li d-detentur ta’ din il-liċenzja kien jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet fil-jum meta nħarġitlu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>I</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:815">EU:C:2017:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, id-Direttiva 2006/126 ma għandhiex l-għan li tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom ikunu sodisfatti għall-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Stati terzi, peress li tali prerogattiva taqa’ biss taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, b’mod li dawn l-Istati ma jistgħux ikunu marbuta mill-evalwazzjonijiet magħmula minn Stati Membri oħra f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, bir-riskju li jitqiegħdu indiskussjoni r-rekwiżiti imperattivi tas-sigurtà fit-toroq ikkonċernati mid-Direttiva 2006/126, Stat Membru ma jistax ikun obbligat li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan, li d-detentur tagħha jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu, li tkun inħarġet minn Stat Membru ieħor, mingħajr eżami tal-kapaċità, abbażi ta’ skambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, biss minħabba li din l-aħħar liċenzja tas-sewqan stess kienet inħarġet minħabba l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan, li d-detentur tagħha jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu, li tkun inħarġet minn Stat Membru ieħor, mingħajr eżami tal-kapaċità, abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li din stess kienet inħarġet minħabba l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan, li d-detentur tagħha jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu, li tkun inħarġet minn Stat Membru ieħor, mingħajr eżami tal-kapaċità, abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li din stess kienet inħarġet minħabba l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>